Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2702/98 tas-17 ta' Diċembru 1998 li jikkonċerna l-format tekniku għat-trasmissjoni tal-istatistika strutturali tal-kummerċTest b'relevanza għaż-ŻEE.
Official Journal L 344 , 18/12/1998 P. 0102 - 0117
CS.ES Chapter 13 Volume 23 P. 104 - 119
ET.ES Chapter 13 Volume 23 P. 104 - 119
HU.ES Chapter 13 Volume 23 P. 104 - 119
LT.ES Chapter 13 Volume 23 P. 104 - 119
LV.ES Chapter 13 Volume 23 P. 104 - 119
MT.ES Chapter 13 Volume 23 P. 104 - 119
PL.ES Chapter 13 Volume 23 P. 104 - 119
SK.ES Chapter 13 Volume 23 P. 104 - 119
SL.ES Chapter 13 Volume 23 P. 104 - 119
Ir-Regolament tal-Kummissijoni (KEE) Nru 2702/98 tas-17 ta' Diċembru 1998 li jikkonċerna l-format tekniku għat-trasmissjoni tal-istatistika strutturali tal-kummerċ (Test b'relevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill KE, Euratom) Nru 58/97 tal-20 ta' Diċembru 1996 [1] dwar l-istatistika strutturali tal-kummerċ, u partikolarment l-Artikolu 12(viii) tiegħu, Billi r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 58/97 stabbilixxa kwadru komuni għall-produzzjoni tal-istatistika tal-Komunità dwar l-istruttura, l-attività, il-kompetitività u l-prestazzjoni tal-kummerċ fil-Komunità; Billi huwa meħtieġ li jiġi speċifikat il-format tekniku għat-trasmissjoni tal-istatistika strutturali tal-kummerċ; Billi l-miżuri ntiżi huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm tal-Istatistika, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Il-format tekniku msemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97 dwar l-istatistika strutturali tal-kummerċ huwa definit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom japplikaw dan il-format għat-tagħrif li jikkonċerna s-sena ta' referenza 1996 u s-snin ta' wara. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta' Diċembru 1998. Għall-Kummissjoni Yves-Thibault de Silguy Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 14, tas-17.1.1997, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS FORMAT TEKNIKU 1. Il-format tat-tagħrif It-tagħrif li jinbagħat bħala sett ta' rekords li l-parti l-kbira minnhom tiddeskrivi il-karatteristiċi tat-tagħrif (pajjiż, sena, attività ekonomika, eċċ.). It-tagħrif innifsu huwa numru li jista' jiġi marbut man-noti u noti ta' qiegħ il-paġna ta' spjegazzjoni użati per eżempju biex jiddeskrivu l-aggregazzjonijiet tal-kodiċi NACET. Tagħrif konfidenzjali għandu jintbagħat bil-valur veru tiegħu li jkun irrekordjat fil-kolonna tal-valur u b'nota li tkun tindika n-natura tat-tagħrif konfidenzjali li jkun jiżdied mar-rekord. Biex wieħed ikun preċiż dwar in-natura tat-tagħrif, huwa meħtieġ li ssir distinzjoni fil-każi speċjali li ġejjin: - tagħrif ugwali għal żero (kodifikat "0"): valuri reali ta' żero biss, - tagħrif konfidenzjali (kodifikat "x"): tindika t-tagħrif li l-Istat Membru ma jittrasmettix lill-Eurostat minħabba li t-tagħrif huwa konfidenzjali, - tagħrif nieqes (kodifikat "m"): dan huwa tagħrif li fil-preżent huwa nieqes iżda li l-Istati Membri għandhom il-ħsieb li jibgħatu meta jkun disponibbli, - tagħrif mhux disponibbli: dan huwa tagħrif li mhux miġbur fi Stat Membru. F'dan il-każ ir-rekord li jikkorrispondi ma jintbagħtx. Fin-nuqqas, jekk id-dimensjoni sħiħa (xi varjabbli, kodiċi NUTS, kodiċi NACE, eċċ.) ma jinġabarx allura r-rekords korrispondenti ma jeżistiu ħlief għal dawk li huma neqsin minħabba li jagħmlu sehem mir-raggruppament tal-kodiċi NACE. Għalhekk huwa mportanti li ssir distinzjoni fit-tagħrif li jkun tassew nieqes billi jiġi provdut record (wieħed għal kull parti nieqsa) li fih il-valur tat-tagħrif huwa kodifikat bħala "m", u t-tagħrif li huwa tassew ugwali għal żero billi jiġu provduti r-rekords korrispondenti li fihom il-valur tat-tagħrif jiġi ffissat bħala 0. 2. Struttura tar-rekords Ir-rekords huma magħmulin minn oqsma ta' tul varjabbli separati bil-punt-u-virgola (;). It-tul massimu mistenni huwa muri fit-tabella għall-informazzjoni. Fl-ordni mix-xellug għall-lemin huma: NB: A = Alfanumeriku, N = Numeriku Dan il-format jista' jiġi konvertit fi format fiss billi jintuża t-tul massimu ta' kull parti filwaqt li kull parti preċeduta bi spazji vojta tiġi ġustifikata lejn il-lemin. Qasam | Tip | Tul Massimu | (i) | Serje | A | 2 | 1A, 1B, 2C, 3A, 4A, 4B, eċċ. Kodiċi alphanumerika tas-serje (Ara l-lista hawn taħt) | Sena | A | 4 | Sena b'erba karratri eż: 1995 għal 1995 | Unità territorjali | A | 6 | Jikkorrispondi mal-kodiċi tal-pajjiż ghas-serja nazzjonali jew għal kodiċi NUTS 95 tas-serje reġjonali. NUTS 95 hija in-nomenklatura ġdida magħmula f'Ġunju 1995 | Klassi ta' Miżuri | A | 2 | Kodiċi għal klassi ta' miżuri (ara lista hawn taħt) | Attività Ekonomika | A | 4 | NACE Rev 1 kodiċi: eż. il-kodiċi tal-manifatturi ta' roti hu 3542, il-kodiċi ta manifatturi ta' għamara hu 36.1, il-kodiċi tat-trasport tal-ferroviji hu 601 | Forma ta' proprjetà Jew identifikazzjoni FATS | A | 2 | Kodiċi li jiddistingwi bejn intrapriżi pubbliċi u privati (jintuża biss fl-industrija u fil-kostruzzjoni) Jew kodiċi li jidentifika l-metodu ta' ġbir ta' data għal statistiċi tan-negozju ta' affiljati barranin — FATS — u x-xorta ta' FATS (jintuża biss fis-servizzi) (ara l-lista ta' hawn taħt) | Sit tal-proprjetà — FATS | A | 2 | Kodiċi tal-FATS li jikkorispondi mal-pajjiż fejn tinsab il- proprjetà jew jiġi eżerċitat il-kontroll (jintuża biss fis-servizzi) | Varjabbli | A | 5 | Kodiċi varjabbli. Il-kodiċijiet elenkati fir-Regolament SBS għandhom 5 karattri (ara l-lista ta' hawn taħt) | Valur tad-data | A | 12 | Valur numeriku tad-data (il-valuri negattivi għandhom is-simbolu "—" quddiemhom) espress bħala numru sħiħ mingħajr numri deċimali. Il-karatturu "X" għandu jintuża jekk id-data ma tintbgħadx lil Eurostat għax id-data hi kunfidenzjali u l-karatturu "M" għandu jintuża jekk id-data ma tintbgħadx għax hi nieqsa | Nota tal-kwalità | A | 1 | R: data riveduta, M: data aġġornata, P: data provviżorja | Nota ta' kunfidenzjalità | A | 1 | A, B, C, D: jindika li d-data hi kunfidenzjali u r-raġuni għal dik il-kunfidenzjalità (ara l-lista ta' hawn taħt). Spazju vojt jindika data mhux kunfidenzjali | Dominanza | N | 3 | Valur numeriku inqas jew daqs 100. Dan jindika d-dominanza perċentwali ta' intrapriża jew tnejn li jiddominaw fuq id-data u jagħmluha kunfidenzjali. Il-valur jiġi arrotondat għall-eqreb numru sħiħ: eż. 90.3 isir 90, 94.50 isir 95. Din il-parti tibqa' vojta għal data mhux kunfidenzjali. Din il-parti tintuża biss meta l-bnadar ta' kunfidenzjalità B jew C jintużaw fil-parti ta' qabel | Aggregat ta' kodiċijiet NACE | A | 40 | Tikketta li tispjega li d-data tikkorispondi għall-aggregat ta' ħafna kodiċijiet NACE. Eżempju, 31.1 = 31.2 + 31.3 + 31.4 | Elenku tal-prodotti wieħed wieħed | A | 6 | Jikkorispondi mal-kodiċi CPA (użat biss fin-negozji ta' distribuzzjoni) | Klassijiet ta' l-ammont ta' turnover | A | 2 | Kodiċijiet għall-klassijiet ta' l-ammont ta' turnover (użat biss fin-negozji ta' distribuzzjoni) (ara l-lista ta' hawn taħt) | Klassijiet tad-daqs tal-qasam tan-negozju | A | 2 | Kodiċijiet għall-klassijiet tad-daqs tal-qasam tan-negozju (użat biss fin-negozji ta' distribuzzjoni) (ara l-lista ta' hawn taħt) | Unitajiet ta' valuri tad-data (mhux mandatorju) | A | 4 | Parti mhux mandatorja b'kodiċijiet li jindikaw jekk ġewx użati unitajiet mhux standard (ara l-lista ta' hawn taħt) | 3. Deskrizzjoni ta' l-oqsma 3.1. It-tip tas-serje Tip tas-serje | Kodiċi | Statistika annwali ta' l-impriżi (is-setturi kollha) | 1A | Statistika annwali ta' l-impriż bid-daqs tal-klassi (is-setturi kollha) | 1B | Statistika annwali reġjonali (is-setturi kollha) | 1C | Riżultati preliminari (is-setturi kollha) | 1D | Studji pilota settorjali (sezzjonijiet M sa O) | 1E | Studji pilota fuq il-karatteristiċi (is-setturi kollha) | 1F | Studji pilota fuq l-istatistika tal-kummerċ ta' l-affiljati esterni (servizzi) | 1G | Statistika annwali ta' l-impriżi (industria) | 2A | Nefqa għal ħarsien ambjentali (industria) | 2B | Statistika annwali ta' l-impriża bit-tip tal-propjetarju (industria) | 2C | Statistika annwali ta' l-impriża bid-daqsa tal-klassi (industria) | 2D | Statistika annwali KAU (industria) | 2E | Statistika annwali reġjonali (industria) | 2F | Statistika multi-annwali dwar l-impiegi (industria) | 2H | Statistika multi-annwali dwar investiment mhux-tanġibbli u sub-kuntrattar (industria) | 2J | Statistika multi-annwali dwar sub-kuntratti bid-daqs tal-klassi (industria) | 2K | Statistika multi-annwali dwar ix-xiri ta' prodotti ta' l-enerġija (industria) | 2L | Riżultati preliminari (industria) | 2N | Studji pilota rigward il-karatteristiċi (industria) | 2P | Riżultati preliminari (negozju tad-distribuzzjoni) | 3A | Statistika annwali ta' l-impriża (negozju tad-distribuzzjoni) | 3B | Statistika annwali ta' l-impriża bid-daqs tal-klassi (negozju tad-distribuzzjoni) | 3C | Statistika multi-annwali bl-impriża (negozju tad-distribuzzjoni) | 3D | Statistika annwali reġjonali (negozju tad-distribuzzjoni) | 3E | Statistika multi-annwali reġjonali (negozju tad-distribuzzjoni) | 3F | Statistika annwali bl-impriża (kostruzzjoni) | 4A | Statistika annwali bl-impriża bit-tip tal-propjetarju (kostruzzjoni) | 4C | Statistika annwali bl-impriża bid-daqs tal-klassi (kostruzzjoni) | 4D | Statistika annwali KAU (kostruzzjoni) | 4E | Statistika annwali reġjonali (kostruzzjoni) | 4F | Statistika multi-annwali dwar l-impiegi (kostruzzjoni) | 4H | Statistika multi-annwali dwar l-investimenti tanġibli u sub-kontrattar (kostruzzjoni) | 4J | Statistika multi-annwali tas-sub-kontrattar bid-daqs tal-klassi (kostruzzjoni) | 4K | Statistika multi-annwali dwar ix-xiri ta' prodotti ta' l-enerġija (kostruzzjoni) | 4L | Riżultati preliminari (kostruzzjoni) | 4N | Studji pilota (kostruzzjoni) | 4P | 3.2. Unità territorjali Din il-kodiċi tikkorrispondi għall-pajjiż għas-serje nazzjonali jew għar-reġjun għal serje reġjonali (serje 1C, 2F, 3E, 3F, 4F). Hija bbażata fuq il-kodiċi NUTS 95. Għar-reġjuni, żewġ karattri huma miżjuda maż-żewġ karattri għall-pajjiż (ara NUTS 95). Pajjiż | Kodiċi | Il-Belġju | BE | Id-Danimarka | DK | Il-Ġermanja | DE | Il-Greċja | GR | Spanja | ES | Franza | FR | L-Irlanda | IE | L-Italja | IT | Il-Lussemburgu | LU | L-Olanda | NL | L-Awstria | AT | Il-Portugall | PT | Il-Finlandja | FI | L-Iżvezja | SE | Ir-Renju Unit | UK | L-Iżlanda | IS | Il-Liechtenstein | LI | In-Norveġja | NO | L-Iżvizzera | CH | 3.3. Daqs tal-klassijiet Kull daqs ta' klassi tikkorrispondi ma' kodiċi. Il-parti l-kbira tas-serje jkopru id-daqs tal-kategoriji kollha u għalhekk il-kodiċi 30 hija l-aktar xierqa. Il-kodiċi kollha minn 01 sa 53 jirreferu għan-numru ta' persuni mpjegati. Kodiċi 80 sa 85 jirreferu għall-laġġju gross miktuba. Klassi ta' l-impiegi bid-daqs | Kodiċi | 0 | 01 | 1 — 9 | 02 | 0 — 9 | 03 | 10 — 19 | 04 | 0 — 19 | 05 | 1 — 19 | 06 | 20 — 49 | 07 | 50 — 99 | 08 | 20 — 99 | 09 | 10 — 99 | 10 | 100 — 249 | 11 | 100 — 199 | 12 | 200 — 249 | 13 | 250 — 499 | 14 | 200 — 499 | 15 | 100 — 499 | 16 | 500 — 999 | 17 | 1000 — 1999 | 18 | 2000 — 4999 | 19 | 1000 — 4999 | 20 | 5000 + | 21 | 1000 + | 22 | 500 + | 23 | 250 + | 24 | 100 + | 25 | 20 + | 26 | 10 + | 27 | Total | 30 | 0 — 2 | 40 | 1 — 2 | 41 | 3 — 9 | 42 | 3 — 19 | 43 | 200 + | 44 | 1 | 45 | 2 | 46 | 3 — 4 | 47 | 5 — 9 | 48 | 1 — 49 | 49 | 10 — 49 | 50 | 2 — 4 | 51 | 50 — 249 | 52 | 1 — 4 | 53 | Id-daqs tal-klassi bil-laġġju gross miktub (miljuni ECU) | Kodiċi | < 5 | 80 | 5-50 | 81 | 51-250 | 82 | 251-500 | 83 | 501-1000 | 84 | 1000+ | 85 | 3.4. Attività ekonimika Dan il-qasam huwa wżat għall-intestura NACE Rev.1 In-numru ta' l-aggregati standard huua previst bir-Regolament SBS u għandu jkun kodifikat kif ġej. L-aggregat ta' l-attività ekonomika standard | Kodiċi | 55.1 + 55.2 | 55 A | 55.3 + 55.4 + 55.5 | 55 B | 60.21 + 60.22 + 60.23 | 602 A | 63.1 + 63.2 + 63.4 | 63 A | 71.1 + 71.2 | 71 A | 74.11 + 74.12 + 74.14 + 74.15 | 741 A | 74.2 + 74.3 | 74 A | L-aggregati mhux standard għandhom ikunu ndikati fil-"aggregazzjoni tal-qasam tal-kodiċi NACE". 3.5. Forma ta' proprjetà jew identifikazzjoni FATS Dan il-qasam huwa wżat jew għat-tqassim skond il-forma ta' proprjetà (tintuża biss fl-industrija u l-kostruzzjoni) jew l-identifikazzjoni FATS (tintuża biss fis-servizzi). M'hemm ebda serji li titqassam fiż-żewġ klassifikazzjonijiet. Il-ħtiġiet li jikkonċernaw it-tqassim tal-karatteristiċi li jiġu wara l-lokalità tal-proprjetà jew tal-kontroll (FATS) huma parti ta' l-Anness 1, is-sezzjoni 10, il-paragrafu 3 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 58/97. Għalhekk it-tagħrif miġbur huwa suġġett għall-ittestjar. It-tagħrif dwar it-tqassim tat-totali skond il-pajjiż jew ir-reġjun ġeografiku ta' fejn il-proprjetà jew il-kontrol ikun jinsab. Tlett bċejjeċ ta' tagħrif huma meħtieġa: - il-metodu wżat għall-ġbir: is-sid aħħari li jibbenefika jew tagħrif "first shot", - it-tip ta' FATS: FATS il-ġewwa/residenti jew FATS il-barra, - il-pajjiż ta' fejn il-proprjetà jew il-kontroll ikun jinsab jew għall-FATS il-barra ta' fejn, per eżempju, in-negozju totali huwa ġġenerat jew jinsab l-impieg. L-għamla tal-proprjetà (jew identifikazzjoni FATS) | Kodiċi | Għamla ta' proprjetà: kollha | 00 | Għamla ta' proprjetà: pubblika | 10 | Għamla ta' proprjetà: privata | 20 | Identifikazzjoni FATS: il-propjetarju benefiċjarju aħħari (UBO) tagħrif dwar FATS il-ġewwa | 30 | Identifikazzjoni FATS: tagħrif "First-shot" dwar FATS il-ġewwa | 40 | Identifikazzjoni FATS: il-propjetarju benefiċjarju aħħari (UBO) tagħrif dwar FATS il-barra | 50 | Identifikazzjoni FATS: tagħrif "First-shot" dwar FATS il-barra | 60 | 3.6. Il-lokalità tal-proprjetà — FATS Użata biss fis-servizzi Il-kodiċi li għandhom jintużaw huma dawk użati wkoll għall-istatistika tal-bilanċ ta' ħlasijiet, l-istess bħall-kodiċi hawn fuq fis-sezzjoni 3.2). Il-kodiċi tal-pajjiż u taż-żoni l-oħrajn (lista mhux kompleta) huma murija fit-tmiem ta' dan il-format 3.7. Varjabbli Intestatura varjabbli | Kodiċi | Numru ta' impriżi | 11110 | Numru ta' twelid ta' impriżi | 11120 | Numru ta' mwiet ta' impriżi | 11130 | Numru ta' unitajiet lojkali | 11210 | Numru ta' unitajiet tat-tip-ta'-attività | 11310 | Negozju totali | 12110 | Valur tal-produzzjoni | 12120 | Marġini gross fuq oġġetti għal bejgħ mil-ġdid | 12130 | Valur miżjud fil-prezzijiet bażiċi | 12140 | 2. Valur miżjud fil-prezzijiet tas-suq | 12141 | Valur miżjud fil-fattur ta' l-ispiża | 12150 | Dħul akwistat minn attivitajiet ordinarji | 12160 | Żejjed gross operattiv | 12170 | Żejjed finanzjarju | 12180 | Żejjed gross ordinarju | 12190 | Il-qliegħ jew it-telf għas-sena | 12200 | Xiri totali ta' oġġetti u servizzi | 13110 | Xiri ta' oġġetti u servizzi mixtrija għal bejgħ mill-ġdid fl-istess kundizzjoni kif akkwistati | 13120 | 3. Xiri ieħor ta oġġetti u servizzi | 13130 | Pagamenti lill-ħaddiema ta' l-aġenzija | 13131 | Tibdil fil-ħażniet ta' l-oġġetti u s-servizzi | 13210 | Tibdil fil-ħażniet ta' l-oġġetti u s-servizzi mixtrija għal bejgħ mill-ġdid fl-istess kundizzjoni kif akwistati | 13211 | 4. Tibdil fil-ħażniet ta' materja prima u konsumabbli | 13212 | Tibdil fil-ħażniet ta' prodotti kompluti u xogħol għadu għaddej manifatturat mill-unità | 13213 | Spejjeż tal-persunall | 13310 | Pagi u salarji | 13320 | Spejjeż tas-sigurta soċjali | 13330 | Spejjeż tal-bini u l-makkinarju | 13410 | Spejjeż operattivi marbuta ma kirir fit-tul u kiri operattiv ta' l-oġġetti | 13411 | L-ispiża tal-bejgħ | 13420 | Spejjeż operattivi oħrajn | 13430 | Negozju totali minn fornimenti intra-Komunitarji ta' oġġetti u servizzi | 14110 | Negozju totali minn esportazzjoni extra — Komunitaja ta' oġġetti u servizzi | 14120 | Negozju totali minn bejgħ mhux domestiku | 14130 | Negozju totali minn bejgħ domestiku | 14140 | Akkwisti intra-Komunitarji ta' oġġetti u servizzi | 14210 | Importazzjoni estra-Komunitarja ta' oġġetti u servizzi | 14220 | Xiri mhux domestiku ta' oġġetti u servizzi | 14230 | Xiri domestiku ta' oġġetti u servizzi | 14240 | Investiment gross f'oġġetti tanġibbli | 15110 | Investiment gross fl-artijiet | 15120 | 5. Investiment gross f'bini, strutturi, kostruzzjoni u alterazzjonijiet | 15119 | Investiment gross f'bini u strutturi eżistenti | 15130 | Investiment gross fil-kostruzzjoni u l-alterazzjoni ta' bini | 15140 | Investiment gross fil-makkinarju u t-tgħamir | 15150 | Bejgħ ta' investiment f'oġġetti tanġibbli | 15210 | Investimenti netti f'oġġetti tanġibbli | 15250 | Valur ta' oġġetti tanġibbli akkwistati permzz ta' kiri finanzjarju | 15310 | Akkwist ta' assi fissi intanġibbli | 15410 | Investiment gross fil-konċessjonijiet | 15420 | Spiża tal-marketing | 15430 | Investiment gross fis-sotfware | 15440 | Investiment f'software mixtri | 15441 | Investiment f'software mixtri mill-unità | 15442 | Xiri ta' ishma u interessi parteċipanti | 15610 | Bejgħ ta' ishma u interessi parteċipanti | 15620 | Xiri nett ta' ishma u interessi parteċipanti | 15650 | Numru ta' persuni impjegati | 16110 | Numru ta' persuni impjegati mhux imħallsa | 16120 | Numru ta' impjegati | 16130 | Numru ta' impjegati part-time | 16131 | Numru ta' apprentisti | 16132 | Numru ta' ħaddiema fid-dar | 16135 | Numru ta' impjegati full-time f'unitajiet ekwivalenti | 16140 | Numru ta' sigħat maħduma mill-impjegati | 16150 | Numru ta' impriżi li jkollhom ftehim ta' assoċjazzjoni jew ta' kooperazzjoni ma Impriżi oħrajn | 17110 | Informazzjoni dwar it-tipi ta' kummerċ mill-impriżi | 17310 | Numru ta' ħwienet bl-imnut | 17320 | Kategorija tal-ispazju tal-bejgħ għal ħwienet bl-imnut involuti fil-bejgħ bl-imnut | 17330 | Spazju tal-bejgħ | 17331 | Numru ta' posti fissi tas-suq u/jew posti | 17340 | Negozju totali mill-attivitajiet agrikoli, tal-foresterija, tas-sajd w industrijali | 18100 | Negozju totali mill-attivita ewlenija fil-NACE Rev.1, livell ta' erba-figuri | 18110 | Negozju totali minn attivitajiet industrijali | 18120 | —Negozju totali minn attivitajiet industrijali, eskluża l-kostruzzjoni | 18121 | —Negozju totali mill-kostruzzjoni | 18122 | Negozju totali minn attivitajiet ta' kummerċ ta' xiri għall-bejgħ mill-ġdid | 18130 | Negozju totali minn attivitajiet intermedjarji (aġenti) | 18140 | Negozju totali minn attivitajiet tas-servizzi | 18150 | Negozju totali minn attivitajiet tal-kummerċ tax-xiri u l-bejgħ mill-ġdid u attivitaji intermedjarji (aġenti) | 18160 | Tqassim bin-negozju totali tal-prodott (skond is-Sezzjoni G tal-CPA) | 18210 | —Negozju totali mil-bini | 18310 | —Negozju totali mil-inġinerija ċivili | 18320 | Xiri ta' prodotti ta' l-enerġija (bil-valur) | 20110 | Xiri ta' faħam iebes (bil-valur) | 20210 | Xiri ta' kokk (faħam tal-gass) (bil-valur) | 20220 | Xiri ta' karburanti speċjali (bil-valur) | 20230 | Xiri ta' gasoil (żejt tal-gas) (bil-valur) | 20240 | Xiri ta' żejt tqil tal-karburanti (bil-valur) | 20250 | Xiri ta' prodotti oħrajn tal-petroleum (bil-valur) | 20260 | Xiri ta' gass naturali (bil-valur) | 20270 | Xiri ta' gas derivat (bil-valur) | 20280 | Xiri ta' sorsi ta' enerġija li tiġġedded (bil-valur) | 20290 | Xiri ta' sħana (bil-valur) | 20300 | Xiri ta' elettriku (bil-valur) | 20310 | Investiment fit-tgħamir u l-impjant għall-kontroll tat-tniġġis | 21110 | Investiment fit-tgħamir u l-impjant marbuta ma teknoloġija aktar nadifa ("teknoloġija integrata") | 21120 | Spiża total kurrenti dwar il-protezzjoni ta' l-ambjent | 21140 | Nefqa totali intra-murali R & D | 22110 | Numru ta' personall totali R & D | 22120 | Pagamenti lejn is-sub-kuntratturi | 23110 | Dħul mis-sub-kuntrattar | 23120 | Persentaġġ tas-sehem tan-negozju totali ta' negozjanti tal-bejgħ mill-ġdid: | 25111 | Persentaġġ tas-sehem tan-negozju totali għall-utenti profesjoni (grossisti, oħrajn) | 25112 | Persentaġġ tas-sehem tan-negozju totali għall-konsumaturi finali (biss l-attivita tal-bejgħ bl-imnut) | 25113 | Persentaġġ tas-sehem tax-xiri minn grossisti, gruppi tax-xiri | 25211 | Persentaġġ tas-sehem tax-xiri minn produtturi | 25212 | Valur gross miżjud għal kull persuna impjegata (produttivita tax-xogħol) | 91110 | Valur gross miżjud għal kull unità ta' l-ispiża tax-xogħol | 91120 | (produttivit’tax-xogħol aġġustata bil-paga) | 91130 | Valur gross miżjud għal kull impjegat | 91140 | Valur gross miżjud għal kull siegħa maħduma mill-impjegati | 91150 | Nefqa tax-xogħol għal kull impjegat (spiża ta' l-unità tax-xogħol) | 91210 | Nefqa tax-xogħol għal kull impjegat FTE | 91220 | Nefqa tax-xogħol għal kull siegħa maħduma mill-impjegati | 91230 | Sehem tal-pagamenti soċjali minn dawk li jħaddmu bħala persentaġġ tal-pagi u s-salarji | 91310 | Żejjed/negozju totali gross operattiv (rata operattiva grossa) | 92110 | Negozju totali minn bejgħ mhux domestiku bħala sehem tan-negozju totali | 93110 | Negozju totali minn bejgħ domestiku bħala sehem tan-negozju totali | 93120 | Xiri mhux domestiku bħala sehem tan-negozju totali | 93210 | Xiri domestiku bħala sehem tan-negozju totali | 93220 | Is-sehem ta' l-attività prinċipali fin-negozju totali (grad ta' speċjalizzazzjoni) | 94110 | Is-sehem tal-valur miżjud fil-manifattura totali | 94210 | Is-sehem tal-valur miżjud fl-industria totali | 94220 | Is-sehem ta' impiegi fil-manifattura totali | 94310 | Is-sehem ta' impiegi fl-industria totali | 94320 | Ir-relattività ta' ħażniet ta' prodotti kompluti u x-xogħol waqt il-manifattura għall-valur tal-produzzjoni | 94410 | Is-seħem ta' l-ispiża fl-R & D fil-valur miżjud | 95110 | Is-sehem ta' l-impiegi fl-R & D fin-numru ta' persuni mpjegati | 95120 | Is-sehem ta' l-investiment tal-protezzjoni ambjentali fl-investiment tanġibbli totali | 95210 | Is-sehem ta' l-ispiża tal-protezzjoni ambjentali fix-xiri totali ta' oġġetti u servizzi u l-ispiża tax-xogħol | 95220 | 3.8. Valur tat-tagħrif It-tagħrif monetarju huwa espress f'eluf ta' unitajiet tal-munita nazzjonali apparti milli għal: - l-Irlanda: it-tagħrif mogħti f'unitajiet (IEP), - Spanja, l-Greċja u l-Italja: it-tagħrif huwa mogħti f'miljuni ta' unitajiet tal-munita nazzjonali. Sabiex wieħed ikun preċiż dwar in-natura tat-tagħrif, huwa meħtieġ li ssir distinzjoni fil-każi li ġejjin: - tagħrif ugwali għal żero (kodiċi "0"): valuri veri ta' żero biss, - tagħrif konfidenzjali (kodiċi "x"): tindika t-tagħrif li l-Istat Membru ma jittrasmettix lill-Eurostat minħabba li t-tagħrif huwa konfidenzjali, Għandha tintuża nota biex turi li t-tagħrif huwa nieqes minħabba l-kunfidenzjalita (ara 3.10 hawn taħt), - tagħrif nieqes (kodiċi "m"): dan huwa tagħrif li fil-preżent huwa nieqes iżda li l-Istati Membri għandhom il-ħsieb li jibgħatu meta jkun disponibbli, - tagħrif mhux disponibbli: dan huwa tagħrif li mhux miġbur fi Stat Membru. F'dan il-każ ir-rekord li jikkorrispondi ma jintbagħtx. Fil-mankanza, jekk id-dimensjoni sħiħa (xi varjabbli, kodiċi NUTS, kodiċi NACE, eċċ.) ma jinġabarx allura r-rekord korrispondenti ma jeżistix ħlief għal dawk li huma neqsin għaliex jagħmlu sehem mir-raggruppament tal-kodiċi NACE. Għalhekk huwa mportanti li ssir distinzjoni bejn tagħrif li huwa realment nieqes billi jiġi provdut rekord (wieħed għal kull partita nieqsa) li fih il-valur tat-tagħrif huwa kodifikat bħala "m". 3.9. Nota ta' kwalità Tip ta' tagħrif | Kodiċi | Tagħrif Rivedut | R | Tagħrif Aġġornat | M | Tagħrif Provviżorju | P | Tagħrif rivedut li jirreferi għal tagħrif li kien intbagħat għat-tieni (jew aktar) darba/drabi u huma korrezzjonijiet ta' tagħrif li kien intbagħat qabel. Tagħrif aġġornat jikkonċerna tagħrif li ma kienx disponibbli qabel u li kien kodifikat bħala nieqes fil-medda tal-valur tat-tagħrif (are 3.8) iżda li minn dak iż-żmien 'l hawn sar disponibbli. In-nota li tindika tagħrif provviżorju għandha tintuża sabiex tindika li x'aktarx dak it-tagħrif li qiegħed jintbgħat tista ssirlu korrezzjoni. 3.10. Konfidenzjalità L-Istati Membri huma mitluba biex jindikaw b'mod ċar it-tagħrif konfidenzjali billi jiżaw in-noti elenkati hawn taħt. Pajjiżi li ma jistgħux jibgħatu tagħrif konfidenzjali huma mitluba biex jistabbilixxu il-valur fi "x" (ara 3.8) u biex jindikaw bl-użu ta' nota li t-tagħrif huwa nieqes minħabba l-konfidenzjalità. Raġunijiet għall-konfidenzjalità | Nota | Ftit wisq impriżi | A | Impriża waħda tiddomina t-tagħrif | B | Żewġ impriżi jiddominaw it-tagħrif | C | Tgħrif komfidenzjali minħabba konfidenzjalità sekondarja | D | 3.11. Klassijiet ta' negozju totali skond id-daqs Il-klassijiet skond id-daqs ta' hawn taħt huma mkejjla f'miljun ECU. Klassijiet ta' negozju totali skond id-daqs | Kodiċi | 0-1 | 01 | 1-2 | 02 | 2-4 | 03 | 4-5 | 04 | 5-10 | 05 | 10-20 | 06 | 20-50 | 07 | 50-200 | 08 | 200-1000 | 09 | 1000+ | 10 | 2-5 | 11 | 200+ | 12 | 3.12. Klassijiet ta' żoni ta' bejgħ skond id-daqs Klassijiet ta' żoni ta' bejgħ skond id-daqs | Kodiċi | Less than 120 m2 | 01 | 120–399 m2 | 02 | 400–999 m2 | 03 | 1000–2499 m2 | 04 | 2500–4999 m2 | 05 | 5000–9999 m2 | 06 | 10000 and more m2 | 07 | 3.13. Units ta' valuri tat-tagħrif Dan il-qasam mhux obbligatorju u jippermetti lill-Istati Membri sabiex jispeċifikaw liema unitajiet ikunu ntużaw għall-valuri tat-tagħrif użati fit-trasmissjoni tat-tagħrif. L-implimentazzjoni korretta tas-sezzjoni 3.8 tagħmilha mhux meħtieġa li jintuża dan il-qasam. Unitajiet | Kodiċi | Unitajiet | UNIT(A) | Eluf | 1000 | Miljuni | MIO | Munita nazzjonali f'unitajiet | NC | Munita nazzjonali f'eluf | KNC | Munita nazzjonali f'miljuni | MNC | Ecu f'unitajiet | ECU | Ecu f'eluf | KECU | Ecu f'miljuni | MECU | Metru kwadru | mM2 | Indiċi | INDX | % | PCT | 4. Eżempji ta' rekords Eżempju 1: Aggregazzjoni tal-kodiċi NACE Tagħrif serje 2A għall-1995 għall-Ġermanja. Il-kodiċi NACE 321 fiha l-aggregazzjoni tal-kodiċi 231 + 232 + 233 għall-varjabbli 16 11 0: numru ta' persuni mjegati. Mhux konfidenzjali 2A; 1995; DE; 30; 231;;; 16110; 2700; M;;; 231 = 231 + 232 + 233; Eżempju 2: Tagħrif konfidenzjali numru żgħir wisq ta' impriżi Pagi u salarji totali (DEM 12124 million) għal manifattur tal-ħadid u l-azzar (NACE 271) fl-1995 fir-reġjun ta' Fribourg (serje C) huwa konfidenzjali minħabba li hemm numru żgħir wisq ta' impriżi. Dan huwa t-tagħrif rivedut. 2C; 1995; DE13; 30; 271;;; 13320; 12124000; R; A;;; Eżempju 3: Tagħrif konfidenzjali dominanza minn impriża waħda In-numru ta' persuni mpjegati (2700) fi Franza fl-1996 għal impriża ta' 250 sa 499 impjegat għal NACE 141 huwa konfidenzjali. Impriża waħda tiddomina t-tagħrif u tirrappreżenta 92 % tal-impiegi. Dan huwa tagħtif provviżorju 2D; 1996; FR; 14; 141;;; 16110; 2700; P; B; 92;; Eżempju 4: Tagħrif dwar id-daqs tal-klassi żona ta' bejgħ fil-negozju bl-imnut In-negożju totali għall-bejgħ bl-imnut ta' l-ikel (NACE Rev.1 52.2) fil-Lussemburgu fl-1996 għal spazju ta' bejgħ ta' 120 sa 399 m2 kien LUF 1000 million. Dan huwa tagħtif aġġornat 3C; 1996; LU; 30; 522;;; 12110; 1000000; M;;;;;;02 Eżempju 5: FATS il-ġewwa fil-ġarr tal-merkanzija bl-art Fl-1995 in-numru ta' impriżi (kodiċi 11110) fl-Olanda fil-ġarr tal-merkanzija bl-art proprjetà jew kontrollat minn impriża fil-USA, li ssegwi l-kunċett ta' proprjetà benefiċjali aħħarija (UBO), hija 4. It-tagħrif huwa provviżorju. Jikkonċerna tagħrif ta' l-Anness 1 u l-ispeċifikazzjoni tal-valur tat-tagħrif hija miżjuda. 1G; 1995; NL; 30; 6024; 30; US; 11110; 4; P;;;;UNIT 5. Tip ta' medja manjetika Biex ikun iffaċilitat il-qari tat-tagħrif, it-tagħrif għandu jkun ipprovdut fuq 3,5 diskette. 6. Metodi oħrajn Fuq talba bil-miktub, il-Eurostat tista' tipprovdi lill-Istati Membri bi questionnaires elettroniċi għas-setturi tas-servizz bl-użu ta' Microsoft Excel. It-talba għandha ssir bil-quddiem sewwa qabel id-data intiża għat-twassil tat-tagħrif. EŻEMPJU MHUX KOMPLUT TA' SETT TA' KODIĊI GĦALL-ISTATISTIKA FAT Il-kodiċi li għandhom ikunu wżati huma dawk użati għall-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti [1] Isem | Kodiċi | Albania | AL | Andorra | AD | Arġentina | AR | Aruba | AW | L-Awstralja | AU | L-Awstrija | AT | Il-Baħamas | BS | IL-Belġju | BE | IL-Bożnja u Ħerżegovina | BA | IL-Brażil | BR | Il-Bulgaria | BG | Il-Kanada | CA | Iċ-Ċili | CL | Iċ-Ċina | CN | Il-Kroazja | HR | Ċipru | CY | Ir-Repubblika Ċeka | CZ | Id-Danimarka | DK | Il-Finlandja | FI | Franza | FR | Il-Ġermanja | DE | Il-Greċja | GR | Ħong Kong | HK | L-Ungerija | HU | L-Iżlanda | IS | L-Indja | IN | L-Indoneżja | ID | L-Irlanda | IE | L-Iżrael | IL | L-Italja | IT | Il-Ġappun | JP | Ir-Repubblika tal-Korea t'isfel | KR | Il-Latvja | LV | Il-Liechtenstein | LI | Il-Litwanja | LT | Il-Lussemburgu | LU | L-Olanda | NL | L-Antilli Olandiżi | AN | New Zealand | NZ | In-Norveġja | NO | Il-Polonja | PL | Il-Portugall | PT | Ir-Repubblika ta' l-Afrika t'Isfel | ZA | Ir-Rumanija | RO | Ir-Russja | RU | L-Arabja Sawdita | SA | Singapor | SG | Is-Slovakkja | SK | Is-Slovenja | SI | Spanja | ES | L-Iżvezja | SE | L-Iżvizzera | CH | It-Tajwan | TW | It-Turkija | TR | L-Ukrajna | UA | Ir-Renju Unit | UK | L-Istati Uniti ta' l-Amerika | US | Isem | Kodiċi | Tip | L-Afrika | E4 | GEO | Il-Pajjiżi Affrikani ACP | B6 | ECO | Affrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, pajjiżi (Il-Konvenzjoni Lomé) | B5 | ECO | L-Amerika | E7 | GEO | L-Amerika Oċeanja | F9 | GEO | L-Ażja | F2 | GEO | L-Asja Paċifika, koperazzjoni ekonomika | D1 | ECO | Ażjatiċi, NIC tat-tieni mewġa ta' l-industrijalizzazzjoni | C1 | ECO | L-Awstralja, l-Oċeanja u territorji oħrajn | F7 | GEO | L-Awstralja Oċeanja | F8 | GEO | Baltiċi, il-pajjiżi | E3 | GEO | Belgo-Lusemburgu, Unjoni ekonomika | A3 | ECO | Il-Karibew (il-pajjiżi ACP) | B7 | ECO | Amerika ċentrali, il-pajjiżi | E9 | GEO | Affrika ċentrali u t'Isfel, il-pajjiżi | E6 | GEO | Il-Commonwealth ta' Stati Independenti | C6 | ECO | Core, pajjiżi ndustrijali ġodda | B9 | ECO | Pajjiżi mill-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet ta' l-Asja tax-Xlokk | B3 | ECO | Pajjiżi mill-Ewropa Ċentrali u tal-Vant | A9 | ECO | Pajjiżi mill-Mashreq | C8 | ECO | EUR 12 (intra EUR 12) | A2 | ECO | EUR 15 (intra EUR 15) | D2 | ECO | L-Ewropa | E1 | GEO | Pajjiżi Ewopej mhux ta' UE jew ta' l-EFTA | E2 | GEO | Pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea | A6 | ECO | Pajjiżi Ewropej ta' l-Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Ħieles | A5 | ECO | Extra EUR 12 | A4 | ECO | Extra EUR 12 mhux permissibbli | Z4 | ECO | Extra EUR 15 | D4 | ECO | Extra EUR 15 mhux permissibbli | Z8 | ECO | Żona tal-Frank Franċiż | C5 | ECO | Pajjiżi tal-golf Arbi | F4 | GEO | Intra EUR 12 mhux allokati | Z2 | ECO | Intra EUR 15 mhux allokati | Z6 | ECO | L-Amerika Latina | B2 | ECO | L-Amerika Latina, NIC tat-tieni mewġa ta' l-industrijalizzazzjoni | C2 | ECO | Il-pajjiżi Maghreb | C7 | ECO | Il-pajjiżi tal-baċir tal-Mediterran | C3 | ECO | Mercosur (Is-suq komuni tal-Kona ta' nofs-in-nhar) | C9 | ECO | Pajjiżi tal-Vant Qarib u Nofsani | F3 | GEO | L-Oċeanja ta' New Zealand | G1 | GEO | Il-pajjiżi ta' l-Afrika ta' Fuq | E5 | GEO | Il-pajjiżi ta' l-Amerika ta' Fuq | E8 | GEO | L-Assoċjazzjoni tal-Kummerċ Ħieles ta' l-Amerika ta' Fuq | B1 | ECO | Il-pajjiżi OECD | A8 | ECO | Iċ-ċentri finanzjari Offshore | C4 | ECO | L-organizzazzjoni tal-Pajjiżi li Jesportaw il-Petroleum | B4 | ECO | Pajjiżi Asjatiċi oħrajn | F6 | GEO | Pajjiżi oħrajn tal-Vant Qarib u Nofsani | F5 | GEO | Il-pajjiżi Paċifiċi ACP | B8 | ECO | Ir-reġjuni polari | G2 | GEO | Il-pajjiżi ta' l-Amerika t'Isfel | F1 | GEO | Id-dinja (l-entitajiet kollha) | A1 | ECO | Id-dinja. mhux allokata | Z1 | ECO | [1] Apparti milli għar-Renju Unit li għalih il-kodiċi "UK" għandha tkun użata minflok il "GB" --------------------------------------------------