1998R0975 — MT — 01.01.1999 — 000.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 975/98 tat-3 ta' Mejju 1998 (ĠU L 139, 11.5.1998, p.6) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 423/1999 tat-22 Frar 1999 |
L 52 |
2 |
27.2.1999 |
|
IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 975/98
tat-3 ta' Mejju 1998
dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti ta' l-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EUROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Europea, u partikolarment l-Artikolu 105a(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),
Wara li kkunsidra l-opinjoni ta' l-Istitut Monetarju Europew ( 2 ),
Waqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 189ċ tat-Trattat ( 3 ),
(1) Billi, fil-laqgħa tal-Kunsill Europew f'Madrid fil-15 u s-16 ta' Diċembru 1995, kien adottat ix-xenarju għall-qlib f'munita unika li jipprovdi d-dħul ta' muniti ta' l-euro sa mhux iktar tard mill-1 ta' Jannar 2002; billi d-data eżatta għall-ħruġ ta' muniti fl-euro sejra tkun deċiża meta l-Kunsill jadotta r-regolament tiegħu dwar id-dħul ta' l-euro minnufih wara li l-Istati Membri jkunu ddeċidew li jadottaw l-euro bħala l-munita unika kmieni kemm jista' jkun possibbli fl-1998;
|
(2) |
Billi, skond l-Artikolu 105a(2) tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu joħorġu muniti bla ħsara għall-approvazzjoni tal-Bank Ċentrali Europew (BĊE) dwar il-volum tal-ħruġ u l-Kunsill jista', huwa u jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 189c u wara li jikkonsulta lill-BĊE, jadotta miżuri biex jarmonizza d-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti kollha maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni fil-kwantità meħtieġa biex tippermetti ċ-ċirkolazzjoni bla xkiel tagħhom ġewwa l-Komunità; |
|
(3) |
Billi l-Istitut Monetarju Europew wera li l-karti ta' flus fl-euro jinfirxu minn EUR 5 sa EUR 500; billi d-denominazzjonijiet f'karti ta' flus u muniti jkollhom il-ħtieġa li jippermettu sabiex ħlasijiet fi flus kontanti ta' ammonti espressi fl-euro u fiċ-ċenteżmi tiegħu jkunu jistgħu isiru faċilment; |
|
(4) |
Billi d-diretturi taz-zekek tal-Komunità rċevew mandat mill-Kunsill sabiex jistudjaw u jelaboraw rapport għal sistema ta' munita unika Ewropea; billi taw ir-rapport f'Novembru 1996 segwit minn rapport rivedut fi Frar 1997 fejn jindikaw id-denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (dijametru, ħxuna, toqol, kulur, kompożizzjoni u xifer) tal-muniti l-ġodda ta' l-euro; |
|
(5) |
Billi s-sistema ġdida ta' munita unika Europea għandha ddaħħal fiduċja pubblika u tinvolvi innovazzjonijiet teknoloġiċi li għandhom jistabbiluha bħala sistema żgura, ta' fiduċja u effiċjenti; |
|
(6) |
Billi l-aċċettazzjoni tas-sistema l-ġdida mill-pubbliku hija waħda mill-għanijiet ewlenin tas-sistema tal-muniti tal-Komunità; billi l-fiduċja pubblika fis-sistema l-ġdida tkun tiddependi fuq il-karatteristiċi materjali tal-muniti ta' l-euro, li għandhom ikunu kemm jista' jkun faċili għal min jużhom; |
|
(7) |
Billi saru konsultazzjonijiet ma' għaqdiet tal-konsumaturi, ma' l-Unjoni Europea ta' l-Għomja u ma' rappreżentanti ta' l-industrija tal-magni awtomatiċi tal-bejgħ biex jingħata kont tal-ħtiġiet speċifiċi ta' kategoriji importanti ta' l-utenti tal-muniti; billi, sabiex jiġi żgurat qlib bla tfixkil għall-euro u sabiex titħaffef mill-utenti l-aċċettazzjoni tas-sistema l-ġdida ta' muniti, tinħtieġ garanzija ta' distinzjoni bejn il-muniti permezz ta' karatteristiċi viżwali u tal-mess; |
|
(8) |
Billi l-muniti l-ġodda ta' l-euro għandhom ikunu jingħarfu waħda mill-oħra iktar faċilment u eħfef biex jindraw jekk ikun hemm rabta bejn id-dijametru u l-valur tagħhom; |
|
(9) |
Billi jinħtieġu ċerti karatteristiċi speċjali ta' sigurtà sabiex jitnaqqas l-iskop ta' frodi għall-euro 1 u euro 2 ġaladarba l-valur tagħhom huwa għoli; billi l-użu ta' metodi ta' teknika li bihom il-muniti jkunu magħmula fi tliet saffi u t-tagħqid ta' żewġ kuluri differenti fil-munita hija meqjusa bħala l-karatteristika l-iktar effiċjenti ta' sigurtà li teżisti llum; |
|
(10) |
Billi l-għotja ta' wiċċ Ewopew lil naħa waħda tal-muniti u wiċċ nazzjonali lin-naħa l-oħra hija espressjoni xierqa ta' l-idea ta' l-għaqda monetarja Europea bejn l-Istati Membri u tista' żżid b' mod sinifikanti l-grad ta' aċċettazzjoni tal-muniti miċ-ċittadini Ewropej; |
|
(11) |
Billi fit-30 ta' Ġunju 1994 il-Parlament Europew u l-Kunsill adottaw id-Direttiva 94/27/KE ( 4 ), li tillimita l-użu tan-nijkil f'ċerti prodotti bil-għarfien li n-nijkil jista' jikkawża allerġiji taħt ċerti kondizzjonijiet; billi l-muniti mhumiex koperti b'din id-Direttiva; billi, madankollu, xi Stati Membri diġà jużaw il-lig li ma fihx nijkil li jissejjaħ Deheb Nordiku fis-sistema tal-muniti kurrenti tagħhom għal raġunijiet ta' saħħa pubblika; billi jidher mixtieq it-tnaqqis tal-kontenut ta' nijkil fil-muniti meta tidħol is-sistema l-ġdida ta' flus; |
|
(12) |
Billi huwa għalhekk xieraq li tiġi segwita fil-prinċipju l-proposta tad-diretturi taz-zekek imsemmija iktar “il fuq u li tiġi adattata biss sal-limitu meħtieġ sabiex jingħata kont b'mod partikolari tal-ħtiġiet speċifiċi ta' kategoriji importanti ta' utenti tal-muniti u l-ħtieġa li jitnaqqas l-użu tan-nijkil fil-muniti;” |
|
(13) |
Billi mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi preskritti għall-muniti ta' l-euro, il-valur tal-ħxuna biss huwa ta' natura indikattiva, ġaladarba l-ħxuna attwali ta' munita jiddependi minn dijametru u toqol preskritt, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-ewwel serje ta' muniti euro għandha tinkludi tmien denominazzjonijiet fil-firxa ta' bejn ċenteżmu u 2 euro bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġejjin:
L-ewwel serje tal-muniti ewro għandu jkun fiha tminn denominazzjonijiet li jibdew minn ċenteżmu sa żewġ ewri bl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li ġejjin:
|
Valur fuq il-wiċċ (ewro) |
Dijametru F'mm |
Spessur f'mm (1) |
Piż fi Grammi |
Għamla |
Lewn |
Komposizzjoni |
Xifer |
|
2 |
25,75 |
1,95 |
8,5 |
Tonda |
Il-parti ta' barra: bajda |
Ram u nickel (Cu75Ni25) |
Bl-ittri u ssingjata fin |
|
Il-parti ta' ġewwa: safra |
Tlett-saffi: nickel-ram isfar/nickel/nickel-ram isfar (CuZn20Ni5/Ni12/CuZn20Ni5) |
||||||
|
1 |
23,25 |
2,125 |
7,5 |
Għamla tonda |
Parti ta' barra: Safra |
Nickel - ram isfar (CuZn20Ni5) |
Bis-singi interrotti |
|
Parti ta' ġewwa: Bajda |
Tlett-saffi: Cu75Ni25/Ni7/Cu75Ni25 |
||||||
|
0,50 |
24,25 |
►M1 1,88 ◄ |
►M1 7,8 ◄ |
Tonda |
Safra |
“Nordi Gold” Cu89Al5Zn5Sn1 |
►M1 xfar iddisinjati bil-forma ta' arzell fin ◄ |
|
0,20 |
22,25 |
1,63 |
5,7 |
Għamla ta' “Fjura Spanjola” |
Safra |
“Nordic Gold” Cu89Al5Zn5Sn1 |
Lixxa |
|
0,10 |
19,75 |
1,51 |
4,1 |
Tonda |
Safra |
“Nordic Gold” Cu89Al5Zn5Sn1 |
►M1 xfar iddisinjati b'arzell fin ◄ |
|
0,05 |
21,25 |
1,36 |
3,9 |
Tonda |
Ħamra |
Azzar miksi bir-ram |
Lixxa |
|
0,02 |
18,75 |
1,36 |
3 |
Tonda |
Ħamra |
Azzar miksi bir-ram |
Lixxa b'sing |
|
0,01 |
16,25 |
1,36 |
2,3 |
Tonda |
Ħamra |
Azzar miksi bir-ram |
Lixxa |
|
(1) Il-valuri dwar l-ispessur huma indikattivi. |
|||||||
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1999.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha, skond it-Trattat, bla ħsara għall-Artikolu 109k(1) u l-Protokolli 11 u 12.
( 1 ) ĠU C 208, tad-9.7.1997, p. 5 u ĠU C 386, tal-20.12.1997, p. 12.
( 2 ) Opinjoni mogħtija fil-25 ta' Ġunju 1997 (ĠU C 205, tal-5.7.1997, p. 18).
( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Europew tas-6 ta' Novembru 1997 (ĠU C 358, ta' l-24.11.1997, p. 24), pożizzjoni komuni tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 1997 (ĠU C 23, tat-23.1.1998, p. 1) u Deċiżjoni tal-Parlament Europew tas-17 ta' Diċembru 1997 (ĠU C 14, tad-19.1.1998).
( 4 ) ĠU L 188, tat-22.7.1994, p. 1.