31989R1260



Official Journal L 126 , 09/05/1989 P. 0012 - 0013
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0035
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 7 P. 0035


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1260/89

tat-8 ta' Mejju 1989

dwar il-klassifika ta' ċerti oġġetti fin-nomenklatura magħquda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 [1] dwar in-nomenklatura tat-tariffa u ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 20/89 [2], u b’ mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi, sabiex tiġi assigurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa ma'l-imsemmi Regolament, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li għandhom x'jaqsmu mal-klassifika ta' l-oġġetti msemmija fl-Anness għal dan ir-Regolament;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 iffissa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment bażata fuqha jew li żżid magħha kwalunkwe suddiviżjonijiet addizzjonali u li hija mwaqqfa b'disposizzjonijiet speċifiċi mill-Komunità, bi skop ta' applikazzjoni ta' tariffa jew miżuri oħra relatati man-negozju ta' oġġetti;

Billi, sussegwentement għall-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fl-1 kolonna tat-tabella annessa magħhom għandhom ikunu klassifikati taħt il-kodiċijiet NM xierqa murija fit-2 kolonna, bis-saħħa tar-raġunijiet imniżżla fit-3 kolonna;

Billi l-kumitat ta' nomenklatura ma tax opinjoni fiż-żmien moghti lilu mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fl-1 kolonna tat-tabella annessa huma b'hekk klassifikati fin-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet NM xierqa murija fit-2 kolonna ta' l-imsemmija tabella.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament ghandu jidhol fis-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Gurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, fit-8 ta' Mejju 1989.

Għall-Kummissjoni

Christiane Scrivener

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, pġ. 1.

[2] ĠU L 4, tas-6.1.1989, pġ. 19.

--------------------------------------------------

ANNESS

Deskrizzjoni ta' l-oġġetti | Klassifika kodiċi NM | Raġunijiet |

(1) | (2) | (3) |

Prodott li għandu l-apparenza ta' xema’ abjad artab, li jikkonsisti f'taħlita ta' alpha-olefins li għandhom ktajjen tal-karbonju enumerati biż-żewġ ta' 18 sa 26 atomi, li minnhom, il-katini tal-karbonju l-20- u t-22 jirrappreżentaw aktar minn 80 % bil-piż tat-total | 27129090 | Il-klassifika hija determinata mid-disposizzjioniijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u t-testi tal-kodiċijiet NM 2712 u 27129090. Huwa prodott simili għal dawk imsemmija fit-tieni parti tal-kodiċi NM 2712 |

ġ4,4'-bis (1,1,3-tetrametilbutil)-2,2'-thiodiphenolato-0,0’, Sħ(butilamina) nickel(II) | 29309090 | Il-klassifika hija determinata mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura ġenerali, nota 6 għall-Kapitolu 29 u t-testi tal-kodiċijiet 2930 u 29309090 |

Soluzzjoni f'solvent volatili organiku (approssimament 25 % bil-piż) ta' derivattiv ta' triażin (approssimament 75 % bil-piż) ifformat bir-riorganizzazzjoni tal-polimerizzazzjoni ta' heximaethylene diisocyante (HMDI), li fiha l-gruppi ħielsa ta' isocyantes huma protetti | 39119090 | Il-klassifika hija determinata mid-disposizzjonijiet tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-intrerpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, nota 3 e għall-Kapitolu 39 u t-testi tal-kodiċijiet NM 3911 u 39119090. Il-prodott għandu karattru polimetriku u hu kunsidrat bħala prepolimer |

--------------------------------------------------