22003D0181



Official Journal L 088 , 25/03/2004 P. 0063 - 0064


Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 181/2003

tal-5 ta' Diċembru 2003

li temenda l-Protokoll 31 tal--Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk aktar 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1) Billi l-Protokoll tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 111/2003 tat-12 ta' Lulju 2003(1) f the EEA Joint Committee No 111/2003 of 12 July 2003 [1].

(2) Huwa xieraq illi l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim titwassa' biex tinkludi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/750/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni tal-Komunità biex jiġġieled id-diskriminazzzjoni (20001 sa 20006) [2].

(3) Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk ikun emendat biex jippermetti din il-kooperazzjoni mwassgħa sseħħ mill-1 ta' Jannar 2004,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tal-Protokoll 31tal-Ftehim huwa emendat kif ġej:

1. It-test tal-paragrafu 5 huwa ssostitwit b'li ġej:

"L-Istati ta' l-EFTA għandhom jieħdu sehem fil-programmi u azzjonijiet tal-Komunità li jirreferu għalihom l-ewwel żewġ inċiżi tal-paragrafu 8 mill-1 ta' Jannar 1996, fil-programm li jirreferi għalih it-tielet inċiż mill-1 ta' Jannar 2000, fil-programm li jirreferi għalih ir-raba' inċiż mill-1 ta' Jannar 2001, fil-programmi li jirreferu għalihom il-ħames u s-sitt inċiż mill-1 ta' Jannar 2002 u fil-programm li jirreferi għalih is-seba' inċiż mill-1 ta' Jannar 2004"

:

2. L-inċiż li ġej jiżdied fil-paragrafu 8:

"- 32000 D 0750: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/750/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi programm ta' azzjoni tal-Komunità biex tiġġieled id-diskriminazzjoni (2001 sa 2006) (ĠU L 303, tat-2.12.2000, p. 23)."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li jiġi wara l-aħħar notifikazzjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim [3]

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2004.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Diċembru 2003.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

HSH Prinz Nikolaus von Liechtenstein

[1] ĠU L 298, 31.10.2003, p. 37.

[2] ĠU L 303, 2.12.2000, p. 23.

[3] Huma indikati obbligi kostituzzjonali.

--------------------------------------------------