6.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 274/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8978 — AMF/KLP/Stena Sphere/Stena Renewable)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 274/03)

1.   

Fit-30 ta’ Lulju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

AMF Pensionförsäkring AB (“AMF”, l-Iżvezja),

—

Kommunal Landspensjonskasse gjensidig forsikringsselskap (“KLP”, in-Norveġja),

—

Stena Renewable AB (“Stena Renewable”, l-Iżvezja), li attwalment hija kkontrollata indirettament minn Stena Sphere (“Stena Sphere”, l-Iżvezja).

AMF KLP u Stena Sphere, takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Stena Renewable.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

AMF hija kumpanija tal-assigurazzjoni tal-ħajja li tipprovdi pensjonijiet għall-individwi u l-kumpaniji.

—

KLP, flimkien mas-sussidjarji tagħha, hija attiva fil-forniment ta’ pensjonijiet, assigurazzjoni, servizzi bankarji u finanzjarji.

—

Stena Sphere tinkludi tliet kumpaniji azzjonarji, jiġifieri Stena AB, Stena Sessan AB u Stena Metall AB, u l-attivitajiet tagħha huma prinċipalment relatati mal-marittimu. Stena Adactum, sussidjarja ta’ Stena AB, hija kumpanija ta’ investiment fit-tul, li bħalissa żżomm f’idejha inter alia 100 % tal-ishma Stena Renewable.

—

Stena Renewable hija involuta fin-negozju tal-produzzjoni tal-enerġija mir-riħ u tippossjedi, direttament u indirettament permezz tas-sussidjarji, ċerti parks eoliċi fuq l-art kif ukoll ċerti assi u drittijiet biex tiżviluppa, tibni u tħaddem parks eoliċi ġodda fuq l-art.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8978 — AMF/KLP/Stena Sphere/Stena Renewable

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.