|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6716 |
17.12.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12241 — TRANE TECHNOLOGIES / KIPEMA / APTUS 2527 / K&P)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6716)
1.
Fid-9 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Trane Technologies plc (“Trane Technologies”, l-Irlanda), |
|
— |
Kipema GmbH (“Kipema”, il-Ġermanja). |
Trane Technologies u Kipema se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Kieback&Peter GmbH & Co. KG (“K&P”, il-Ġermanja) kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
It-Trane Technologies hija ffukata fuq is-sistemi tat-tisħin, tal-ventilazzjoni, tal-arja kundizzjonata u tar-refriġerazzjoni f’aktar minn 80 pajjiż globalment, inkluża ż-ŻEE, |
|
— |
Kipema hija kumpanija inkorporata ġdida tal-ġestjoni attwali ta’ K&P mingħajr attivitajiet kummerċjali indipendenti. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża K&P huma dawn li ġejjin:l-iżvilupp u l-integrazzjoni ta’ software u hardware għall-ġestjoni intelliġenti tal-bini, inkluż il-kontroll tat-tisħin, tal-ventilazzjoni u tal-arja kundizzjonata, id-dawl, il-protezzjoni min-nirien, u s-sistemi ta’ ottimizzazzjoni tal-enerġija prinċipalment fil-Ġermanja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12241 — TRANE TECHNOLOGIES / KIPEMA / APTUS 2527 / K&P
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6716/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)