SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla)
28 ta’ April 2022 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 132(1)(i) – Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali – Eżenzjonijiet marbuta mal-edukazzjoni tat-tfal jew taż-żgħażagħ, mat-tagħlim skolastiku jew universitarju – Provvista ta’ servizzi edukattivi komplimentari għall-programm skolastiku – Organu rregolat mid-dritt privat li jipprovdi dawn is-servizzi għal finijiet kummerċjali”
Fil-Kawża C-612/20,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunalul Cluj (il-Qorti tal-Kontea ta’ Cluj, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat‑23 ta’ Settembru 2020, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑17 ta’ Novembru 2020, fil-proċedura
Happy Education SRL
vs
Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca,
Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Cluj,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),
komposta minn S. Rodin (Relatur), President tal-Awla, J.-C. Bonichot u O. Spineanu-Matei, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: M. Szpunar,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal Happy Education SRL, minn A. Manole, avocat, |
|
– |
għall-Gvern Rumen, minn E. Gane u L.-E. Baţagoi, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Lozano Palacios u A. Armenia, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 132(1)(i) kif ukoll tal-Artikoli 133 u 134 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1). |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Happy Education SRL minn naħa u Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj-Napoca (id-Direttorat Ġenerali Reġjonali tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Cluj-Napoca, ir-Rumanija) u l-Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj (l-Amministrazzjoni tad-Dipartiment tal-Finanzi Pubbliċi ta’ Cluj, ir-Rumanija) (iktar ’il quddiem, flimkien, l-“awtoritajiet fiskali”) dwar ir-rifjut tal-awtoritajiet fiskali li jeżentaw mit-taxxa tal-valur miżjud (VAT) il-provvista ta’ tagħlim komplimentari għall-programm skolastiku pprovduti minn Happy Education. |
Il‑kuntest ġuridiku
Id‑dritt tal‑Unjoni
|
3 |
It-Titolu IX tad-Direttiva 2006/112, intitolat, “Eżenzjonijiet”, jinkludi, b’mod partikolari, il-Kapitolu 2, dwar “[e]żenzjonijet għal ċertu attivitajiet fl–interess pubbliku”, li fih jinsab l-Artikolu 132 ta’ din id-direttiva, li l-paragrafu 1 tagħha huwa fformulat kif ġej: “L-Istati Membri għandhom jeżentaw it-transazzjonijiet li ġejjin: […]
[…]” |
|
4 |
L-Artikolu 133 ta’ din id-direttiva jipprovdi: “L-Istati Membri jistagħu jagħmlu l-għoti lil korpi għajr dawk regolati mid-dritt pubbiku ta’ kull eżenzjoni pprovduta fil-punti (b), (g), (h), (i), (l), (m) u (n) tal-Artikolu 132(1) soġġett għal kull każ individwali għal wieħed jew iżjed mill-kondizzjonijet li ġejjin:
[…]” |
Id‑dritt Rumen
|
5 |
L-Artikolu 292, intitolat “Eżenzjonijiet favur ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali u eżenzjonijiet favur attivitajiet oħra”, tal-Legea nr. 227/2015 privind Codul fiscal (il-Liġi Nru 227/2015 li tistabbilixxi l-Kodiċi tat-Taxxa) tat‑8 ta’ Settembru 2015 (Monitorul Oficial al României, parti I, Nru 688 tal‑10 ta’ Settembru 2015) (iktar ’il quddiem il-“Kodiċi tat-Taxxa”), jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “It-tranżazzjonijiet li ġejjin, li huma ta’ interess ġenerali, huma eżenti mit-taxxa: […]
[…]” |
|
6 |
Il-Hotărârea Guvernului nr. 1/2016 pentru aprobarea normelor metodologice de aplicare a Legii nr. 227/2015 privind Codul fiscal (id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1/2016 għall-approvazzjoni tan-normi metodoloġiċi ta’ applikazzjoni tal-Liġi Nru 227/2015 dwar il-Kodiċi tat-Taxxa), tas‑6 ta’ Jannar 2016 (Monitorul Oficial al României, parti I, Nru 22 tat‑13 ta’ Jannar 2016), jistabbilixxi, fil-Kapitolu IX, intitolat “Tranżazzjonijiet eżenti mit-taxxa”, fit-Taqsima 1, punt 42: “1. L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 292(1)(f) tal-Kodiċi tat-Taxxa għat-taħriġ professjonali għall-adulti tapplika għall-persuni awtorizzati għal dan il-għan konformement mad-Digriet tal-Gvern Nru 129/2000 dwar it-taħriġ professjonali għall-adulti, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat u kkompletat sussegwentement, għall-persuni awtorizzati għat-taħriġ professjonali tal-persunal aeronawtiku ċivili tal-ekwipaġġ tal-ajru previst mil-Legea nr. 223/2007 privind statutul personalului Aeronautic civil navigant professionnel navigation civile aviaia (il-Liġi Nru 223/2007 dwar regolamenti tal-persunal aeronawtiku ċivili tal-ekwipaġġ tal-ajru professjoni tal-avjazzjoni ċivili Rumenam kif emendata u kkompletata, kif ukoll għall-Aġenzija Nazzjonali tal-Uffiċjali Pubbliċi għall-Attività ta’ Perfezzjonament Professjonali. Huma wkoll eżenti s-servizzi ta’ formazzjoni professjonali pprovduti minn fornituri ta’ taħriġ professjonali fuq il-bażi tal-kuntratti ta’ sħubija konklużi mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Uffiċjali Pubbliċi abbażi tal-Artikolu 23 tal-Hotărârea Guvernului nr. 1066/2008 pentru aprobarea normelor privind formarea profesională a funcţionarilor publici (id-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 1066/2008 li tapprova r-regoli dwar it-taħriġ professjonali tal-membri tal-persunal pubbliku). […] 3. L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 292(1)(f) tal-Kodiċi tat-Taxxa tapplika wkoll għall-provvisti ta’ oġġetti u servizzi li għandhom rabta mill-qrib ma’ servizzi edukattivi, bħall-bejgħ ta’ manwali skolastiċi, l-organizzazzjoni ta’ konferenzi marbuta mal-attività ta’ tagħlim, imwettqa minn stabbilimenti pubbliċi jew minn entitajiet oħra approvati għall-attivitajiet ta’ tagħlim jew għat-taħriġ professjonali ta’ adulti, il-provvista ta’ servizzi ta’ eżami sabiex jinkiseb aċċess għas-servizzi edukattivi jew ta’ taħriġ professjonali ta’ adulti. […]” |
|
7 |
Il-Legea educației naționale nr. 1/2011 (il-Liġi dwar l-Edukazzjoni Nazzjonali Nru 1/2011), tal‑5 ta’ Jannar 2011 (Monitorul Oficial al României, Parti I, Nru 18 tal‑10 ta’ Jannar 2011, iktar ’il quddiem il-“Liġi dwar l-Edukazzjoni Nazzjonali”) tirregola, skont l-Artikolu 1 tagħha, l-istruttura, il-funzjonijiet, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-sistema nazzjonali ta’ edukazzjoni pubblika, privata u reliġjuża. |
|
8 |
L-Artikolu 58 tal-Liġi dwar l-edukazzjoni nazzjonali, dwar il-programm “Skola wara l-iskola”, huwa fformulat kif ġej: “1. L-istabbilimenti edukattivi jistgħu, b’deċiżjoni tal-bord tad-diretturi, jestendu l-attivitajiet tagħhom mal-istudenti wara l-ħinijiet tal-lezzjonijiet, permezz ta’ programmi “Skola wara l-iskola”. 2. Bi sħubija mal-awtoritajiet pubbliċi lokali u l-assoċjazzjonijiet tal-ġenituri, il-programm “Skola wara l-iskola” joffri attivitajiet edukattivi, rikreattivi, ta’ divertiment, sabiex jissaħħu l-kompetenzi miksuba jew sabiex jitħaffef it-tagħlim, kif ukoll attivitajiet ta’ aġġornament. Meta dan ikun possibbli, is-sħubija tista’ tiġi konkluża ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi li għandhom kompetenzi fil-qasam. 3. Il-programmi “Skola wara l-iskola” huma organizzati abbażi ta’ metodoloġija approvata permezz ta’ digriet tal-Ministru tal-Edukazzjoni, tar-Riċerka, taż-Żgħażagħ u tal-Isport. 4. L-Istat jista’ jiffinanzja l-programm “Skola wara l-iskola” għat-tfal u għall-istudenti li jagħmlu parti mill-gruppi żvantaġġati, skont il-liġi.” |
|
9 |
L-organizzazzjoni tal-programm “Skola wara l-iskola” hija rregolata bil-Metodologia de organizare a programului “Şcoala după şcoală”, aprobată prin Ordinul ministrului educaţiei, cercetării, tineretului şi sportului nr. 5349 (il-metodoloġija għall-organizzazzjoni tal-programm “Şcoala după şcoală”, approvat permezz ta’ ordni tal-Ministru tal-Edukazzjoni, tar-Riċerka, taż-Żgħażagħ u tal-Isport, iktar ’il quddiem, il-“metodoloġija għall-organizzazzjoni tal-programm ‘Skola wara l-iskola’”). |
|
10 |
Il-metodoloġija tal-organizzazzjoni tal-programm “Skola wara l-iskola” tipprovdi, fl-Artikolu 2 tagħha: “1. Il-programm, “Skola wara l-iskola”, iktar ’il quddiem il-“programm SDS”, huwa programm komplementari għall-programm skolastiku obbligatorju, li joffri possibbiltajiet ta’ tagħlim formali u informali għall-konsolidazzjoni tal-kompetenzi, ta’ aġġornament u ta’ aċċelerazzjoni tat-tagħlim permezz ta’ attivitajiet edukattivi, rikreattivi u ta’ divertiment. 2. Il-programm SDS huwa indirizzat kemm għall-istudenti tat-tagħlim primarju kif ukoll għall-istudenti tat-tagħlim sekondarju. […]” |
Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari
|
11 |
Happy Education hija kumpannija kummerċjali Rumena li tipprovdi servizzi ta’ tagħlim li jikkonsistu fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet komplimentari għall-programm skolastiku, bħalma huma korsijiet ta’ sostenn għax-xogħol tad-dar, programmi edukattivi, korsijiet ta’ lingwi barranin u tal-arti, attivitajiet sportivi, ġbir skolastiku tat-tfal mill-iskola u l-provvista ta’ ikliet wara l-attivitajiet skolastiċi. |
|
12 |
Dawn l-attivitajiet jikkorrispondu għal dawk li jagħmlu parti mill-programm “Școala după școală” (“Skola wara l-iskola”), kif stabbilit, b’mod partikolari, mill-metodoloġija ta’ organizzazzjoni tal-programm “Skola wara l-iskola” (iktar ’il quddiem il-“programm ‘Skola wara l-iskola’”). |
|
13 |
It-tfal li jipparteċipaw fih huma rreġistrati fid-diversi skejjel li jinstabu f’Cluj-Napoca (ir-Rumanija). |
|
14 |
Fil-kuntest tal-Klassifikazzjoni tal-Attivitajiet Ekonomiċi Nazzjonali (CAEN), li skontu kull kumpannija kummerċjali u persuna fiżika awtorizzata fir-Rumanija hija obbligata tikklassifika l-għanijiet tagħha għal finijiet, b’mod partikolari, statistiċi, l-attivitajiet ta’ Happy Education jaqgħu taħt il-kodiċi CAEN 8559 – “Forom oħra edukattivi”. |
|
15 |
Wara kontroll fiskali relatat mal-VAT, li jirrigwarda l-perijodu bejn l‑1 ta’ Awwissu 2016 u l‑31 ta’ Diċembru 2017, id-dipartiment ta’ kontroll tal-awtoritajiet fiskali kkonstata li, fix-xahar ta’ Lulju 2016, id-dħul mill-bejgħ ta’ Happy Education kien qabeż il-limitu tad-dħul mill-bejgħ li taħtu l-impriżi ż-żgħar jibbenefikaw, skont il-Kodiċi tat-Taxxa, minn eżenzjoni mill-VAT. Konsegwentement, dawn l-awtoritajiet ikkunsidraw li Happy Education kellha tidentifika ruħha għall-VAT mix-xahar ta’ Awwissu 2016 u imponewlha l-ħlas ta’ ammont li jirrappreżenta l-VAT għall-perijodu previst. |
|
16 |
Fil‑11 ta’ Ġunju 2018, din il-kumpannija ressqet ilment amministrattiv kontra din id-deċiżjoni ta’ tassazzjoni, fejn sostniet, b’mod partikolari, li t-tranżazzjonijiet li hija kienet twettaq kienu jirrappreżentaw provvista ta’ servizzi marbuta strettament tal-attività tat-tagħlim, prevista mill-Liġi dwar l-edukazzjoni nazzjonali, b’tali mod li kienu eżentati mill-VAT skont l-Artikolu 292(1)(f) tal-Kodiċi tat-Taxxa. L-awtoritajiet fiskali osservaw, b’mod partikolari, li Happy Education ma kinitx awtorizzata sabiex tipprovdi servizzi fil-kuntest tal-programm “Skola wara l-iskola” intiż għall-istudenti. |
|
17 |
Permezz ta’ deċiżjoni tal‑10 ta’ Settembru 2018, id-dipartiment tal-ipproċessar tal-ilmenti Nru 1 tal-awtoritajiet fiskali ċaħad dan l-ilment amministrattiv, minħabba li l-attivitajiet eżerċitati minn Happy Education ma kinux jagħmlu parti mis-sistema nazzjonali ta’ tagħlim u ma kinux awtorizzati skont ir-regoli metodoloġiċi għall-applikazzjoni tal-Artikolu 292(1)(f) tal-Kodiċi tat-Taxxa. |
|
18 |
Adita b’rikors kontra din id-deċiżjoni minn Happy Education, it-Tribunalul Cluj (il-Qorti tal-Kontea ta’ Cluj, ir-Rumanija) tosserva li l-għan soċjali tal-attivitajiet eżerċitati minnha kien ingħata, mal-ħolqien tal-kumpannija, il-kodiċi CAEN 8559 – “Forom oħra edukattivi”, u għal din ir-raġuni din il-kumpannija qieset li ma kienx hemm lok li jinkisbu opinjonijiet addizzjonali sabiex is-servizzi pprovduti fil-kuntest ta’ dan l-għan soċjali jiġu kklassifikati fil-kategorija tat-tranżazzjonijiet eżentati mill-VAT, b’applikazzjoni tal-Artikolu 292(1)(f) tal-Kodiċi tat-Taxxa. |
|
19 |
Il-qorti tar-rinviju ssostni, madankollu, li, fid-dawl tad-dritt nazzjonali, b’mod partikolari ta’ din id-dispożizzjoni, is-servizzi proposti minn Happy Education ma humiex eżentati, sa fejn din ma pprovatx il-konklużjoni ta’ sħubija ma’ istituzzjoni ta’ tagħlim għall-implementazzjoni ta’ proġett fil-kuntest tal-programm “Skola wara l-iskola”. |
|
20 |
Din il-qorti tqis, madankollu, li Happy Education tista’ tinvoka l-benefiċċju tal-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva 2006/112. |
|
21 |
F’dan ir-rigward, Happy Education issostni li s-servizzi li hija tipprovdi lill-istudenti jinkludu attivitajiet ta’ trażmissjoni ta’ konoxxenzi kemm prattiċi kif ukoll teoretiċi, skont il-programm skolastiku nazzjonali, li huma neċessarji sabiex jiġi approfondit l-għarfien miksub mill-istudenti fil-kuntest tal-korsijiet mogħtija fl-istabbilimenti ta’ tagħlim. L-għan ta’ dawn l-attivitajiet ma huwiex għalhekk purament rikreattiv, iżda huwa prinċipalment iffokat fuq it-twettiq tax-xogħol tad-dar u l-konsolidazzjoni tal-għarfien miksub matul is-sigħat ta’ lezzjonijiet segwiti fl-istabbilimenti ta’ tagħlim tas-sistema nazzjonali. |
|
22 |
F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tidher li tqis li l-attività ta’ Happy Education taqa’ taħt il-kunċett ta’ “edukazzjoni skolastika jew universitarja”, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva 2006/112. |
|
23 |
Hija għandha, iżda, dubji dwar il-fatt li Happy Education tissodisfa l-kriterji l-oħra stabbiliti f’din id-dispożizzjoni, sa fejn ma huwiex ċert li hija tista’ tiġi pperċepita bħala “organizzazzjoni li għandha skopijiet simili” għall-organi rregolati mid-dritt pubbliku, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, peress li hija għandha biss l-awtorizzazzjoni neċessarja għall-eżerċizzju tal-attivitajiet edukattivi identifikati mill-Kodiċi CAEN 8559, peress li din l-awtorizzazzjoni ma hijiex madankollu kkunsidrata, fid-dritt nazzjonali, bħala li hija suffiċjenti sabiex l-organu jkun eliġibbli għall-eżenzjoni mill-VAT. |
|
24 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunalul Cluj (il-Qorti tal-Kontea ta’ Cluj) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:
|
Fuq id‑domandi preliminari
Fuq it‑tieni domanda
|
25 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva 2006/112 għandux jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “organizzazzjoni li għandha skopijiet simili” għal dawk ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku għall-edukazzjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, entità privata li teżerċita attivitajiet ta’ tagħlim ta’ interess ġenerali li jikkonsistu, b’mod partikolari, fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet komplementari għall-programm skolastiku, bħalma huma korsijiet ta’ sostenn għax-xogħol tad-dar, programmi edukattivi, korsijiet ta’ lingwi barranin u li kisbet awtorizzazzjoni mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ, fil-forma tal-għoti tal-Kodiċi CAEN 8559 – “Forom oħra edukattivi”, fis-sens tal-Kodiċi ta’ Klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi nazzjonali. |
|
26 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-Artikolu 132 tad-Direttiva 2006/112 jipprevedi eżenzjonijiet li, kif jindika t-titolu ta’ dan il-kapitolu li taħtu jaqa’ dan l-artikolu, għandhom bħala għan li jiffavorixxu ċerti attivitajiet ta’ interess ġenerali. Madankollu, dawn l-eżenzjonijiet ma jikkonċernawx l-attivitajiet ta’ interess ġenerali kollha, iżda biss dawk li huma elenkati u deskritti b’mod iddettaljat (sentenzi tal‑4 ta’ Mejju 2017, Brockenhurst College, C‑699/15, EU:C:2017:344, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑14 ta’ Marzu 2019, A & G Fahrschul-Akademie, C‑449/17, EU:C:2019:202, punt 17). |
|
27 |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-imsemmija eżenzjonijiet jikkostitwixxu kunċetti awtonomi tad-dritt tal-Unjoni li għandhom bħala għan li jevitaw diverġenzi fl-applikazzjoni tas-sistema tal-VAT minn Stat Membru għal ieħor (sentenzi tas‑26 ta’ Ottubru 2017, The English Bridge Union, C‑90/16, EU:C:2017:814, punt 17 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal‑21 ta’ Ottubru 2021, Dubrovin & Tröger – Aquatics, C‑373/19, EU:C:2021:873, punt 21. |
|
28 |
It-termini użati sabiex jindikaw l-eżenzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 132 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati b’mod strett, peress li dawn jikkostitwixxu derogi għall-prinċipju ġenerali, li jirriżulta mill-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, li jipprevedi li l-VAT għandha tinġabar fuq kull servizz ipprovdut bi ħlas minn persuna taxxabbli. Madankollu, din ir-regola ta’ interpretazzjoni stretta ma tfissirx li t-termini użati għad-definizzjoni tal-eżenzjonijiet imsemmija fl-imsemmi Artikolu 132 għandhom jiġu interpretati b’mod li dawn jiġu mċaħħda mill-effett tagħhom (sentenzi tal‑4 ta’ Mejju 2017, Brockenhurst College, C‑699/15, EU:C:2017:344, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata kif ukoll tal‑21 ta’ Ottubru 2021, Dubrovin & Tröger – Aquatics, C‑373/19, EU:C:2021:873, punt 22). |
|
29 |
Għandu jiġi rrilevat, b’mod iktar partikolari, li mill-formulazzjoni tal-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva 2006/112 jirriżulta li l-eżenzjoni li hija msemmija f’din id-dispożizzjoni hija suġġetta, essenzjalment, għal żewġ kundizzjonijiet kumulattivi, jiġifieri, minn naħa, dik, relatata man-natura tas-servizz ipprovdut, kemm jekk ikunu provvisti ta’ edukazzjoni tat-tfal jew taż-żgħażagħ, tagħlim skolastiku jew universitarju, taħriġ jew aġġornament professjonali jew ta’ provvisti “relatati mill-qrib” ma’ dawn il-provvisti u, min-naħa l-oħra, dik relatata mal-fornitur tas-servizz provdut, kemm jekk l-imsemmija provvisti jkunu mwettqa “minn korpi regolati mid-dritt pubbliku […] jew minn organizzazzjonijiet oħrajn rikonoxxuti mill-Istat Membru konċernat bħala li għandhom oġġetti simili” (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑28 ta’ Novembru 2013, MDDP, C‑319/12, EU:C:2013:778, punt 35, kif ukoll tal‑4 ta’ Mejju 2017, Brockenhurst College, C‑699/15, EU:C:2017:344, punt 26). |
|
30 |
Fir-rigward tat-tieni waħda minn dawn il-kundizzjonijiet, meta entità ma tikkostitwixxix organu rregolat mid-dritt pubbliku, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva 2006/112, kif jidher li huwa l-każ ta’ Happy Education fil-kawża prinċipali, il-provvisti tagħha jistgħu jiġu eżentati mill-VAT skont din id-dispożizzjoni biss sa fejn din taqa’ taħt il-kunċett ta’ “organizzazzjoni rikonoxxuta li għandha skopijiet simili mill-Istat Membru kkonċernat”, imsemmi fit-tieni domanda preliminari. |
|
31 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, sa fejn l-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva 2006/112 ma jippreċiżax il-kundizzjonijiet jew il-modalitajiet li bihom dawn l-iskopijiet simili jistgħu jiġu rrikonoxxuti, fil-prinċipju, huwa d-dritt nazzjonali ta’ kull Stat Membru li għandu jistabbilixxi r-regoli li permezz tagħhom dan ir-rikonoxximent jista’ jiġi mogħti lil dawn l-organi. L-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali f’dan ir-rigward (ara f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑26 ta’ Mejju 2005, Kingscrest Associates u Montecello, C‑498/03, EU:C:2005:322, punti 49 u 51, kif ukoll tat‑28 ta’ Novembru 2013, MDDP, C‑319/12, EU:C:2013:778, punt 37). |
|
32 |
Barra minn hekk, huma l-qrati nazzjonali li għandhom jeżaminaw jekk l-Istati Membri, meta jimponu dawn il-kundizzjonijiet, ma jkunux kisru l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, li fil-qasam tal-VAT, jissarraf fil-prinċipju ta’ newtralità fiskali (sentenza tat‑28 ta’ Novembru 2013, MDDP, C‑319/12, EU:C:2013:778, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
33 |
F’dan il-każ, mill-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li dan ir-rikonoxximent, bħala organizzazzjoni li għandha skopijiet simili għal dawk ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku ta’ edukazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva 2006/112, isir, fid-dritt Rumen, fir-rigward tal-entitajiet privati, bħal Happy Education, li joffru attivitajiet ta’ tagħlim tat-tip “Skola wara l-iskola”, prinċipalment bil-konklużjoni ta’ sħubija ma’ stabbiliment ta’ tagħlim fil-kuntest tal-programm “Skola wara l-iskola”, b’konformità mal-Artikolu 58 tal-Liġi dwar l-Edukazzjoni Nazzjonali u l-Metodoloġija tal-Organizzazzjoni tal-Programm “Skola wara l-iskola”. |
|
34 |
Issa, mill-elementi ppreżentati mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li Happy Education ma kkonkludietx tali sħubija u ma għandhiex, għaldaqstant, ir-rikonoxximent jew l-awtorizzazzjoni meħtieġa għal dan il-għan mid-dritt Rumen. |
|
35 |
Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li, bla ħsara għall-eżami msemmi fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, tali entità ma tistax titqies li tikkostitwixxi organu rikonoxxut li għandu skopijiet simili għal dawk ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku għall-edukazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva 2006/112, peress li hija ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti għal dan il-għan mill-awtoritajiet nazzjonali, mingħajr ma jkollha impatt fuq din il-klassifikazzjoni l-fatt li hija teżerċita attivitajiet ta’ tagħlim ta’ interess ġenerali tat-tip “Skola wara l-iskola” jew li tkun kisbet awtorizzazzjoni mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ, fil-mument tar-reġistrazzjoni tagħha f’dan ir-reġistru, fil-forma tal-għoti tal-Kodiċi CAEN 8559 – “Forom oħra edukattivi”. |
|
36 |
Fil-fatt, fir-rigward, b’mod iktar partikolari, ta’ din l-awtorizzazzjoni, mill-elementi ppreżentati mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li din għandha bħala skop biss ir-rikonoxximent, għall-finijiet tar-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-kummerċ nazzjonali, tal-attività tal-kumpannija bħala li taqa’ taħt il-Kodiċi CAEN 8559 – “Forom oħra edukattivi”, u għalhekk billi tikkunsidra biss l-iskop kummerċjali leġittimu tal-attivitajiet eżerċitati minn din il-kumpannija minkejja li, kif sostnew il-Gvern Rumen u l-Kummissjoni Ewropea, tali awtorizzazzjoni ma tistax tkun ekwivalenti għar-rikonoxximent ta’ kumpannija bħala organu li għandu skopijiet simili għal dawk ta’ organu tad-dritt pubbliku ta’ edukazzjoni. |
|
37 |
Fid-dawl ta’ dak li jippreċedi, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “organizzazzjoni li għandha skopijiet simili” għal dawk ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku għall-edukazzjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, entità privata li teżerċita attivitajiet ta’ tagħlim ta’ interess ġenerali li jikkonsistu, b’mod partikolari, fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet komplementari għall-programm skolastiku, bħalma huma korsijiet ta’ sostenn għax-xogħol tad-dar, programmi edukattivi, korsijiet ta’ lingwi barranin u li kisbet awtorizzazzjoni mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ, fil-forma tal-għoti tal-Kodiċi CAEN 8559 – “Forom oħra edukattivi”, fis-sens tal-Klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi nazzjonali, meta din l-impriża ma kinitx tissoddisfa, fi kwalunkwe każ, il-kundizzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali sabiex tkun tista’ tibbenefika minn dan ir-rikonoxximent. |
Fuq l‑ewwel domanda
|
38 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għat-tieni domanda u tal-kundizzjonijiet kumulattivi tal-eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva 2006/112, imfakkra fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑14 ta’ Marzu 2019, A & G Fahrschul-Akademie, C‑449/17, EU:C:2019:202, punt 31). |
Dwar l‑ispejjeż
|
39 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
L-Artikolu 132(1)(i) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “organizzazzjoni li għandha skopijiet simili” għal dawk ta’ organu rregolat mid-dritt pubbliku għall-edukazzjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, entità privata li teżerċita attivitajiet ta’ tagħlim ta’ interess ġenerali li jikkonsistu, b’mod partikolari, fl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet komplementari għall-programm skolastiku, bħalma huma korsijiet ta’ sostenn għax-xogħol tad-dar, programmi edukattivi, korsijiet ta’ lingwi barranin u li kisbet awtorizzazzjoni mill-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ, fil-forma tal-għoti tal-Kodiċi CAEN 8559 – “Forom oħra edukattivi”, fis-sens tal-Klassifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi nazzjonali, meta din l-impriża ma kinitx tissoddisfa, fi kwalunkwe każ, il-kundizzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali sabiex tkun tista’ tibbenefika minn dan ir-rikonoxximent. |
|
Reġistratur |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: ir-Rumen,