|
17.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 269/17 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1953
tas-7 ta’ Ottubru 2022
dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal kull Stat Membru għall-2020
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) tistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru għal kull sena tal-perjodu mill-2013 sal-2020 u mekkaniżmu biex kull sena tiġi vvalutata l-konformità ma’ dawk il-limiti. L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri, espressi f’ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ CO2, jinsabu fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE (3). L-aġġustamenti tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għal kull Stat Membru huma stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE (4). |
|
(2) |
L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 jipprevedi proċedura għar-rieżami tal-inventarji tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Istati Membri sabiex tiġi vvalutata l-konformità mad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE. Ir-rieżami annwali msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 twettaq abbażi tad-data dwar l-emissjonijiet tal-2020 irrappurtata lill-Kummissjoni f’Marzu tal-2022 f’konformità mal-proċeduri stabbiliti fil-Kapitolu III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 (5) u fl-Anness XVI ta’ dak ir-Regolament. |
|
(3) |
L-ammont totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għall-2020 jenħtieġ li jqis il-korrezzjonijiet tekniċi u l-istimi riveduti kkalkulati waqt ir-rieżami annwali kif mogħtija fir-rapporti tar-rieżami finali mfasslin skont l-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 749/2014. |
|
(4) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha biex tkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19(7) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 li jistabbilixxi d-data tal-pubblikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni bħala l-punt tat-tluq għall-perjodu ta’ erba’ xhur li matulu l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-mekkaniżmi ta’ flessibbiltà skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-somma totali tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra koperti mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE għal kull Stat Membru għall-2020 li ġejjin mid-data kkoreġuta tal-inventarju wara li tlesta r-rieżami annwali msemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, hija stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/162/UE tas-26 ta’ Marzu 2013 dwar kif għandhom jiġu ddeterminati l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument (ĠU L 90, 28.3.2013, p. 106).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/634/UE tal-31 ta’ Ottubru 2013 dwar l-aġġustamenti fl-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 292, 1.11.2013, p. 19).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 749/2014 tat-30 ta’ Ġunju 2014 dwar l-istruttura, il-format u l-proċessi tat-tressiq u r-reviżjoni tal-informazzjoni rrapportata mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 23).
ANNESS
|
Stat Membru |
L-emissjonijiet tal-gassijiet serra għas-sena 2020 koperti mid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE (ekwivalenti ta’ tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju) |
|
Il-Belġju |
64 904 157 |
|
Il-Bulgarija |
25 735 613 |
|
Iċ-Ċekja |
58 650 330 |
|
Id-Danimarka |
30 835 287 |
|
Il-Ġermanja |
407 410 808 |
|
L-Estonja |
5 934 829 |
|
L-Irlanda |
44 721 180 |
|
Il-Greċja |
42 893 855 |
|
Spanja |
184 188 341 |
|
Franza |
307 767 715 |
|
Il-Kroazja |
16 518 244 |
|
L-Italja |
254 001 457 |
|
Ċipru |
4 243 155 |
|
Il-Latvja |
8 436 245 |
|
Il-Litwanja |
14 042 972 |
|
Il-Lussemburgu |
7 687 843 |
|
L-Ungerija |
43 906 325 |
|
Malta |
1 311 233 |
|
In-Netherlands |
90 196 821 |
|
L-Awstrija |
46 543 211 |
|
Il-Polonja |
205 093 211 |
|
Il-Portugall |
38 536 930 |
|
Ir-Rumanija |
77 123 535 |
|
Is-Slovenja |
9 754 284 |
|
Is-Slovakkja |
18 877 704 |
|
Il-Finlandja |
28 120 096 |
|
L-Iżvezja |
29 384 094 |
|
Ir-Renju Unit |
298 936 220 |