17.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 234/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10649 – PKN ORLEN / NORMBENZ / SELECTED HUNGARIAN AND SLOVAK ASSETS OF MOL)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 234/06)

1.   

Fl-10 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Polski Koncern Naftowy ORLEN S.A. (“PKN ORLEN”, il-Polonja),

—

Normbenz Magyarország Kft. (“Normbenz”, l-Ungerija),

—

Assi magħżula fl-Ungerija u fis-Slovakkja li bħalissa huma kkontrollati minn MOL Magyar Olaj- és Gázipari Nyrt. (“MOL”, l-Ungerija).

—

PKN Orlen takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Normbenz u tal-assi magħżula fl-Ungerija u fis-Slovakkja li bħalissa huma kkontrollati minn MOL.

—

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

PKN ORLEN hija l-kumpanija prinċipali tal-ORLEN Group, li hija intrapriża integrata u multiutilitarja attiva fl-Ewropa Ċentrali u l-Kanada fir-raffinar taż-żejt, u fil-produzzjoni tal-bijokarburanti, il-produzzjoni tal-petrokimiċi, il-produzzjoni tal-elettriċità, il-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut ta’ fuels tal-magni, il-bejgħ bl-imnut ta’ oġġetti tal-konsum li jinbiegħu malajr, kif ukoll l-estrazzjoni taż-żejt mhux raffinat u tal-gass naturali,

—

Normbenz tħaddem stazzjonijiet ta’ servizz fl-Ungerija bil-marka tad-ditta Lukoil,

—

L-assi magħżula fl-Ungerija u s-Slovakkja li bħalissa huma kkontrollati minn MOL jikkombinaw assi li huma l-bażi għat-tħaddim ta’ stazzjonijiet ta’ servizz fl-Ungerija u fis-Slovakkja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10649 – PKN ORLEN / NORMBENZ / SELECTED HUNGARIAN AND SLOVAK ASSETS OF MOL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).