6.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 515/2013

tal-5 ta’ Ġunju 2013

li jelenka isem fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti [Tortas de Aceite de Castilleja de la Cuesta (STG)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 ħassar u ssostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (2).

(2)

Skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006, it-talba li għamlet Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Tortas de Aceite de Castilleja de la Cuesta” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3).

(3)

Billi lill-Kummissjoni ma waslitilha l-ebda oġġezzjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 509/2006,, l-isem “Tortas de Aceite de Castilleja de la Cuesta” ġie ppublikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija b’dan irreġistrata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Ġunju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1.

(3)   ĠU C 257, 25.8.2012, p. 4.


ANNESS

Prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel elenkati fil-punt II tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012:

Klassi 2.3.   Ħelu, ħobż, prodotti moħmija, prodotti tad-dulċiera, galletti u gallettini

SPANJA

Tortas de Aceite de Castilleja de la Cuesta (STG)