|
11.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 205/4 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/939
tal-10 ta’ Ġunju 2021
li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ monoetilenglikol li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika u mir-Renju tal-Arabja Sawdija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. Bidu
|
(1) |
Fl-14 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) nediet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-monoetilenglikol (“MEG”) li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti”) u mir-Renju tal-Arabja Sawdija (“il-pajjiżi kkonċernati”) abbażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament bażiku”). Hija ppubblikat Notifika ta’ Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta’ Bidu”). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni nediet l-investigazzjoni wara li tressaq ilment fil-31 ta’ Awwissu 2020 mill-Kumitat għad-Difiża tal-Produtturi Ewropej tal-MEG (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni tal-MEG fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta, li kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 14(5a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni jenħtieġ li tirreġistra l-importazzjonijiet soġġetti għal investigazzjoni anti-dumping matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni sakemm ma jkollhiex biżżejjed evidenza skont it-tifsira tal-Artikolu 5 li r-rekwiżiti taħt il-punt (c) jew dawk taħt il-punt (d) tal-Artikolu 10(4) ma ġewx issodisfati. |
|
(4) |
Fil-każ inkwistjoni, l-ilmentatur ma talabx reġistrazzjoni u l-Kummissjoni sabet li r-rekwiżiti taħt il-punt (d) ma ġewx issodisfati, peress li, minbarra l-livell ta’ importazzjonijiet li kkawżaw dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, wara dan kien hemm żieda sostanzjali oħra fl-importazzjonijiet. Skont id-data tal-Eurostat, il-volum medju fix-xahar tal-importazzjonijiet tal-MEG mill-pajjiżi kkonċernati fl-ewwel ħames xhur wara l-bidu tal-investigazzjoni (jiġifieri minn Novembru 2020 sa Marzu 2021) naqas bi 15 % meta mqabbel mal-volum medju fix-xahar tal-importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Individwalment fuq l-istess bażi, l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti naqsu bi 30 % u l-importazzjonijiet mir-Renju tas-Sawdi Arabja naqsu b’4 %. Dan kien marbut mat-tfixkil temporanju (1) fil-kumpaniji tal-Istati Uniti kkawżat minn avvenimenti estremi tat-temp, u (2) fl-Unjoni minħabba tnaqqis fid-domanda minħabba l-COVID. Għalhekk, il-Kummissjoni ma rreġistratx importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ qabel id-divulgazzjoni. |
1.2. Il-partijiet interessati
|
(5) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet fil-pajjiżi kkonċernati, lil importaturi magħrufa, negozjanti u utenti, u stednithom biex jipparteċipaw. |
|
(6) |
Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar it-tnedija tal-investigazzjoni u jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali. |
|
(7) |
Saret seduta ta’ smigħ ma’ Saudi Basic Industries Corporation (“SABIC”), li ħadet sehem fis-seduta flimkien ma’ Arabian Petrochemical Company (“Petrokemya”), Eastern Petrochemical Company (“SHARQ”), Jubail United Petrochemical Company (“United”), SABIC Italia S.r.l, SABIC Petrochemicals B.V., Saudi Kayan Petrochemical Company (“Saudi Kayan”), Saudi Yanbu Petrochemical Company (“Yanpet”) u Yanbu National Petrochemical Company (“Yansab”). |
|
(8) |
Saru wkoll seduti ma’ Arteco NV (“Arteco”), il-grupp Indorama, Oxyde Belgium BV (“Oxyde”), Mitsubishi Corporation (“Mitsubishi”), il-Kumitat tal-Manifatturi tal-PET fl-Ewropa (“CPME”) u HELM AG (“Helm”). |
1.3. Kummenti dwar il-bidu
|
(9) |
Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-bidu mingħand:
|
1.3.1. Kummenti dwar id-dumping
|
(10) |
Fir-rigward tal-valutazzjoni tad-dumping, Mitsubishi sostniet li, minħabba li l-indiċijiet tal-prezzijiet għandhom rwol sinifikanti fil-mod kif jinbiegħ il-monoetilenglikol fl-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinvestiga jekk l-allegat dumping jistax ikun attribwibbli għal politika kummerċjali konxja, iżda pjuttost jista’ sempliċiment jiġi kkawżat mid-differenzi fix-xejriet fl-indiċijiet tal-Unjoni u dawk mhux tal-Unjoni maż-żmien. Il-prezzijiet tal-kuntratti jiġu miftiehma billi jiġu nnegozjati skontijiet kontra diversi indiċijiet u l-kuntratti huma tipikament ta’ durata ta’ sena jew sentejn. Il-produtturi li jiftehmu fuq il-prezzijiet f’kuntratt ta’ sena jew ta’ sentejn mhux se jkunu jafu jekk fl-aħħar mill-aħħar ikunx hemm differenza fil-prezz bejn il-kuntratti tagħhom tal-Unjoni u dawk mhux tal-Unjoni jekk mhux wara l-mument meta jiġi stabbilit il-kuntratt u l-prezzijiet jiġu ddeterminati u mħallsa. |
|
(11) |
L-ilmentatur wieġeb li r-rwol tal-indikatur tal-prezzijiet tal-Unjoni implimentat huwa stmat iżżejjed u interpretat ħażin. Dan l-indiċi huwa l-indikazzjoni ta’ prezz fl-Unjoni fi żmien partikolari, li huwa r-riżultat tal-ekwilibriju bejn il-provvista u d-domanda abbażi ta’ diversi xerrejja u bejjiegħa. Il-produtturi tal-Unjoni li lmentaw, peress li huma fuq in-naħa tal-bejgħ biss, ma jistgħux jikkontrollaw jew jimmanipulaw dan l-indiċi. |
|
(12) |
L-ilmentatur wieġeb billi fakkar li sejba ta’ dumping hija tqabbil purament oġġettiv bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. Il-kunċett ta’ intenzjoni huwa estranju għar-regoli biex jiġi ddeterminat id-dumping. |
|
(13) |
The analysis of the evidence provided by the complainants, in accordance with the principles of Article 2 of the Basic Regulation, has yielded the result that the complaint contained sufficient evidence of dumping in the EU market. |
|
(14) |
Partikolarment, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza dwar il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali li turi li l-marġnijiet tad-dumping huma sinifikanti. Iċ-ċifri li fuqhom kien ibbażat il-valur normali kienu sostnuti minn biżżejjed evidenza kif ikkonfermat mill-analiżi tas-servizzi tal-Kummissjoni. L-aġġustamenti meħtieġa ġew ikkunsidrati fl-analiżi tal-Kummissjoni dwar id-dumping. Bħala konklużjoni, instab li, abbażi ta’ tqabbil ġust tal-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, il-marġinijiet tad-dumping kienu sinifikanti. |
|
(15) |
F’dan is-sens, il-Kummissjoni taqbel mal-ilmentatur li l-kwistjoni tal-intenzjoni ma għandhiex x’taqsam mal-analiżi statutorja li għadha kif ġiet deskritta. |
|
(16) |
Ir-Renju tal-Arabja Sawdija nnota li l-ilmentatur bena b’mod skorrett il-valur normali għall-MEG prodott fl-Arabja Sawdija abbażi ta’ elementi tal-kost li ma humiex relatati mal-Arabja Sawdija u naqas milli jistabbilixxi tqabbil ġust bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni. |
|
(17) |
Ir-Renju tal-Arabja Sawdija qal ukoll li, fil-bini tal-valur normali, l-ilmentatur żbalja fil-valutazzjoni tiegħu tal-fatti, peress li (i) SABIC ma tipproduċix il-MEG – il-produtturi tal-MEG huma elenkati fl-Ilment; (ii) SABIC u Saudi Aramco ma kinux relatati matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni fl-Ilment; u (iii) il-produtturi Sawdi tal-MEG ma jixtrux l-etilen minn Saudi Aramco. |
|
(18) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur ma għamel l-ebda tentattiv biex jadatta l-valur ta’ sostituzzjoni għall-etilen użat għall-kostruzzjoni tal-valur normali b’tali mod li huwa relatat mal-kost reali tal-produzzjoni fl-Arabja Sawdija. |
|
(19) |
Barra minn hekk, l-ilmentatur irrapporta elettriku medju ta’ EUR 0,067/kWh, filwaqt li t-tariffa tal-elettriku ppubblikata tikkorrispondi għal EUR 0,043/kWh. |
|
(20) |
Dan l-ewwel sett ta’ rimarki kollu ġie mtenni fil-kummenti ta’ SABIC. |
|
(21) |
Huwa mfakkar li, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Bażiku, ilment irid ikun fih dik l-informazzjoni li hija raġonevolment disponibbli għall-ilmentatur. F’dan ir-rigward, irid jitfakkar li l-livell legali ta’ evidenza meħtieġ għal ilment (evidenza “prima facie suffiċjenti”) jagħmilha ċara li l-kwantità u l-kwalità tal-informazzjoni fl-ilment mhijiex l-istess bħal dik disponibbli fi tmiem investigazzjoni. Fl-istadju tal-ilment, mhuwiex meħtieġ li l-awtorità investigattiva (f’dan il-każ, il-Kummissjoni) ikollha quddiemha l-istess evidenza ta’ dumping u dannu (skont it-tifsira tal-Artikoli 2 u 3) li tkun meħtieġa biex issostni l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping provviżorji jew definittivi (minn hawn’ il quddiem: “DA”). Investigazzjoni tad-DA hija proċess fejn iċ-ċertezza dwar l-eżistenza tal-elementi meħtieġa biex tiġi adottata miżura jew biex jintemm proċediment tintlaħaq gradwalment hekk kif l-investigazzjoni tavvanza. Mhuwiex eskluż li jsiru bidliet bejn l-istadju tal-ilment u l-konklużjoni tal-investigazzjoni. Madankollu, mhuwiex ikkunsidrat li bidliet bħal dawn għandhom impatt fuq il-konklużjoni kumplessiva li l-fajl jistħoqqlu investigazzjoni peress li hemm biżżejjed evidenza ta’ dumping dannuż. |
|
(22) |
F’dan is-sens, l-informazzjoni pprovduta dwar il-kostijiet tqieset bħala adegwata u preċiża biżżejjed biex jiġi stabbilit il-valur normali, fil-kuntest prima facie applikabbli fil-bidu, fl-isfond tal-evidenza disponibbli għall-applikant. |
|
(23) |
Fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tar-Renju tal-Arabja Sawdija dwar l-elementi fattwali tal-ilment, il-Kummissjoni tenfasizza li l-etilen huwa l-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tal-MEG u li l-ilmentatur indika b’mod korrett li l-katina tal-provvista tal-etilen fl-Arabja Sawdija kienet integrata vertikalment, anki qabel l-akkwist ta’ SABIC minn Saudi Aramco. |
|
(24) |
It-tieni nett, fir-rigward tat-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fl-ilment, skont ir-Renju tal-Arabja Sawdija u SABIC dan ma kienx ġust minħabba li l-ilmentatur ma għamilx dan fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. Fil-fatt, skont l-Arabja Sawdija, huwa qabbel il-prezz tal-esportazzjoni tal-FOB, minħabba li naqqas biss l-imposti stmati fuq il-merkanzija mill-valur statistiku tas-CIF, b’valur normali maħdum, li ċertament kien jinkludi l-kostijiet diretti tal-bejgħ. |
|
(25) |
Fir-rigward tat-tqabbil bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar li l-marġni tad-dumping ikkalkolat fl-ilment mhux neċessarjament jirrifletti l-grad eżatt ta’ dumping li se jiġi kkalkolat fl-investigazzjoni fuq bażi ta’ tranżazzjoni bi tranżazzjoni u bażi ta’ tip b’tip. |
|
(26) |
Madankollu, fid-dawl tal-informazzjoni disponibbli, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza dwar il-prezz tal-esportazzjoni u l-valur normali li turi l-eżistenza ta’ dumping. Iċ-ċifri li fuqhom kien ibbażat il-valur normali kienu appoġġati minn biżżejjed evidenza, kif ikkonfermat mill-analiżi tas-servizzi tal-Kummissjoni u l-aġġustamenti meħtieġa tqiesu fl-analiżi tad-dumping tal-Kummissjoni. |
|
(27) |
Fuq l-istess linja bħall-Arabja Sawdija u SABIC, ExxonMobil oġġezzjonat għall-kalkolu tal-kost tal-produzzjoni tal-monoetilenglikol fl-Arabja Sawdija, b’mod partikolari għall-etilen tal-materja prima, deskritt fl-ilment. |
|
(28) |
Hija enfasizzat li l-kost għall-produzzjoni tal-etilen huwa primarjament iddeterminat mit-tip ta’ feedstock użat fil-forn tal-ikkrekkjar bl-istim, u l-kostijiet ta’ tali feedstocks jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti. |
|
(29) |
L-impriża konġunta ta’ ExxonMobil ma’ SABIC, imsejħa Saudi Yanbu Petrochemical Company (“Yanpet”), tixtri l-feedstock minn Saudi Aramco. Minflok, l-ilmentatur irrefera għall-prezz tal-etilen fis-suq Asjatiku, li ma huwiex xieraq biex jiġi ddeterminat il-prezz tal-etilen fl-Arabja Sawdija, fejn il-kostijiet tal-produzzjoni tal-etilen huma ħafna aktar baxxi milli fl-Asja. |
|
(30) |
Tabilħaqq, il-forn tal-ikkrekkjar bl-istim ta’ Yanpet juża l-etan bħala feedstock primarja għall-produzzjoni tal-etilen, filwaqt li l-forn tal-ikkrekkjar bl-istim fl-Asja u fl-Unjoni ġeneralment jużaw in-nafta. |
|
(31) |
Għalhekk, l-affermazzjoni mill-ilmentatur li l-proċessi tal-produzzjoni huma simili fil-pajjiżi kollha hija qarrieqa skont ExxonMobil. |
|
(32) |
B’mod partikolari, il-produzzjoni tal-etilen min-nafta hija ġeneralment aktar għalja minn dik mill-etan, u għalhekk il-kost tal-produzzjoni tal-Unjoni huwa ogħla meta mqabbel mal-Arabja Sawdija u mal-Istati Uniti tal-Amerika, peress li t-tnejn huma primarjament ibbażati fuq il-feedstock tal-etan. |
|
(33) |
Barra minn hekk, l-użu tal-prezz Asjatiku ma jikkunsidrax is-sitwazzjoni differenti ta’ produttur integrat li jipproduċi kemm l-etilen kif ukoll il-monoetilenglikol, bħal Yanpet. |
|
(34) |
Il-Kummissjoni rrikonoxxiet l-eżistenza ta’ differenzi fil-produzzjoni tal-etilen iżda ma qisitx li tali differenza fil-kostijiet tal-materja prima għamlet is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tar-Renju tal-Arabja Sawdija radikalment differenti u mhux komparabbli. |
|
(35) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ilmentatur, minħabba l-informazzjoni disponibbli għalih, ippreżenta biżżejjed evidenza tal-eżistenza ta’ dumping li tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni. |
1.3.2. Kummenti dwar id-dannu
|
(36) |
SABIC u l-Missjoni tar-Renju tal-Arabja Sawdija ddikjaraw li t-talbiet għal trattament kunfidenzjali fl-ilment ma kinux iġġustifikati bħall-konsum totali tal-MEG fl-Unjoni u l-indikaturi makroekonomiċi li kienu bbażati fuq id-data ta’ 12-il produttur tal-MEG tal-Unjoni. Barra minn hekk, SABIC u l-Missjoni tar-Renju tal-Arabja Sawdija affermaw li l-ilmentatur naqas milli jipprovdi sommarji mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni pprovduta fuq bażi kunfidenzjali bħal għas-suq kaptiv. Ġie argumentat ukoll li d-divulgazzjoni limitata tal-informazzjoni mill-ilmentatur u n-nuqqas ta’ infurzar mill-Kummissjoni ta’ regoli ċari dwar it-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali jfixklu d-drittijiet tad-difiża tar-Renju tal-Arabja Sawdija. |
|
(37) |
Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-verżjoni miftuħa għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati tal-ilment kien fiha l-evidenza essenzjali kollha u s-sommarji sinifikanti mhux kunfidenzjali tad-data pprovduta taħt trattament kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom matul il-proċediment. L-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6(5) tad-WTO ADA jippermettu s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tagħha jkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew jista’ jkollu effett negattiv sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun akkwistat l-informazzjoni. L-informazzjoni pprovduta taħt kopertura kunfidenzjali u fl-annessi limitati għall-ilment taqa’ taħt dawn il-kategoriji. Fi kwalunkwe każ, l-ilmentatur iddivulga informazzjoni addizzjonali f’dan ir-rigward. |
|
(38) |
Il-Missjoni tar-Renju tal-Arabja Sawdija kkontestat l-inklużjoni tal-importazzjonijiet fir-Renju Unit fl-ilment u fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni. |
|
(39) |
Fil-31 ta’ Jannar 2020, ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni. L-Unjoni u r-Renju Unit qablu b’mod konġunt fuq perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu r-Renju Unit baqa’ soġġett għad-dritt tal-Unjoni, li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2020 (3). L-ilment kien ibbażat fuq data tal-EU-28 kif ġiet ippreżentata qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Mill-1 ta’ Jannar 2021, kumpaniji u assoċjazzjonijiet mir-Renju Unit ma baqgħux jikkwalifikaw aktar bħala partijiet interessati f’dan il-proċediment ta’ difiża tal-kummerċ. Għalhekk, l-investigazzjoni twettqet fuq bażi tal-EU-27. |
|
(40) |
SABIC kienet tal-fehma li kien hemm għadd ta’ mistoqsijiet miftuħa dwar l-affidabbiltà ta’ dan il-kalkolu u r-rappreżentattività ġenerali tal-ilmentaturi. F’dan ir-rigward, SABIC sostniet li wieħed mill-ilmentaturi importa b’mod konsistenti l-MEG mir-Renju tal-Arabja Sawdija u għalhekk ma kellux ikun parti mill-ilment. Barra minn hekk, kumpanija relatata ma’ produttur sostenitur tal-Unjoni importat ukoll il-MEG mir-Renju tal-Arabja Sawdija u, għalhekk, jekk dawn il-kumpaniji kienu qed isofru dannu, dan kien dannu kkawżat mill-partijiet stess. SABIC sostniet ukoll li produttur ieħor tal-MEG ikkuntattja lil SABIC biex jikkummerċjalizza l-MEG mir-Renju tal-Arabja Sawdija lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, SABIC sostniet li BASF SE u Ineos Lavera ma humiex ilmentaturi u li l-għadd limitat ta’ produtturi tal-Unjoni li kienu parti mill-Ilmentatur qajjem mistoqsijiet dwar ir-rappreżentattività tagħhom. SABIC iddikjarat ukoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li tinvestiga r-raġuni li wasslet għan-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ IQOXE fl-ilment sabiex jiġi żgurat li l-esklużjoni ta’ IQOXE ma tkunx saret għal raġunijiet oħra għajr l-inċident li seħħ f’Jannar 2020. Oxyde qajmet ukoll il-kwistjoni tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-produtturi l-oħra tal-Unjoni. |
|
(41) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-produtturi kollha tal-Unjoni msemmija fl-ilment u magħrufa b’mod ieħor mill-Kummissjoni qabel il-bidu ġew ikkuntattjati fil-qafas tal-eżami dwar il-grad ta’ appoġġ għal, jew oppożizzjoni għall-ilment. Dan il-kalkolu kien ibbażat fuq il-kwantitajiet tal-MEG prodott kif deskritt fid-dikjarazzjonijiet individwali minn tali produtturi u assoċjazzjonijiet ta’ produtturi u fuq l-informazzjoni li tinsab fl-ilment li tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-produzzjoni totali tal-Unjoni. Għalhekk, fl-istadju tal-bidu, ġie konkluż li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati. |
|
(42) |
F’konformità mal-Artikoli 4(1) u 4(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi li huma relatati mal-esportaturi jew mal-importaturi u/jew huma stess importaturi tal-prodott allegatament oġġett ta’ dumping jistgħu jiġu esklużi mill-industrija tal-Unjoni jekk ir-relazzjoni tagħhom mal-esportaturi jew mal-importaturi tal-prodott oġġett ta’ dumping u/jew l-importazzjonijiet tagħhom tkun tali li ġġiegħelhom jaġixxu b’mod differenti minn produtturi mhux relatati. Fl-analiżi ta’ qabel il-bidu ma nstabet l-ebda raġuni biex jiġi eskluż xi wieħed mill-produtturi tal-ilmentatur mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni vvalutat dan l-aspett matul l-investigazzjoni kif iddikjarat fil-premessi (135) sa (140). Fir-rigward tal-affermazzjoni li BASF SE u Ineos Lavera ma kinux parti mill-ilment, din l-affermazzjoni hija fattwalment żbaljata. Dawn iż-żewġ produtturi huma parti mill-ilment kif indikat fl-Anness A-1 tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment. |
|
(43) |
SABIC u l-Missjoni tar-Renju tal-Arabja Sawdija affermaw li ma kien hemm l-ebda raġuni fattwali jew legali għall-akkumulazzjoni tal-importazzjonijiet mir-Renju tal-Arabja Sawdija u mill-Istati Uniti u dawn l-importazzjonijiet kienu influwenzati minn dinamiċi differenti, li kellhom xejriet differenti fl-Unjoni u l-prezz tal-importazzjoni mir-Renju tal-Arabja Sawdija ma waqqax il-prezzijiet tal-Unjoni filwaqt li l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti waqqgħuhom. |
|
(44) |
Wara li wettqet l-analiżi rilevanti, il-Kummissjoni sabet li l-kundizzjonijiet għall-kumulazzjoni tal-pajjiżi kkonċernati fl-istadju tal-ilment ġew issodisfati abbażi tal-informazzjoni u l-istatistika disponibbli. Il-marġnijiet tad-dumping instabu li kienu ogħla minn de minimis. Kif muri mill-istatistika uffiċjali disponibbli dwar l-importazzjonijiet, l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping ma kinux negliġibbli (ogħla minn de minimis) f’termini ta’ volumi għall-pajjiżi kollha kkonċernati. Barra minn hekk, il-MEG huwa komodità u l-kompetizzjoni bejn il-prodotti importati mir-Renju tal-Arabja Sawdija u mill-Istati Uniti u l-prodotti tal-industrija tal-Unjoni hija identika u strettament ibbażata fuq il-prezz, irrispettivament mill-kanali tal-bejgħ. In-nuqqas ta’ twaqqigħ tal-prezz fl-ilment għall-importazzjonijiet mir-Renju tal-Arabja Sawdija ma jfissirx li ma hemm l-ebda effett fuq il-prezzijiet. Għalhekk, fl-istadju tal-bidu, ġie konkluż li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati. |
|
(45) |
SABIC u l-Missjoni tar-Renju tal-Arabja Sawdija affermaw li l-ilmentatur ma vvalutax id-dannu b’mod oġġettiv skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku u l-eżistenza ta’ dannu materjali ma kinitx appoġġata minn informazzjoni fattwali. Il-valutazzjoni tad-dannu u r-rabta kawżali bbażata fuq tqabbil tad-data għal perjodi differenti, jiġifieri, Jannar – Diċembru 2017, 2018 u 2019 u April 2019 – Marzu 2020 ma pprovdewx stampa preċiża u imparzjali tas-sitwazzjoni bħas-sena 2019 u l-PI fil-biċċa l-kbira jikkoinċidu iżda minflok kellha teżamina d-data għall-perjodi April – Marzu 2016/2017, 2017/2018, 2018/2019 u 2019/2020 biex jiġu vvalutati d-dannu u r-rabta kawżali. Barra minn hekk, ġie argumentat li t-tqabbil kien distort min-natura staġjonali u ċiklika tal-bejgħ tal-MEG. Ġie affermat ukoll li d-data makroekonomika pprovduta mill-ilmentatur għall-industrija domestika kollha kemm hi wriet li kellha prestazzjoni tajba matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-mikroindikaturi, li kienu relatati biss mal-ilmentatur, kellhom prestazzjoni baxxa meta mqabbla mal-produtturi l-oħrajn tal-Unjoni tal-MEG, li qajjem ukoll tħassib dwar ir-rappreżentattività tal-ilmentatur. Barra minn hekk, ġie argumentat li l-ilmentatur ma pprovda l-ebda evidenza li l-profittabbiltà tiegħu naqset minħabba pressjoni mill-importazzjonijiet li kkawżat tnaqqis fil-prezzijiet b’pass aktar mgħaġġel meta mqabbla mal-kostijiet tal-materja prima. SABIC iddikjarat ukoll li l-ilmentatur naqas milli jipprovdi stampa preċiża tas-sitwazzjoni peress li kkalkola biss il-profittabbiltà fuq il-bejgħ lil klijenti mhux relatati u li l-ilmentatur ma pprovdiex ġustifikazzjoni xierqa għall-esklużjoni tas-suq kaptiv mill-konsum tal-Unjoni. Barra minn hekk, SABIC iddikjarat, mingħajr evidenza, li l-marġnijiet għoljin ta’ profittabbiltà rreġistrati mill-industrija tal-Unjoni fl-2017 u fl-2018 dwar il-bejgħ domestiku lil klijenti mhux relatati setgħu kienu konsegwenza tal-kartell li kien fis-seħħ sal-2017 u għalhekk ma jkunx xieraq li jintuża marġni ta’ profitt ta’ 18 % għall-analiżi tal-bejgħ taħt il-prezz, minħabba li din il-profittabbiltà hija bbażata fuq numri tal-2016 meta l-kartell kien għaddej bis-sħiħ. Barra minn hekk, il-Missjoni tar-Renju tal-Arabja Sawdija ddikjarat li l-kalkolu tal-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz ibbażat fuq profitt li ma jidhirx li huwa bbażat fuq profittabbiltà raġonevoli jqajjem mistoqsijiet. |
|
(46) |
Bħala kumment preliminari, huwa mfakkar li sejba prima facie ta’ dannu materjali teħtieġ eżami, inter alia, tal-fatturi rilevanti kif deskritti fl-Artikolu 5(2)(d) tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, il-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku tiddikjara li l-ilment għandu jkun fih informazzjoni dwar il-bidliet fil-volum ta’ importazzjonijiet allegatament oġġett ta’ dumping, l-effett ta’ dawk l-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni u l-impatt konsegwenti tal-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, kif muri minn fatturi u indiċijiet rilevanti (mhux neċessarjament kollha) li jaffettwaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni, bħal dawk elenkati fl-Artikoli 3(3) u 3(5). L-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku jiddikjara li l-lista ma hijiex eżawrjenti, u lanqas ma jista’ xi wieħed jew aktar minn dawn il-fatturi neċessarjament jagħti gwida deċiżiva. Għalhekk, mhux il-fatturi kollha jridu juru deterjorament sabiex jiġi stabbilit prima facie li hemm dannu materjali. Barra minn hekk, l-eżistenza ta’ fatturi oħra li jista’ jkollhom impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, ma timplikax neċessarjament li l-effett tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq din l-industrija ma huwiex materjali. |
|
(47) |
L-analiżi speċifika tad-dannu tal-ilment imwettqa mill-Kummissjoni wriet li kien hemm biżżejjed evidenza li tindika żieda fil-penetrazzjoni tas-suq tal-Unjoni (kemm f’termini assoluti kif ukoll relattivi) minn importazzjonijiet mir-Renju tal-Arabja Sawdija u mill-Istati Uniti bi prezzijiet li jwaqqgħu il-prezz (fil-każ tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti) u sostanzjalment iwasslu għal bejgħ taħt il-prezz tal-industrija tal-Unjoni stess. Dan jidher li kellu impatt materjalment dannuż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, muri pereżempju minn tnaqqis fil-produzzjoni, fil-bejgħ u fis-sehem mis-suq, minn deterjorament tar-riżultati finanzjarji jew mil-livell tal-prezzijiet mitluba mill-industrija tal-Unjoni. Fir-rigward tal-affermazzjoni għall-perjodu taħt kunsiderazzjoni u l-perjodu ta’ investigazzjoni, hija l-prattika tal-Kummissjoni li tagħżel perjodu ta’ investigazzjoni ta’ sena u ta’ tliet snin kalendarji preċedenti, anke fl-istadju tal-ilment. Fir-rigward tal-kumment ta’ SABIC dwar il-bejgħ kaptiv, l-ilmentatur ipprovda evidenza rigward il-bejgħ kaptiv. B’konsegwenza ta’ dan, kien hemm eżami tat-totalità tas-suq u, għal ċerti aspetti tal-analiżi tad-dannu, enfasi fuq is-suq ħieles. L-analiżi sussegwenti mill-Kummissjoni tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha sabet, inter alia, separazzjoni bejn is-swieq ħielsa u dawk kaptivi. Fir-rigward tal-affermazzjoni li l-kalkolu tal-profittabbiltà tal-bejgħ taħt il-prezz ma kienx preċiż peress li kien ibbażat fuq marġni ta’ profitt mhux raġonevoli, qiegħed jiġi nnotat li l-Kummissjoni kienet issodisfata bl-evidenza tal-bejgħ taħt il-prezz mressqa mill-ilmentatur u kkunsidratha bħala evidenza prima faciebiżżejjed. |
|
(48) |
Mitsubishi ddikjarat li s-sena 2017 setgħet kienet sena eċċezzjonali għall-industrija tal-Unjoni u għalhekk l-2017 ma setgħetx tkun sena ta’ referenza xierqa għall-valutazzjoni tad-dannu u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni fl-ilment kellu jiġi estiż għal snin preċedenti. Barra minn hekk, ġie argumentat li l-użu ta’ kuntratti ta’ durata ta’ bejn sena u sentejn fl-industrija jista’ jeħtieġ ukoll valutazzjoni fuq perjodu itwal. Mitsubishi ddikjarat li l-ilment wera li ma kien hemm l-ebda twaqqigħ tal-prezz fil-livell ġenerali mill-importazzjonijiet tal-Istati Uniti u tar-Renju tal-Arabja Sawdija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u li r-rekwiżit ta’ evidenza ta’ twaqqigħ tal-prezz tal-materjal kien partikolarment importanti fil-każ attwali minħabba li l-maġġoranza tal-bejgħ isir taħt kuntratti li tipikament ikunu ta’ durata ta’ sena jew ta’ sentejn. Il-Kummissjoni qieset li l-ebda waħda mill-allegazzjonijiet ta’ Mitsubishi ma kkonfutat il-konklużjoni li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ proċediment anti-dumping. Ma kien hemm l-ebda avveniment eċċezzjonali li ġġustifika l-estensjoni tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni qabel l-1 ta’ Jannar 2017. Il-perjodu taħt kunsiderazzjoni jippermetti li titqies il-pekuljarità ta’ kuntratt ta’ sena jew ta’ sentejn. Fil-fatt, l-ilment kien fih biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kellhom impatt materjalment dannuż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni u l-Kummissjoni kienet issodisfata bl-evidenza tat-twaqqigħ tal-prezz imressqa mill-applikant—kif ukoll bl-evidenza ta’ tnaqqis fil-prezzijiet u bejgħ taħt il-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(49) |
SABIC u l-Missjoni tar-Renju tal-Arabja Sawdija affermaw li l-ilmentatur ma weriex l-eżistenza ta’ rabta kawżali skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku peress li l-ilmentatur eżamina biss l-effetti tal-prezzijiet, u mhux il-korrelazzjoni bejn il-volum tal-importazzjonijiet mir-Renju tal-Arabja Sawdija u mill-Istati Uniti. Hija argumentat ukoll li l-volum tal-importazzjonijiet tal-MEG mir-Renju tal-Arabja Sawdija naqas matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mir-Renju tal-Arabja Sawdija ma setgħux affettwaw lill-ilmentatur b’mod negattiv peress li ma kien hemm l-ebda twaqqigħ tal-prezz. |
|
(50) |
L-ilmentatur analizza l-effett tal-volumi fuq bażi akkumulata peress li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati f’dak l-istadju. Is-simultanjetà tad-deterjorament tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u taż-żieda fil-penetrazzjoni tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tindika bil-qawwa l-eżistenza ta’ rabta kawżali. In-nuqqas ta’ twaqqigħ tal-prezz ma jfissirx li l-prezzijiet tal-esportazzjoni ma setgħux ikkawżaw dannu meta l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni kienu r-riżultat tal-pressjoni qawwija fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping bi prezz baxx. Il-fattur kruċjali għad-determinazzjoni tad-dannu u l-kawżalità huwa li l-produtturi tal-Unjoni ma kellhom l-ebda għażla ħlief li jnaqqsu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom sabiex jiddefendu s-sehem mis-suq tagħhom u jżommu livelli raġonevoli ta’ produzzjoni. Barra minn hekk, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet aggravata mill-fatt li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping inbiegħu f’suq miftuħ u trasparenti fejn il-prezzijiet kienu magħrufin sew, u dan ġiegħel lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex tillimita t-telf tagħha tas-sehem mis-suq. |
|
(51) |
SABIC u l-Missjoni tar-Renju tal-Arabja Sawdija affermaw li l-ilmentatur ma eżaminax kawżi oħra ta’ dannu bħall-effetti tal-kartell tax-xerrejja tal-etilen li baqa’ għaddej sa mill-inqas Marzu 2017 u x’aktarx li kellu effetti wara wkoll. SABIC enfasizzat fatturi oħra bħal (i) in-nuqqas ta’ kompetittività tal-industrija tal-Unjoni peress li l-kost medju tal-produzzjoni fl-Unjoni kien ogħla milli fil-Lvant Nofsani u fl-Amerika ta’ Fuq; (ii) is-sehem li qed jonqos tal-ossidu tal-etilen użat għall-produzzjoni tal-MEG biex jiffavorixxi derivattivi oħra tal-ossidu tal-etilen; (iii) iż-żieda fl-importazzjonijiet tal-polietilentereftalat (“PET”) li kellha impatt dirett fuq il-konsum tal-MEG; (iv) dannu kkawżat mill-parti stess kawża tal-importazzjonijiet tal-MEG mir-Renju tal-Arabja Sawdija. Għalhekk, hija sostniet li billi naqas milli jiddivulga l-kawżi magħrufa l-oħrajn ta’ dannu elenkati hawn fuq u billi ma wettaqx analiżi ta’ nuqqas ta’ attribuzzjoni, l-Ilmentatur ma osservax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku. Mitsubishi ddikjarat ukoll li d-dannu allegat kien attribwibbli għal (i) id-depressjoni globali fil-prezzijiet tal-MEG, (ii) in-nuqqas ta’ kompetittività tal-industrija tal-Unjoni minflok kwalunkwe dumping allegat. Hija sostniet ukoll li l-produtturi mhux ilmentaturi tal-Unjoni kienu marru aħjar mill-produtturi ilmentaturi tal-Unjoni u qed jirkupraw. |
|
(52) |
L-analiżi tal-Kummissjoni kkonfermat li l-ebda wieħed mill-elementi msemmija, kemm jekk fattwalment korrett kif ukoll jekk le, ma jikkonfuta l-konklużjoni li kien hemm biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ proċediment anti-dumping fir-rigward tal-punt li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping kellhom impatt materjalment dannuż fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(53) |
Is-CIRFS iddikjarat li l-ilmenti ħtieġu jinkludu l-konsegwenzi negattivi tal-pandemija tal-Covid-19 bħala fattur li jikkawża dannu għall-2020 billi ddikjarat b’mod żbaljat li l-perjodu ta’ investigazzjoni fl-ilment kopra l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020. |
|
(54) |
Fil-fatt, il-perjodu ta’ investigazzjoni tal-ilment beda mill-1 ta’ April 2019 u ntemm fil-31 ta’ Marzu 2020 u għalhekk kwalunkwe impatt tal-pandemija tal-Covid-19 kien ikun jinħass mill-industrija tal-Unjoni wara l-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(55) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat li l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza ta’ dumping, dannu u rabta kawżali, u b’hekk jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5.2 tal-ADA u fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-ilment issodisfa r-rekwiżiti għall-bidu. |
|
(56) |
Il-Kummissjoni qieset u indirizzat il-kummenti rilevanti l-oħrajn kollha fit-taqsimiet ta’ hawn taħt. |
1.4. Kampjunar
|
(57) |
Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stqarret li kien hemm il-possibbiltà li tagħżel kampjun minn fost il-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
1.4.1. Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni
|
(58) |
Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni stqarret li kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni rrapportat mill-produtturi tal-Unjoni, fil-kuntest tal-analiżi tar-rappreżentattività ta’ qabel il-bidu. Dan il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni, li tnejn minnhom kienu relatati. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 64,1 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u 65 % tal-bejgħ totali tal-Unjoni. Il-kampjun tqies li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Ma wasal l-ebda kumment u għaldaqstant il-kampjun ġie kkonfermat. |
1.4.2. Il-kampjunar tal-importaturi
|
(59) |
Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. |
|
(60) |
Żewġ importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ. |
1.4.3. Il-kampjunar tal-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti tal-Amerika
|
(61) |
Sabiex tiddeċiedi fuq jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fl-Istati Uniti tal-Amerika jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(62) |
Ħames produtturi esportaturi fl-Istati Uniti tal-Amerika pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. F’konformità mal-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ żewġ gruppi ta’ produtturi esportaturi abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li seta’ jkun raġonevolment investigat fiż-żmien disponibbli. Il-gruppi ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 55 % tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerika lejn l-EU27 tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. F’konformità mal-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerika, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma wasal l-ebda kumment u l-kampjun ġie kkonfermat. |
1.4.4. Il-kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-Renju tal-Arabja Sawdija
|
(63) |
Sabiex tiddeċiedi fuq jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fir-Renju tal-Arabja Sawdija biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Renju tal-Arabja Sawdija biex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni. |
|
(64) |
Erba’ produtturi fir-Renju tal-Arabja Sawdija ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Madankollu, wieħed minnhom ma ddikjara l-ebda esportazzjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li t-tlieta l-oħra huma relatati minħabba li tnejn minn dawn jipproduċu fir-Renju tal-Arabja Sawdija permezz ta’ ftehim ta’ impriża konġunta mat-tielet produttur. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tirrikorrix għall-kampjunar tal-produtturi esportaturi fir-Renju tal-Arabja Sawdija. |
1.5. Tweġibiet għall-kwestjonarju u kontroverifiki mill-bogħod
|
(65) |
Il-kwestjonarji għall-produtturi tal-Unjoni, għall-importaturi mhux relatati, għall-utenti, u għall-produtturi esportaturi kienu disponibbli online (4) fil-jum tal-bidu. |
|
(66) |
Il-Kummissjoni rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, żewġ importaturi mhux relatati (Helm u Oxyde), seba’ utenti (Arteco, Indorama Group, Neo Group, Novapet, PlastiVerd, Selenis, SIR Industriale) u tmien produtturi esportaturi (Lotte Chemical Louisiana LLC, MEGlobal Americas Inc, Saudi Kayan petrochemical company, Yanbu National Petrochemical Company, Eastern Petrochemical Company, Saudi Yanbu Petrochemical Company, Arabian Petrochemical Company, Jubail United Petrochemical Company). |
|
(67) |
Il-Kummissjoni fittxet u kkontroverifikat l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għal determinazzjoni provviżorja ta’ dumping, id-dannu li jirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti li ttieħdu biex tiġi indirizzata t-tifqigħa (“in-Notifika tal-COVID-19”) (5), il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun u l-utenti li kkooperaw. Minflok, il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCCs”) tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji li ġejjin permezz ta’ vidjokonferenza: Produtturi tal-Unjoni:
Produtturi esportaturi fl-Istati Uniti tal-Amerika:
Negozjanti, importaturi u proċessuri relatati:
Produtturi esportaturi fir-Renju tal-Arabja Sawdija:
Negozjanti relatati mal-produtturi esportaturi fir-Renju tal-Arabja Sawdija
Negozjanti, importaturi u proċessuri relatati:
|
1.6. Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(68) |
L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”). |
|
(69) |
Is-CPME sostna li l-perjodu ta’ investigazzjoni magħżul mill-Kummissjoni ma kienx jinkludi l-perjodu immedjatament qabel il-bidu tal-investigazzjoni kif meħtieġ skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament bażiku. Is-CPME argumenta li peress li l-investigazzjoni nfetħet fl-14 ta’ Ottubru 2020, il-perjodu Lulju – Settembru 2020 kellu jiġi inkluż fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-CPME sostna li l-perjodu Jannar 2020 sa Ġunju 2020 inkluż fil-perjodu ta’ investigazzjoni kien distort mill-effetti tal-pandemija tal-COVID-19. Għalhekk, is-CPME kien tal-fehma li l-Kummissjoni jenħtieġ li tiġbor data ta’ wara l-PI għall-fini tal-valutazzjoni tad-dannu u tal-interess tal-Unjoni. |
|
(70) |
Il-Kummissjoni għandha diskrezzjoni fl-għażla tal-perjodu ta’ investigazzjoni. F’dan il-każ, il-perjodu magħżul għandu l-vantaġġ doppju tal-immedjatezza għad-data tal-bidu u li jkun ibbażat fuq perjodu ta’ nofs sena li jiffaċilita l-kooperazzjoni mill-kumpaniji u b’hekk il-preċiżjoni u l-adegwatezza tas-sejbiet. L-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 huma analizzati taħt il-kawżalità, kif jista’ jkun rilevanti għal fatturi li jistgħu jnaqqsu r-rabta kawżali. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI
2.1. Prodott ikkonċernat
|
(71) |
Il-prodott ikkonċernat huwa l-monoetilenglikol (numru tal-KE attwali 203-473-3), li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika u mir-Renju tal-Arabja Sawdija, li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2905 31 00 (kodiċi TARIC 2905310010) (“il-prodott ikkonċernat”). |
|
(72) |
Il-MEG huwa ddeżinjat ukoll bl-ismijiet etilenglikol, etandiol u etan-1,2-diol. |
|
(73) |
Il-MEG jiġi prodott minn diversi materja primas (etan, propan, NGL, butan) biex isir l-etilen. L-etilen imbagħad jitħallat mal-ossiġenu biex jiġi ffurmat l-ossidu tal-etilen u mbagħad mal-ilma biex jiġi prodott il-monoetilenglikol. |
|
(74) |
Il-MEG huwa komodità disponibbli kummerċjalment f’żewġ gradi differenti: grad tal-fibra u grad tekniku. Il-grad tal-fibra huwa kkaratterizzat minn purità għolja (99,9 %), filwaqt li l-grad tekniku għandu livelli ta’ purità aktar baxxi. |
|
(75) |
Il-grad tal-fibra tal-MEG jintuża b’mod predominanti fil-produzzjoni tal-PET, tal-fibri tal-poliester, tar-reżini u tar-riti. Il-grad tekniku tal-MEG jintuża l-aktar fis-settur tal-karozzi bħala kontra l-iffriżar. Applikazzjonijiet addizzjonali tal-MEG jinkludu aġent ta’ trasferiment termiku, fluwidi għat-tneħħija tas-silġ, kisi tas-superfiċje, reżini mhux saturati tal-poliester, polioli tal-poliester, u idroġinazzjoni tal-gass naturali. |
2.2. Prodott simili
|
(76) |
L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:
|
|
(77) |
F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
2.3. Affermazzjonijiet rigward il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott
|
(78) |
SABIC sostniet li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott kien wiesa’ wisq u talbet l-esklużjoni mill-investigazzjoni ta’ “MEG off-spec”, u argumentat li dan il-prodott ma kienx komparabbli mal-grad primarju (“on-spec”) tal-MEG u ma kienx jikkompeti miegħu. Barra minn hekk, SABIC argumentat li f’każ li l-Kummissjoni tiddeċiedi li ma teskludix il-MEG “off-spec” mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni, jenħtieġ li temenda l-kostruzzjoni tan-numru ta’ kontroll tal-prodott (“PCN”) biex tkopri wkoll il-MEG “off-spec”. |
|
(79) |
Il-MEG “off-spec” ma huwiex tip ta’ prodott differenti, iżda MEG iddeterjorat b’riżultat tal-ossiġenazzjoni li seħħet bi żball matul it-trasport. Il-produtturi tal-MEG ma jimmanifatturawx tali prodott bi skop. Skont il-livell ta’ deterjorament, il-MEG “off-spec” jista’ jew jiġi mwarrab, jew inkella jista’ jitħallat ma’ MEG tal-aqwa grad u jintuża f’ċerti applikazzjonijiet bħal berried tal-magna għall-industrija tal-karozzi. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda u l-PCN ma kellux bżonn jiġi emendat. |
3. DUMPING
3.1. Ir-Renju tal-Arabja Sawdija
|
(80) |
Il-kampjunar ma ġiex applikat għall-produtturi esportaturi fir-Renju tal-Arabja Sawdija. Il-grupp ta’ kumpaniji SABIC biss, għandu sitt entitajiet tal-produzzjoni, li kull waħda minnhom ġiet ivverifikata separatament għall-kostijiet tal-manifattura tagħha. Entità tal-produzzjoni waħda biss mis-sitta pproduċiet għas-suq domestiku, u għalhekk il-kost tal-manifattura tagħha ntuża fil-kalkolu tal-valur normali. Madankollu, kemm il-bejgħ domestiku kif ukoll l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni ġew eżaminati fil-livell tal-grupp ta’ kumpaniji. |
3.1.1. Valur normali
|
(81) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għall-grupp produttur esportatur kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Abbażi ta’ dan, il-bejgħ totali tal-prodott simili fis-suq domestiku kien rappreżentattiv. |
|
(82) |
Minħabba li kien hemm tip ta’ prodott wieħed biss mibjugħ fis-suq domestiku, u esportat ukoll lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni ma kellhiex bżonn tivverifika r-rappreżentattività fil-livell tat-tip ta’ prodott. |
|
(83) |
Imbagħad, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni biex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(84) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku attwali, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex bi profitt jew le, jekk:
|
|
(85) |
F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku matul il-PI. |
|
(86) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku attwali tal-bejgħ domestiku bi profitt biss matul il-PI, jekk:
|
3.1.2. Aġġustamenti għall-kost tal-manifattura
|
(87) |
Il-produtturi esportaturi li kkooperaw jixtru l-materja prima, u b’mod partikolari l-propan, għall-produzzjoni tal-MEG minn kumpanija relatata, Saudi Aramco li hija proprjetà tal-istat u fornitur b’monopolju fil-pajjiż. |
|
(88) |
SABIC kienet proprjetà tal-Fond Pubbliku ta’ Investiment (“PIF”) tar-Renju tal-Arabja Sawdija, entità tal-gvern, sal-aħħar ta’ Ġunju 2020, meta l-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha ta’ 70 % inxtraw minn Saudi Aramco. Il-gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija għandu 95,8 % ta’ Saudi Aramco u l-President ta’ Aramco sa mill-2016, l-Eċċellenza Tiegħu Yasir O. Al-Rumayyan, huwa wkoll il-Gvernatur u d-Direttur tal-PIF sa mill-2015. Għalhekk, iż-żewġ kumpaniji huma meqjusin bħala relatati, peress li l-gvern huwa azzjonista komuni tal-kumpanija, u peress li l-Eċċellenza Tiegħu Yasir O. AL Rumayyan huwa uffiċjal/direttur fiż-żewġ kumpaniji. |
|
(89) |
Minħabba r-relazzjoni, ix-xiri tal-materja prima ma jistax jitqies fil-kors ordinarju tal-kummerċ u għalhekk ma jistax jintuża biex jiġi stabbilit il-valur normali. Fil-każ speċifiku tal-propan (il-materja prima użata għall-produzzjoni tal-etilen u sussegwentement, tal-MEG), il-prezzijiet huma stabbiliti mill-gvern fid-dawl tal-attività tal-kumpaniji relatati tiegħu. Għalhekk, il-prezzijiet huma affettwati direttament mir-relazzjoni, skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(90) |
Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat fid-dettall ix-xiri tal-materja prima u użat il-metodu deskritt hawn taħt biex tikkalkula l-valur normali. SABIC tixtri l-propan minn Saudi Aramco bi prezz fiss tal-gvern ta’ 20 % taħt il-prezz tal-propan Ġappuniż. (6) |
|
(91) |
Skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament bażiku, jekk il-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u mal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat ma humiex riflessi b’mod raġonevoli fir-rekords tal-parti kkonċernata, dawn iridu jiġu aġġustati jew stabbiliti fuq il-bażi ta’ produtturi jew ta’ esportaturi oħrajn fl-istess pajjiż jew, fejn din l-informazzjoni ma tkunx disponibbli jew ma tkunx tista’ tintuża, fuq kull bażi oħra raġonevoli, inkluż informazzjoni minn swieq rappreżentattivi oħrajn. |
|
(92) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li l-kost tal-materja prima tal-propan ma kienx rifless b’mod raġonevoli fir-rekords ta’ SABIC minħabba r-relazzjoni tagħha mal-fornitur. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li taġġusta l-kost tal-propan billi żżid il-prezz imħallas minn SABIC lil Saudi Aramco sabiex tneħħi l-iskont ta’ 20 % u ġġibu għal-livell tal-parametru referenzjarju użat mill-gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija. |
|
(93) |
Abbażi tal-aġġustamenti li saru għall-kostijiet tal-propan, il-Kummissjoni aġġustat il-kost tal-etilen użat minn SABIC fil-kost tal-produzzjoni tal-MEG. |
|
(94) |
Abbażi tal-kost aġġustat tal-manifattura, l-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li inqas minn 80 % tal-bejgħ domestiku kollu kien profittabbli u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien inqas mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali kien ikkalkulat bħala medja ponderata tal-bejgħ profittabbli biss. |
3.1.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(95) |
Il-MEG esportat lejn l-Unjoni mir-Renju tal-Arabja Sawdija ġie mmanifatturat minn sitt produtturi esportaturi, li tnejn minnhom huma impriżi konġunti ma’ ExxonMobil u SPDC (kumpanija relatata ma’ Mitsubishi Corporation). Imbagħad, il-MEG jiġi esportat permezz ta’ tliet networks differenti ta’ negozjanti u importaturi relatati fl-Unjoni: wieħed għal SABIC, wieħed għal ExxonMobil u wieħed għal SPDC. |
|
(96) |
Għalhekk, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, l-aġġustamenti għall-prezz saru għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż għall-kostijiet SG&A, u għall-profitti dovuti. |
|
(97) |
Fir-rigward tal-marġni ta’ profitt, minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità rigward id-data tal-importaturi mhux relatati li kkooperaw, il-Kummissjoni ddeċidiet b’mod provviżorju li tirrikorri għall-marġni ta’ profitt użat fi proċediment preċedenti li jikkonċerna prodott kimiku ieħor immanifatturat minn industrija simili u importat taħt ċirkostanzi simili, jiġifieri marġni ta’ profitt ta’ 6,89 % (7) stabbilit fl-investigazzjoni reċenti tal-PVA. F’dan l-istadju, dan il-marġni ta’ profitt huwa l-aktar bażi oġġettiva disponibbli biex wieħed jasal għal stima sodisfaċenti ta’ prezz ta’ distakkament tal-esportazzjoni. |
|
(98) |
Matul l-investigazzjoni, l-ilmentatur issottometta dokumentazzjoni li permezz tagħha kellu raġunijiet biex jemmen li Lotte u Mitsubishi kienu daħlu f’forma ta’ assoċjazzjoni jew ta’ arranġament kumpensatorju fir-rigward tad-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-MEG, inkluż fl-Unjoni. L-ilmentatur innota, bħala konsegwenza, li f’każijiet fejn jidher li l-prezz tal-esportazzjoni ma huwiex affidabbli minħabba assoċjazzjoni jew arranġament kumpensatorju bejn l-esportatur u l-importatur jew parti terza, il-prezz tal-esportazzjoni jista’ jinbena fuq il-bażi tal-prezz li bih il-prodotti importati jinbiegħu mill-ġdid għall-ewwel darba lil xerrej indipendenti |
|
(99) |
Lotte ċaħdet b’mod qawwi li qiegħda f’assoċjazzjoni ma’ Mitsubishi fir-rigward tad-distribuzzjoni u l-bejgħ tal-MEG, inkluż fl-Unjoni. L-informazzjoni rrapportata mill-ilmentatur kienet skaduta u saret referenza għaliha fl-2015, meta kienu għadhom għaddejjin diskussjonijiet bejn Lotte u Mitsubishi rigward il-possibbiltà li tinbeda impriża konġunta iżda ma mmaterjalizzawx. Għaldaqstant, Lotte u Mitsubishi ma humiex relatati. |
|
(100) |
Mitsubishi ddikjarat li l-informazzjoni msemmija mill-ilmentatur hija skaduta u li ma hijiex assoċjata ma’ Lotte għall-finijiet tar-Regolament bażiku. Hija ċċarat li ma hemm l-ebda arranġament kumpensatorju bejn Mitsubishi Corporation u Lotte li jista’ jagħmel il-prezzijiet tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-MEG ta’ Lotte lil Mitsubishi bħala li ma jkunux fil-kors ordinarju tal-kummerċ. |
|
(101) |
Due to the timeframe of the investigation, the Commission could not examine these comments fully at this stage, and will further look into this matter for the purposes of the definitive determination, including on its admissibility. |
3.1.4. Tqabbil
|
(102) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(103) |
Fejn kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-assigurazzjoni domestika, għall-ġarr fir-Renju tal-Arabja Sawdija, għall-kummissjoni, għall-ispejjeż tal-maniġġ u tat-tagħbija u għall-ispejjeż anċillari fir-Renju tal-Arabja Sawdija, għall-ġarr bil-baħar, għall-assigurazzjoni fuq il-baħar, għad-dazji doganali fl-UE, għall-kost tal-kreditu, għall-assistenza teknika, għall-imposti bankarji, għar-ribassi ta’ tmiem is-sena u konsiderazzjonijiet oħra. |
3.1.5. Marġni tad-dumping
|
(104) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku. |
|
(105) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fir-Renju tal-Arabja Sawdija, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet, tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mir-Renju tal-Arabja Sawdija matul il-PI, li ġew stabbiliti abbażi tad-data tal-Eurostat. |
|
(106) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ huwa għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 100 % tal-importazzjonijiet totali matul il-PI. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni ta’ dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha fil-livell tal-kumpanija bl-ogħla marġni ta’ dumping. |
|
(107) |
Il-marġnijiet ta’ dumping provviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
3.2. L-Istati Uniti tal-Amerika
3.2.1. Valur normali
|
(108) |
Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għal kull produttur esportatur fil-kampjun kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Abbażi ta’ dan, il-bejgħ totali minn kull produttur esportatur inkluż fil-kampjun tal-prodott simili fuq is-suq domestiku kien rappreżentattiv. |
|
(109) |
Minħabba li kien hemm tip ta’ prodott wieħed biss mibjugħ fis-suq domestiku, u esportat ukoll lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni ma kellhiex bżonn tivverifika r-rappreżentattività fil-livell tat-tip ta’ prodott. |
|
(110) |
Imbagħad, il-Kummissjoni ddefinixxiet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lil klijenti indipendenti fis-suq domestiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni biex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku attwali għall-kalkolu tal-valur normali, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(111) |
Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku attwali, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ kienx bi profitt jew le, jekk:
|
|
(112) |
F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku matul il-PI. |
|
(113) |
Il-valur normali huwa l-prezz domestiku attwali, tal-bejgħ domestiku bi profitt biss, tat-tipi ta’ prodotti matul il-PI, jekk:
|
3.2.2. L-allokazzjoni tal-kostijiet għall-prodott ikkonċernat
|
(114) |
Abbażi tal-allokazzjoni tal-kostijiet applikata storikament mill-kumpanija, l-analiżi tal-bejgħ domestiku wriet li għal Lotte Chemicals Louisiana LLC inqas minn 80 % tal-bejgħ domestiku kollu kien profittabbli u li l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien aktar baxx mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali kien ikkalkulat bħala medja ponderata tal-bejgħ profittabbli biss. |
|
(115) |
Għal MEGlobal Americas Inc. inqas minn 80 % tal-bejgħ domestiku kollu kien profittabbli u l-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-kost tal-produzzjoni. Għaldaqstant, il-valur normali kien ikkalkulat bħala medja ponderata tal-bejgħ profittabbli biss. |
3.2.3. Prezz tal-esportazzjoni
|
(116) |
Il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati. |
|
(117) |
Għall-produttur esportatur li esporta l-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz li attwalment tħallas jew dak pagabbli għall-prodott ikkonċernat meta nbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. |
|
(118) |
Għall-produttur esportatur li esporta l-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpanija relatata li taġixxi bħala importatur fl-Iżvizzera, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, l-aġġustamenti għall-prezz saru għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inkluż għall-kostijiet SG&A, u għall-profitti dovuti. Fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, ġie applikat l-istess marġni ta’ profitt kif deskritt fit-taqsima tal-prezzijiet tal-Esportazzjoni tar-Renju tal-Arabja Sawdija. |
3.2.4. Il-kostruzzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni meta jinbiegħ lil proċessur relatat fl-Unjoni
|
(119) |
Għal MEGlobal Americas, xi wħud mill-bejgħ tagħhom mill-importatur relatat tagħhom fl-Unjoni kienu lil klijenti mhux relatati, u għalhekk intużat il-metodoloġija fit-taqsima 3.2.3 hawn fuq. |
|
(120) |
Madankollu, xi wħud mill-bejgħ tagħhom mill-importatur relatat tagħhom fl-Unjoni kien lil proċessur relatat tal-MEG, li mbagħad ipproduċa prodott differenti (PET) għall-bejgħ lil partijiet oħrajn. Il-proċessur relatat ikkoopera mal-investigazzjoni u pprovda d-data kif mitlub. |
|
(121) |
Minħabba li ma kien hemm l-ebda prezz tal-bejgħ mill-ġdid skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stabbiliet prezz tal-esportazzjoni taħt “kwalunkwe bażi raġonevoli”, jiġifieri l-istruttura tal-kost tal-PET. |
|
(122) |
Imbagħad, il-prezz tal-MEG stabbilit b’dan il-mod intuża biex jiġi kkalkolat il-prezz tal-esportazzjoni bl-użu tal-metodoloġija fit-taqsima 3.2.3 hawn fuq, minħabba l-preżenza tal-importatur relatat. |
3.2.5. Tqabbil
|
(123) |
Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fuq bażi ta’ kif joħroġ mill-fabbrika. |
|
(124) |
Fejn kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-immaniġġjar u t-tagħbija, għall-merkanzija fil-pajjiż esportatur, għall-merkanzija fuq il-baħar għall-assigurazzjoni fuq il-baħar, għad-dazju doganali u għal imposti oħra fuq l-importazzjoni, għall-merkanzija fl-Unjoni, għall-kost tal-kreditu, għall-assigurazzjoni domestika. |
3.2.6. Marġnijiet tad-dumping
|
(125) |
Għall-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat tal-prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku. |
|
(126) |
Abbażi ta’ dan, il-marġnijiet tad-dumping medji ponderati provviżorji skont l-Artikolu 2(12) espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
|
(127) |
Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li ma humiex inklużi fil-kampjun, il-Kummissjoni kkalkulat il-marġni tad-dumping medju ponderat, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku. Dak il-marġni ġie stabbilit abbażi tal-marġnijiet tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun. |
|
(128) |
Abbażi ta’ dan, il-marġni tad-dumping provviżorju tal-produtturi esportaturi li kkooperaw u li ma humiex inklużi fil-kampjun huwa ta’ 13,5 %. |
|
(129) |
Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha fl-Istati Uniti, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni tad-dumping abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni ddeterminat il-livell ta’ kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi. Il-livell ta’ kooperazzjoni huwa l-volum ta’ esportazzjonijiet, tal-produtturi esportaturi li kkooperaw, lejn l-Unjoni espress bħala proporzjon tal-importazzjonijiet totali mill-Istati Uniti matul il-PI, li ġew stabbiliti abbażi tad-data tal-Eurostat. |
|
(130) |
F’dan il-każ, l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu madwar 59 % tal-importazzjonijiet totali matul il-PI. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping residwu fil-livell tal-marġni stabbilit għall-akbar grupp rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet għal kull klijent mill-produttur esportatur li kkoopera bl-ogħla marġni ta’ dumping. |
|
(131) |
Il-marġnijiet ta’ dumping provviżorji, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:
|
4. DANNU
4.1. Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni
|
(132) |
Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn 12-il produttur jew disa’ gruppi ta’ produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku. |
|
(133) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni kienet stabbilita għal 942 911 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, bħad-data tal-ilmentatur li ġiet kontraverifikata għall-affidabbiltà u l-kompletezza mal-informazzjoni pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Id-data tal-produtturi tal-Unjoni li ma kkooperawx ġiet stmata mill-ilmentatur abbażi tal-intelliġenza dwar is-suq. Kif indikat fil-premessa (58), it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw 64,1 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. |
|
(134) |
Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku, produtturi li huma relatati mal-esportaturi jew mal-importaturi Sawdi u/jew Amerikani u/jew huma, huma stess importaturi tal-prodott li allegatament huwa oġġett ta’ dumping jistgħu jiġu esklużi mill-industrija tal-Unjoni. L-Artikolu 4(2) jiddefinixxi meta l-produtturi għandhom jitqiesu relatati mal-esportatur jew mal-importaturi. |
|
(135) |
SABIC sostniet li wieħed mill-ilmentaturi importa b’mod konsistenti l-MEG mir-Renju tal-Arabja Sawdija u għalhekk jenħtieġ li ma jitqiesx bħala produttur tal-Unjoni. |
|
(136) |
L-investigazzjoni żvelat li ma kienx il-produttur tal-MEG bħala tali li kien qed jimporta l-MEG mir-Renju tal-Arabja Sawdija iżda żewġ kumpaniji relatati. Dawn il-kumpaniji relatati importaw volumi marġinali ħafna ta’ MEG mir-Renju tal-Arabja Sawdija matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, biex jikkomplementaw il-provvisti tagħhom b’mod puntwali. Dawn il-kumpaniji relatati huma utenti tal-MEG. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni biex teskludi lil dan il-produttur mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(137) |
Mitsubishi ddikjarat li wieħed mill-ilmentaturi importa l-MEG mill-pajjiżi kkonċernati u għalhekk jenħtieġ li jitqies bħala produttur tal-Unjoni. |
|
(138) |
L-investigazzjoni żvelat li l-kumpanija ma importatx il-prodott ikkonċernat mill-pajjiżi kkonċernati matul il-PI. L-importazzjonijiet preċedenti kienu marġinali ħafna biex jikkomplementaw il-produzzjoni tagħhom fil-ħin. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni biex teskludi lil dan il-produttur mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(139) |
SABIC sostniet ukoll li kumpanija relatata ma’ produttur ta’ sostenn importat ukoll il-MEG mir-Renju tal-Arabja Sawdija. Il-kumpanija ma kkoperatx u ma kien hemm l-ebda evidenza oħra disponibbli li tippermetti lill-Kummissjoni tikkonkludi li din jenħtieġ li tiġi eskluża mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Fi kwalunkwe każ, kieku din il-kumpanija kellha tiġi eskluża, dan ma kienx ikollu impatt materjali fuq id-determinazzjoni tad-dannu u r-rabta kawżali, minħabba d-daqs limitat tagħha. |
|
(140) |
Il-Kummissjoni investigat ukoll ir-relazzjonijiet eżistenti tal-industrija tal-Unjoni mal-esportaturi jew mal-importaturi tal-prodott ikkonċernat. L-investigazzjoni wriet li wieħed mill-azzjonisti ewlenin ta’ produttur tal-Unjoni li ma kkooperax huwa l-produttur tal-MEG tas-Sawdi u żewġ produtturi oħrajn tal-Unjoni li ma kkooperawx huma proprjetà tal-produtturi tal-MEG tal-Istati Uniti. Minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni ta’ dawn il-kumpaniji u n-nuqqas ta’ evidenza oħra disponibbli f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi li dawn jenħtieġ li jiġu esklużi mid-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
4.2. Determinazzjoni tas-suq rilevanti tal-Unjoni
|
(141) |
Sabiex tistabbilixxi jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx dannu u sabiex tiddetermina l-konsum u d-diversi indikaturi ekonomiċi relatati mas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni eżaminat jekk u sa liema punt l-użu sussegwenti tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili kellux jitqies fl-analiżi. |
|
(142) |
Biex tagħti stampa tal-industrija tal-Unjoni li kienet kompluta kemm jista’ jkun, il-Kummissjoni kisbet data għall-attività kollha tal-MEG u ddeterminat jekk il-produzzjoni kinitx destinata għall-użu kaptiv jew għas-suq ħieles. |
|
(143) |
Il-Kummissjoni sabet li madwar 7 % tal-konsum totali tal-Unjoni kien kaptiv matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kif muri fit-Tabella 1 ta’ hawn taħt. Is-suq kaptiv naqas bi 28 % matul il-perjodu kkunsidrat. |
|
(144) |
Id-distinzjoni bejn is-suq kaptiv u s-suq ħieles hija rilevanti għall-analiżi tad-dannu minħabba li l-prodotti maħsuba għal użu kaptiv ma humiex esposti għal kompetizzjoni diretta mill-importazzjonijiet. B’kuntrast għal dan, il-produzzjoni li hija maħsuba għall-bejgħ fis-suq ħieles hija f’kompetizzjoni diretta mal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. |
|
(145) |
Wieħed mill-produtturi tal-MEG inklużi fil-kampjun huwa parti mill-iswapping tal-produzzjoni tal-MEG tiegħu bi skambju għal volum ekwivalenti ta’ ossidu tal-etilen skont ftehim ta’ swap fit-tul li jinkludi wkoll tariffa ta’ konverżjoni stabbilita fiż-żmien tal-iffirmar tal-ftehim ta’ swap. Il-volum tal-parti tal-MEG ta’ dan il-kuntratt huwa inkluż fil-valutazzjoni tal-indikaturi makroekonomiċi, iżda huwa eskluż mill-indikaturi mikroekonomiċi peress li t-tariffa ta’ konverżjoni li jirċievi l-produttur tal-Unjoni inkluż fil-kampjun ma hijiex ibbażata fuq il-kundizzjonijiet tas-suq. Madankollu, l-inklużjoni tal-bejgħ taħt dan il-ftehim ta’ swap fil-valutazzjoni tal-indikaturi mikroekonomiċi ma kinitx taffettwa x-xejra ta’ profittabbiltà u lanqas il-konklużjoni li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kif iddikjarat fil-premessa (197) u (206). |
|
(146) |
Il-Kummissjoni eżaminat ċerti indikaturi ekonomiċi relatati mal-industrija tal-Unjoni abbażi tad-data għas-suq ħieles. Dawn l-indikaturi huma: il-volum tal-bejgħ u l-prezzijiet tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, il-volum tal-esportazzjoni u l-prezzijiet, il-profittabbiltà, ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus. Fejn kien possibbli u ġustifikat, is-sejbiet tal-eżami tqabblu mad-data għas-suq kaptiv sabiex tiġi pprovduta stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(147) |
Madankollu, indikaturi ekonomiċi oħrajn jistgħu jiġu eżaminati b’mod li jagħmel sens biss billi ssir referenza għall-attività kollha, inkluż l-użu kaptiv tal-industrija tal-Unjoni. Dawn huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, l-investimenti, l-istokkijiet, l-impjiegi, il-produttività, il-pagi u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. Huma jiddependu fuq l-attività kollha, kemm jekk il-produzzjoni tkun kaptiva kif ukoll jekk tinbiegħ fis-suq ħieles. |
4.3. Il-konsum tal-Unjoni
|
(148) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-bejgħ totali tal-Unjoni kif iddeterminat mill-ilmentatur flimkien mal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha kif irreġistrati fil-Eurostat. |
|
(149) |
Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(150) |
B’mod ġenerali, il-konsum tas-suq ħieles fl-Unjoni kien pjuttost stabbli, u naqas b’1 %. Mill-2017 sal-2019, is-suq tal-Unjoni żdied b’6 % minn madwar 1 522 668 tunnellata għal 1 614 888 tunnellata qabel tnaqqis fil-perjodu ta’ investigazzjoni b’6,8 % u laħaq 1 505 068 tunnellata, kważi fl-istess livell bħal fl-2017. |
4.4. Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
4.4.1. Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(151) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-MEG li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati jenħtiġux li jiġu vvalutati b’mod kumulattiv, f’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku. |
|
(152) |
Dik id-dispożizzjoni tistipula li l-effetti tal-importazzjonijiet minn aktar minn pajjiż wieħed għandhom jiġu vvalutati b’mod kumulattiv biss jekk ikun iddeterminat li:
|
|
(153) |
Il-marġnijiet tad-dumping stabbiliti b’rabta mal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti u mir-Renju tal-Arabja Sawdija kienu ogħla mil-livell limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. Il-volum tal-importazzjonijiet minn kull wieħed mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx negliġibbli fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5(7) tar-Regolament bażiku. Fil-fatt, l-ishma mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu 16,7 % għall-importazzjonijiet mill-Istati Uniti u 24,2 % mir-Renju tal-Arabja Sawdija. |
|
(154) |
Il-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Istati Uniti u mir-Renju tal-Arabja Sawdija u bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-prodott simili kienu simili. B’mod aktar speċifiku, il-prodotti importati jikkompetu b’mod aħrax ma’ xulxin u mal-MEG prodott fl-Unjoni minħabba li l-MEG huwa komodità omoġenja sensittiva ħafna għall-prezzijiet, li jinbiegħ lil kategoriji simili ta’ klijenti. Filwaqt li jista’ jkun hemm xi differenzi fir-rigward tal-kanali tal-bejgħ (l-industrija tal-Unjoni tbigħ direttament lill-klijenti mhux relatati, il-produtturi esportaturi tal-Istati Uniti jbigħu jew direttament jew permezz ta’ importaturi/negozjanti relatati u l-produtturi esportaturi tal-Arabja Sawdija jbigħu l-aktar permezz ta’ importaturi/negozjanti relatati) il-kompetizzjoni hija primarjament ibbażata fuq l-aktar prezz baxx u mhux fuq dawk il-kanali tal-bejgħ. |
|
(155) |
Barra minn hekk, l-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi nbiegħu bi prezzijiet ferm aktar baxxi mill-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni kif iddikjarat fil-premessa (211), u b’hekk jikkontribwixxu b’mod simili għat-tnaqqis fil-prezzijiet imġarrab mill-industrija tal-Unjoni kif deskritt fil-premessi (188) sa (190). |
|
(156) |
Għalhekk, il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u l-importazzjonijiet mill-Istati Unti u mir-Renju tal-Arabja Sawdija kienu eżaminati b’mod kumulattiv għall-iskopijiet ta’ determinazzjoni tad-dannu. |
|
(157) |
SABIC iddikjarat li l-importazzjonijiet mir-Renju tal-Arabja Sawdija ma jenħtiġux li jiġu kumulati mal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti peress li (i) l-importazzjonijiet mir-Renju tal-Arabja Sawdija u mill-Istati Uniti segwew xejriet differenti; (ii) “il-valur tal-unità medju tal-importazzjonijiet” mir-Renju tal-Arabja Sawdija kien 5 % ogħla milli mill-Istati Uniti; (iii) il-produtturi tal-Arabja Sawdija u tal-Istati Uniti jbigħu l-MEG lill-UE permezz ta’ kanali differenti u bi prezzijiet differenti. |
|
(158) |
Il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn it-talbiet. Id-deċiżjoni dwar jekk l-importazzjonijiet jenħtiġux li jiġu valutati b’mod kumulattiv jew le trid tkun ibbażata fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, li f’dan il-każ ġew issodisfati kif sottolinjat fil-premessi minn (153) sa (155). L-ebda wieħed mill-aspetti mqajma minn SABIC ma jista’ jqajjem dubji dwar l-adegwatezza tal-eżaminar ta’ importazzjonijiet mir-Renju tal-Arabja Sawdija flimkien ma’ dawk mill-Istati Uniti. |
4.4.2. Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(159) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit permezz ta’ tqabbil bejn il-volum tal-importazzjonijiet u l-konsum fl-Unjoni. |
|
(160) |
L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppaw kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(161) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu bi 38 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Iż-żieda fis-sehem mis-suq kienet saħansitra aktar evidenti hekk kif is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ikkonċernati żdied bi 12,5 punti perċentwali, minn 31,6 % fl-2017 għal 44,1 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Billi l-konsum kien pjuttost stabbli fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mal-2017, iż-żieda qawwija fis-sehem mis-suq mill-pajjiżi kkonċernati kienet b’mod ċar għad-detriment ta’ parteċipanti oħrajn fis-suq, speċjalment l-industrija tal-Unjoni. |
4.4.3. Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezz
|
(162) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Huwa importanti li jiġi ċċarat li l-livell ta’ dawn il-prezzijiet statistiċi jista’ jkun differenti mill-prezzijiet ivverifikati, għall-produtturi esportaturi bħala tali li kooperaw, billi l-biċċa l-kbira tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, b’mod partikolari għar-Renju tal-Arabja Sawdija, isiru permezz ta’ importaturi/negozjanti relatati. L-informazzjoni dwar dan tal-aħħar tikkonferma x-xejriet u l-livelli ġenerali msemmija hawn taħt. |
|
(163) |
Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-pajjiżi kkonċernati żviluppa kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(164) |
Il-prezz medju tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati naqas b’35 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-fatt, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miż-żewġ pajjiżi kkonċernati naqsu, jiġifieri b’41 % mill-Istati Uniti u b’33 % mir-Renju tal-Arabja Sawdija matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan it-tnaqqis kien evidenti b’mod partikolari mill-2018 sal-2019 meta l-produtturi esportaturi tal-Istati Uniti żiedu s-sehem mis-suq tagħhom b’8,3 punti perċentwali għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni, filwaqt li l-produtturi esportaturi tal-Arabja Sawdija żammew is-sehem mis-suq tagħhom billi naqqsu l-prezzijiet ukoll, b’mod sinifikanti ħafna wkoll. |
|
(165) |
Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:
|
|
(166) |
It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament dovut fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat teoretiku tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġni ta’ twaqqigħ medju ponderat tal-prezz ta’ [10,7 – 13,0] % għall-importazzjonijiet mill-KSA filwaqt li fuq bażi medja ponderata tat-tranżazzjonijiet kollha taż-żewġ kumpaniji Amerikani kkonċernati ma kien hemm l-ebda twaqqigħ tal-prezz mill-importazzjonijiet tal-Istati Uniti. |
|
(167) |
Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, it-tqabbil tal-prezzijiet tal-bejgħ fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet bħala l-istess livell ta’ kummerċ, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’medja ta’ [7,6 – 9,3] %. |
|
(168) |
Filwaqt li jitqies li l-prodott ikkonċernat huwa komodità u li l-kompetizzjoni hija bbażata fil-biċċa l-kbira fuq il-prezz waħdu, u li l-prezzijiet tiegħu huma trasparenti ħafna (jiġifieri magħrufa fis-suq), marġni bħal dawn huma meqjusa bħala sinifikanti. Differenza baxxa fil-prezz hija biżżejjed biex iġġiegħel lix-xerrej ibiddel il-fornituri. Dan ġie kkonfermat ukoll mit-tweġibiet tal-utenti. Barra minn hekk, kif muri fit-tabelli 3 u 7, il-prezz tal-importazzjoni miż-żewġ pajjiżi kkonċernati kien taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
4.5. Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni
4.5.1. Kummenti ġenerali
|
(169) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kienu jinfluwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(170) |
Kif imsemmi fil-premessa (58), intuża l-kampjunar għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni. |
|
(171) |
Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġiba għall-kwestjonarju sottomess mill-ilmentatur. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(172) |
L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping fil-passat. |
|
(173) |
L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital. |
4.5.2. L-indikaturi makroekonomiċi
4.5.2.1.
|
(174) |
Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(175) |
Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kien pjuttost stabbli sal-2018, imbagħad naqas b’14,4 % fl-2019 meta mqabbel mal-2018, u b’5,4 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mal-2019. Dan it-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni kkoinċida maż-żieda qawwija fil-volum tal-importazzjoni u t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjoni osservati fl-2019, kif muri fit-Tabelli 2 u 3 hawn fuq. B’mod ġenerali, tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-produzzjoni naqas b’19 %. |
|
(176) |
Il-kapaċità tal-produzzjoni kienet kważi kostanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Naqas kemxejn fil-perjodu ta’ investigazzjoni, anki minħabba aċċident fl-impjant ta’ wieħed mill-produtturi tal-Unjoni f’Jannar 2020 (8). |
|
(177) |
L-użu tal-kapaċità kien jirrifletti x-xejra tal-volum tal-produzzjoni u naqas bi 13-il punt perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.2.2.
|
(178) |
Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(179) |
Is-swieq totali fl-Unjoni naqas b’20 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan it-tnaqqis, li beda fl-2019, seħħ fl-isfond taż-żieda sinifikanti simultanja fil-volum tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(180) |
Il-bejgħ għas-suq kaptiv naqas bi 28 % kif ukoll matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(181) |
Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-bejgħ totali fis-suq ħieles mill-industrija tal-Unjoni naqas bi 18 %. Ix-xejra fil-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni ssarfet f’telf fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ta’ 8,3 punti perċentwali, minn 55,8 % fl-2017 għal 47,5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Matul l-istess perjodu, il-pajjiżi kkonċernati żiedu s-sehem mis-suq tagħhom minn 31,6 % fl-2017 għal 44,1 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni, jiġifieri żieda b’aktar minn 12,5-il punt perċentwali kif iddikjarat fil-premessa (161). |
4.5.2.3.
|
(182) |
Iċ-ċifri ta’ hawn fuq fir-rigward tal-produzzjoni, tal-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq juru li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tikber, la f’termini assoluti u lanqas fir-rigward tal-konsum, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.2.4.
|
(183) |
L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(184) |
Fid-dawl tad-deterjorament fiċ-ċirkostanzi tas-suq, l-għadd ta’ impjegati tal-industrija tal-Unjoni naqas b’8 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, billi l-produzzjoni naqset saħansitra aktar, il-produttività naqset bi 13 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
4.5.2.5.
|
(185) |
Il-marġinijiet kollha tad-dumping kienu ogħla mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet attwali tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien sostanzjali, meta jitqiesu l-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u sensittività għolja fil-prezz tal-prodott ikkonċernat. |
|
(186) |
Din hija l-ewwel investigazzjoni anti-dumping dwar il-prodott ikkonċernat. Għalhekk, ma kienx hemm data disponibbli biex jiġu vvalutati l-effetti ta’ dumping possibbli fil-passat. |
4.5.3. Indikaturi mikroekonomiċi (9)
4.5.3.1.
|
(187) |
Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(188) |
Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati fis-suq ħieles naqsu b’40 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-akbar tnaqqis fil-prezzijiet sena wara sena kien fl-2019, meta l-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu bi 38 % u l-konsum kien pjuttost kostanti. |
|
(189) |
Il-kost unitarju tal-produzzjoni tal-produtturi inklużi fil-kampjun kien pjuttost stabbli fil-perjodu 2017-2019, u mbagħad naqas fil-perjodu ta’ investigazzjoni, għalkemm b’rata aktar baxxa mill-prezz tal-bejgħ, l-aktar minħabba l-kost aktar baxx tal-etilen, il-materja prima ewlenija għall-manifattura tal-MEG. |
|
(190) |
Dan juri l-pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet ikkawżata miż-żieda qawwija fil-volum tal-importazzjonijiet bi prezzijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
4.5.3.2.
|
(191) |
Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:
|
|||||||||||||||||||||||||
|
(192) |
Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu b’5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Din iż-żieda hija prinċipalment dovuta għall-inflazzjoni u għal żieda żgħira fis-salarji tal-impjegati li jaħdmu fl-industrija kimika. |
4.5.3.3.
|
(193) |
Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(194) |
L-istokks tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żdiedu b’42 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(195) |
L-istokks bħala perċentwal tal-produzzjoni żdiedu wkoll matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’62 %. |
4.5.3.4.
|
(196) |
Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(197) |
Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà ddeterjorat b’mod drammatiku matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni mill-2019 minħabba l-iżvilupp fil-prezzijiet medji tal-bejgħ u l-kost tal-produzzjoni deskritti fil-premessi (188) u (189). Taħt il-pressjoni tal-volumi sinifikanti ta’ importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, l-industrija tal-Unjoni kellha tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ ferm taħt il-kost tal-produzzjoni, u b’hekk irreġistrat telf kbir ta’ bejn 10,8 % u 13,2 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(198) |
Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żviluppat ftit jew wisq f’konformità max-xejra fil-profittabbiltà. Sal-2018, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun iġġeneraw fluss ta’ flus pożittiv, filwaqt li mill-2019 ’il quddiem irrapportaw bilanċ ta’ flus dejjem aktar negattiv. B’mod ġenerali, il-fluss tal-flus naqas b’127 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan jipperikola serjament il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja l-operazzjonijiet tagħha. |
|
(199) |
L-investimenti naqsu wkoll b’67 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Kważi l-investimenti kollha saru biex jissostitwixxu l-assi fissi obsoleti. L-investimenti mmirati lejn iż-żieda fil-kapaċità jew iż-żieda fl-effiċjenza kienu marġinali, u dan jirrifletti prospetti tas-suq li qed jiddeterjoraw fid-dawl tat-tnaqqis fis-sehem mis-suq u l-profittabbiltà. |
|
(200) |
Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Dan żdied bi ftit fl-2018 u mbagħad naqas drastikament għal valuri negattivi matul il-bqija tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li jirrifletti x-xejra fil-profittabbiltà. |
|
(201) |
It-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun huma parti minn gruppi kbar ta’ kumpaniji, u għalhekk il-kapaċità tagħhom li jiġġeneraw il-kapital hija aħjar minn kumpaniji awtonomi f’sitwazzjoni finanzjarja simili. Madankollu, bis-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom li qed tiddeterjora tant b’mod sinifikanti, huwa ċar li l-kapaċità biex jiġġeneraw il-kapital fil-futur tinsab f’periklu. |
4.5.4. Konklużjoni dwar id-dannu
|
(202) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kiber bi 38 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minħabba konsum pjuttost stabbli tal-Unjoni, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żiedu s-sehem mis-suq tagħhom minn 31,6 % fl-2017 għal 44,1 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Din iż-żieda fis-sehem mis-suq saret għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni li tilfet 10,7 punti perċentwali tas-sehem mis-suq tagħha fis-suq ħieles. |
|
(203) |
Iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati fis-suq tal-Unjoni kienet possibbli permezz ta’ pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet, peress li fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu bħala medja [12–15]% inqas mill-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, il-prezz tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati naqas b’35 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Sabiex iżżomm sehem raġonevoli mis-suq u volumi ta’ produzzjoni f’livelli ekonomiċi, l-industrija tal-Unjoni ma kellha l-ebda għażla ħlief li tnaqqas il-prezzijiet ukoll. Għalkemm il-kost tal-produzzjoni naqas ukoll minħabba t-tnaqqis fil-prezz tal-etilen, il-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet kienet ta’ tali daqs li ġiegħlet lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet taħt il-kost tal-produzzjoni, b’hekk ġie rreġistrat telf sinifikanti sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(204) |
Minħabba din is-sitwazzjoni tas-suq, l-indikaturi ewlenin kollha tad-dannu makroekonomiku wrew xejra negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-volum tal-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ fis-suq ħieles naqsu bi 19 % u bi 18 % rispettivament. L-impjiegi u l-produttività naqsu b’7 % u b’13 % rispettivament. |
|
(205) |
Bl-istess mod, l-indikaturi mikroekonomiċi ewlenin iddeterjoraw ukoll. Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati fis-suq ħieles naqsu b’40 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni filwaqt li l-kostijiet tagħhom naqsu biss bi 13 %, u dan wassal għal deterjorament qawwi tal-profittabbiltà tagħhom, minn profitti bejn 16,7 u 20,5 fl-2017 għal telf ta’ bejn 10,8 % u 13,2 % matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. L-istokks tal-għeluq żdiedu b’42 %. Il-fluss tal-flus u l-investimenti naqsu b’127 % u 63 % rispettivament. |
|
(206) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku. |
|
(207) |
Is-CPME sostna li d-data ta’ wara l-PI wriet li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tirkupra mid-dannu allegat imġarrab fl-ewwel nofs tal-2020 peress li l-prezzijiet tal-MEG żdiedu fil-perjodu Lulju – Novembru 2020. |
|
(208) |
Din l-informazzjoni taqa’ barra mill-perjodu ta’ investigazzjoni u fi kwalunkwe każ hija wisq frammentarja biex wieħed jasal għal kwalunkwe konklużjoni dwar id-dumping dannuż. Għalhekk, din ġiet miċħuda. |
5. KAWŻALITÀ
|
(209) |
Skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kull dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati ma kienx attribwit għall-importazzjoni oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-bejgħ kaptiv, prodotti oħrajn aktar profittabbli mill-MEG, l-ispejjeż ta’ deprezzament, il-kost tal-materja prima/in-nuqqas ta’ kompetittività, il-pandemija tal-Covid-19, il-MEG bħala komodità nnegozjata globalment, il-prezz taż-żejt, il-“gwerra kummerċjali” bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, id-depressjoni globali fil-prezzijiet matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, id-dannu kkawżat mill-parti stess u l-importazzjonijiet tal-PET fl-Unjoni. |
5.1. Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping
|
(210) |
Il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kiber bi 38 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u dan żied is-sehem mis-suq tagħhom minn 31,6 % fl-2017 għal 44,1 % sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan l-iżvilupp seħħ minkejja konsum pjuttost stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. |
|
(211) |
Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati naqsu b’medja ta’ 35 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’41 % mill-Istati Uniti u b’33 % mir-Renju tal-Arabja Sawdija. Dan it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ kien jidher b’mod partikolari fl-2019 meta, fl-istess ħin, il-volum tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdied b’46 % meta mqabbel mal-2017. Fil-perjodu ta’ investigazzjoni, l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni b’[7,6 – 9,3] % bħala medja, u bħala medja kienu [12-15] % inqas mill-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(212) |
Huwa ċar li ż-żieda kbira fl-importazzjonijiet bi tnaqqis fil-prezzijiet kellha rwol sostanzjali fid-deterjorament rapidu tal-indikaturi ekonomiċi tal-industrija tal-Unjoni. Il-MEG huwa komodità omoġena mibjugħa lill-klijenti kważi esklussivament abbażi tal-prezz. Għalhekk, differenza żgħira biss fil-prezz jista’ jkollha konsegwenza sinifikanti. |
|
(213) |
Fi kwalunkwe każ, irrispettivament minn kwalunkwe twaqqigħ tal-prezz, il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping baxxew il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni għal livell fejn il-produtturi tal-Unjoni ġarrbu telf sinifikanti. Għalkemm il-kostijiet unitarji medji tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 13 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, dan ma kienx biżżejjed biex jikkumpensa għall-effetti ta’ tnaqqis serju fil-prezzijiet ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Fil-fatt, il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni lil partijiet mhux relatati fis-suq ħieles naqsu b’40 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, tnaqqis ħafna aktar qawwi minn dak tal-kostijiet tagħhom. B’riżultat ta’ dan, l-industrija tal-Unjoni, li rreġistrat il-profitti qabel l-influss tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, ma kinitx profittabbli ħafna mill-2019 ’il quddiem, u rreġistrat telf ta’ bejn 8,3 % u 10,2 % fl-2019 u bejn 10,8 % u 13,2 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan it-telf sinifikanti jixħet dubju fuq il-każ tan-negozju għall-kontinwazzjoni tal-attività tal-industrija tal-Unjoni kollha kemm hi. |
5.2. Effetti ta’ fatturi oħrajn
5.2.1. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi
|
(214) |
Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(215) |
L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu jammontaw għal madwar 90 % tal-importazzjonijiet totali fl-Unjoni fl-2019 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-importazzjonijiet mir-Russja u mill-Kuwajt kienu jirrappreżentaw 2,7 % u 1,3 % rispettivament tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(216) |
L-importazzjonijiet mir-Russja naqsu b’1 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u s-sehem mis-suq tagħha naqas fl-2018 u fl-2019 qabel ma żdied fil-perjodu ta’ investigazzjoni għall-istess livell bħal fl-2017, jiġifieri b’1,2 %. Il-prezz medju tal-importazzjoni mir-Russja kien ogħla fl-2017 u fl-2018 u aktar baxx fl-2019 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni mill-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(217) |
L-importazzjonijiet mill-Kuwajt naqsu b’21 % bejn l-2018 u l-perjodu ta’ investigazzjoni (ma kien hemm l-ebda importazzjoni mill-Kuwajt fl-2017) u s-sehem mis-suq tiegħu naqas minn 0,7 % għal 0,6 % matul l-istess perjodu. Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni mill-Kuwajt kienu aktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(218) |
L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra u s-sehem mis-suq tagħhom naqsu bi kważi nofs matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u laħqu sehem mis-suq ta’ 2,7 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra kienu ogħla mill-prezzijiet tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu kollu kkunsidrat. |
|
(219) |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra jista’ jkollha biss impatt marġinali fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, jekk ikun hemm. |
5.2.2. Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni
|
(220) |
Il-volum tal-esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni żviluppa kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(221) |
L-esportazzjonijiet tagħhom kienu jirrappreżentaw medja ta’ madwar 3 % tal-produzzjoni totali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ukoll fil-perjodu ta’ investigazzjoni. |
|
(222) |
B’mod ġenerali, l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet tagħhom naqsu b’47 % u b’50 % rispettivament. |
|
(223) |
Minħabba s-sehem limitat u li qed jonqos tal-bejgħ mill-esportazzjoni fil-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-prestazzjoni tal-esportazzjoni ma kkontribwietx għad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
|
(224) |
Mitsubishi Corporation iddikjarat li l-prestazzjoni dgħajfa tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet il-kawża ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. |
|
(225) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. L-industrija tal-Unjoni ma hijiex orjentata lejn l-esportazzjoni peress li d-domanda fis-suq tal-Unjoni hija ogħla mill-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-industrija tal-Unjoni lanqas ma kienet orjentata lejn l-esportazzjoni fl-2017 u fl-2018 meta rreġistrat profitti pożittivi. |
5.2.3. Bejgћ kaptiv
|
(226) |
Kif muri fit-Tabella 1, fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lis-suq kaptiv naqas b’28 %. Madankollu, dan kien jirrappreżenta parti relattivament żgħira mill-produzzjoni totali tal-industrija tal-Unjoni, jiġifieri 12,6 %. |
|
(227) |
Filwaqt li jitqies id-daqs limitat tas-suq kaptiv, l-iżviluppi tiegħu ma jikkontribwixxu bl-ebda mod sinifikanti għad-deterjorament tal-industrija tal-Unjoni u lanqas ma jispjegaw id-deterjorament tagħha. |
5.2.4. Prodotti oħra aktar profittabbli mill-MEG
|
(228) |
Diversi partijiet interessati (CPME, Arteco, HELM, Oxyde) iddikjaraw li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien dovut għad-deċiżjoni tagħha li tiffoka fuq prodotti aktar profittabbli għajr il-MEG peress li l-produtturi tal-MEG jistgħu jaqilbu l-produzzjoni tagħhom minn MEG għal derivattivi oħrajn tal-ossidu tal-etilen. Ġie argumentat ukoll li din id-deċiżjoni wasslet għal żieda fil-kostijiet fissi għal kull unità għall-produzzjoni tal-MEG. Barra minn hekk, Arteco sostniet li l-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-MEG ma jistgħux jitqiesu b’mod separat miż-żieda fil-produzzjoni tad-derivattivi tal-ossidu tal-etilen fuq l-istess linji ta’ produzzjoni. Barra minn hekk, hija argumentat li l-profittabbiltà tal-MEG ukoll ma tistax titqies b’mod separat mill-profittabbiltà tad-derivattivi tal-ossidu tal-etilen. |
|
(229) |
L-investigazzjoni ma kkonfermatx dawn l-allegazzjonijiet. L-industrija tal-Unjoni tibqa’ impenjata li timmanifattura l-MEG fl-Unjoni. Fil-fatt, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun qed jimmanifatturaw l-etilen fi ħdan il-grupp u, minbarra li jużawh internament għall-produzzjoni tal-MEG u prodotti oħra, ibigħuh ukoll lil partijiet oħrajn. Għalhekk, il-produtturi tal-MEG għandhom aċċess għal biżżejjed ossidu tal-etilen biex jimmanifatturaw biżżejjed MEG kif ukoll derivattivi oħrajn tal-ossidu tal-etilen f’konformità mal-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom. L-industrija tal-Unjoni qed tippjana wkoll li żżid il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ossidu tal-etilen kif ġie enfasizzat ukoll minn diversi partijiet interessati bħal HELM. L-industrija tal-Unjoni kienet sfurzata tnaqqas il-produzzjoni tal-MEG peress li l-prezz tal-bejgħ tagħha kien ferm taħt il-kost tal-produzzjoni minħabba l-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Ladarba l-kundizzjonijiet ekwi jiġu stabbiliti mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni se tkompli timmanifattura l-MEG f’volumi ogħla kif għamlet qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(230) |
B’riżultat ta’ dan, kwalunkwe impatt fuq il-kostijiet fissi jirriżulta direttament mill-impatt negattiv tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, mhux mill-produzzjoni tad-derivattivi tal-ossidu tal-etilen. |
|
(231) |
Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ma hijiex qed timmanifattura prodotti oħrajn bħad-derivattivi tal-ossidu tal-etilen fuq l-istess linja ta’ produzzjoni bħall-MEG. L-indikaturi tad-dannu vvalutati fil-premessi (174) sa (201) huma limitati għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-MEG biss. Għalhekk, il-profittabbiltà tal-MEG ma tistax tkun marbuta mal-profittabbiltà ta’ prodotti oħrajn bħad-derivattivi tal-ossidu tal-etilen peress li dawn il-prodotti ma humiex koperti mill-investigazzjoni. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
5.2.5. Spejjeż ta’ deprezzament
|
(232) |
Diversi partijiet interessati (Arteco, HELM, Oxyde) argumentaw li l-prestazzjoni tal-industrija tal-Unjoni ddeterjorat minħabba l-livelli għoljin tal-ispejjeż ta’ deprezzament. |
|
(233) |
L-investigazzjoni sabet li l-ispejjeż ta’ deprezzament ma humiex għoljin, u jirrappreżentaw bejn 1 % u 3 % fil-kost tal-produzzjoni. Għalhekk, dawn ma kellhomx impatt notevoli fuq il-prestazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
5.2.6. Il-kost tal-materja prima/in-nuqqas ta’ kompetittività
|
(234) |
Diversi partijiet interessati, (Mitsubishi Corporation, Arteco, Oxyde), affermaw li l-prestazzjoni ddeterjorata tal-industrija tal-Unjoni kienet dovuta għal kost ogħla tal-produzzjoni meta mqabbla mal-produtturi fil-pajjiżi kkonċernati peress li l-produtturi tal-Unjoni jużaw materja prima aktar għalja (nafta) mill-kompetituri tagħhom fl-Istati Uniti u fl-Arabja Sawdija (gass tax-shale u etan) biex jimmanifatturaw l-etilen u għalhekk ma kinux kompetittivi. Arteco sostniet ukoll li l-proċess tal-produzzjoni fl-Istati Uniti u fir-Renju tal-Arabja Sawdija kien qed jipproduċi inqas prodotti sekondarji u b’hekk għamel l-impjanti orħos biex jinbnew u inqas ikkumplikati biex jiġu operati. Barra minn hekk, hija argumentat li l-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kienet imnaqqsa minħabba l-kostijiet għoljin tal-enerġija. |
|
(235) |
Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-allegazzjoni. Filwaqt li huwa minnu li l-produtturi tal-Istati Uniti u tal-Arabja Sawdija seta’ kellhom xi vantaġġ f’termini ta’ kost f’ċerti materja prima, dan ma waqqafx lill-industrija tal-Unjoni milli tirreġistra marġnijiet ta’ profitt għoljin fl-2017 u fl-2018 kif muri fit-Tabella 10, jiġifieri qabel iż-żieda għolja fl-importazzjonijiet bi prezzijiet dejjem jonqsu b'moddrastiku mill-pajjiżi kkonċernati. Għalhekk huma l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, u mhux il-materja prima differenti użata, li kkontribwew għas-sitwazzjoni finanzjarja mwiegħra tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(236) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar il-prodotti sekondarji, Arteco ma ssostanzjatx l-affermazzjoni tagħha b’xi evidenza u ma speċifikatx eżattament għal liema prodotti sekondarji għamlet referenza. Il-Kummissjoni tista’ tassumi biss li Arteco kienet qed tirreferi għall-glikoli l-oħrajn li huma ġġenerati fil-proċess tal-manifattura tal-MEG bħad-dietilenglikol (DEG) u t-trietilenglikol (TEG). Madankollu, dawn il-prodotti huma ġġenerati fil-proċess tal-manifattura tal-MEG irrispettivament mill-materja prima użata għall-manifattura tal-etilen. Filwaqt li jista’ jkun hemm xi varjazzjonijiet f’termini ta’ volum għat-TEG u d-DEG minn produttur għall-ieħor, dawn il-varjazzjonijiet huma dojoq u għalhekk ma jistax ikollhom impatt kbir fuq il-prestazzjoni ta’ produttur. Madankollu, hemm suq għad-DEG u għat-TEG u għalhekk dawn il-prodotti jiġġeneraw dħul għall-kumpaniji. Fir-rigward tal-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta’ dawn l-impjanti, Arteco għal darb’oħra ma ssostanzjax l-affermazzjoni tagħha. Il-pjanti tal-MEG huma awtomatizzati għal kollox fl-Unjoni, u jeħtieġu involviment minimu ta’ xogħol peress li l-proċess tal-manifattura tal-MEG huwa pjuttost sempliċi. Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kostijiet tal-enerġija, l-investigazzjoni żvelat li dawn jirrappreżentaw madwar 3 % fil-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk ma setax ikollhom impatt kbir fuq il-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
5.2.7. Il-pandemija tal-Covid-19
|
(237) |
Diversi partijiet interessati (CPME, Arteco, HELM, Oxyde) iddikjaraw li l-pandemija tal-Covid-19 kellha impatt fuq l-industrija tal-MEG tal-Unjoni fl-ewwel trimestru tal-2020 u saħansitra aktar fit-tieni trimestru tal-2020. Is-CPME sostna li t-tnaqqis fil-produzzjoni u fil-bejgħ tal-MEG fl-Unjoni segwa tnaqqis fid-domanda tal-Unjoni għall-MEG minħabba l-pandemija tal-Covid-19. B’mod partikolari, dan argumenta li l-waqfien tal-bejgħ tal-karozzi (u tal-manifattura tal-karozzi) u tat-titjiriet matul il-lockdown wassal għal tnaqqis fid-domanda tal-UE għall-MEG użat għall-produzzjoni ta’ fluwidi kontra l-iffriżar u għat-tneħħija tas-silġ. |
|
(238) |
L-investigazzjoni żvelat li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni bdiet tiddeterjora b’mod sinifikanti diġà fl-2019, ferm qabel ma bdiet il-pandemija tal-Covid-19 fl-Unjoni fil-bidu tal-2020. L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni ma għalaq is-siti tal-produzzjoni tiegħu matul il-pandemija, ħlief għal operazzjonijiet ta’ manutenzjoni. Barra minn hekk, l-effetti tal-pandemija fuq il-konsum tal-Unjoni kienu mħallta, b’inqas domanda għall-berrieda tal-magni tal-karozzi li ġiet ikkumpensata b’żieda fid-domanda għall-PET għall-imballaġġ protettiv essenzjali għall-ilma, għall-ikel u għas-sanitizzanti tal-idejn matul it-tifqigħa, li ġiet enfasizzata wkoll minn SABIC. |
|
(239) |
Filwaqt li għalhekk il-konsum naqas b’1 % moderat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbel mal-2017, il-produzzjoni mill-industrija tal-Unjoni naqset bi 19 %, l-użu tal-kapaċità bi kważi 14-il punt perċentwali, il-bejgħ fis-suq ħieles b’20 %, u s-sehem mis-suq bi 10,7 punti perċentwali. |
|
(240) |
Fil-qosor, filwaqt li ma huwiex eskluż li l-pandemija tal-Covid-19 kellha ċertu impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fi tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni, din ma kinitx il-kawża ewlenija tad-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. |
5.2.8. Il-MEG bħala komodità nnegozjata globalment
|
(241) |
Arteco u Oxyde affermaw li l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti u mir-Renju tal-Arabja Sawdija fl-Unjoni ma influwenzawx il-mekkaniżmu tal-iffissar tal-prezzijiet għall-MEG, peress li kien prodott innegozjat globalment u li l-ilmentatur stabbilixxa l-Prezz tal-Kuntratt Ewropew (“ECP”). Barra minn hekk, ġie argumentat li (i) dawn il-prezzijiet jirriflettu l-prezzijiet fis-suq Asjatiku, peress li ċ-Ċina hija l-akbar suq tal-MEG globalment u (ii) il-prezzijiet għall-MEG isegwu mill-qrib ix-xejra tal-prezzijiet għall-materja prima essenzjali tagħha, jiġifieri, l-etilen. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li d-distakk bejn il-prezzijiet tal-etilen u l-prezzijiet tal-MEG kiber minn Marzu 2019 sa Marzu 2020, allegatament wara l-impatt tas-sitwazzjoni globali tal-provvista/tad-domanda xprunata miċ-Ċina għall-MEG, u li l-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni kienet affettwata b’mod negattiv b’riżultat taż-żieda fil-firxa. |
|
(242) |
Din l-affermazzjoni hija fattwalment żbaljata. Il-produtturi tal-Unjoni tal-MEG ma jiffissawx il-Prezz tal-Kuntratt Ewropew (“ECP”). L-ECP huwa indikazzjoni ta’ prezz fl-UE f’mument partikolari, indiċi. F’suq b’diversi xerrejja u bejjiegħa, prezz huwa l-ekwilibriju bejn il-provvista u d-domanda fis-suq, u għalhekk ma jistax jiġi stabbilit minn parti waħda jew minn diversi partijiet b’mod indipendenti mill-oħrajn. Bejjiegħ waħdu ma jistax jistabbilixxi l-prezz ta’ tranżazzjoni. Peress li l-ilmentatur huwa fuq in-naħa tal-bejgħ biss, ma jistax jimmanipula dan l-indiċi. Fil-prattika, diversi fornituri tad-data jirrapportaw l-ECP. Dawn ir-rapporti huma stabbiliti u ppubblikati minn konsulenti indipendenti tas-suq. Aħna ngħoddu erba’ fornituri ewlenin: ICIS (10), IHS (11), Wood Mackenzie Chemicals (12) u Tecnon (13). Dawn il-konsulenti tas-suq jiddependu fuq stħarriġiet anonimi li jiġbru l-prezzijiet miftiehma bejn ix-xerrejja u l-bejjiegħa. B’mod ġenerali, l-ECPs irrapportati minn dawn id-ditti huma ġeneralment allinjati. Il-parteċipazzjoni fl-istħarriġiet tal-ECP hija miftuħa wkoll għal kwalunkwe parti li tbigħ jew tixtri l-MEG b’mod materjali fis-suq inkluż l-importaturi. Fil-fatt, l-ECP isegwi sa ċertu punt il-prezz tal-MEG fl-Asja u l-evoluzzjoni tal-prezz tal-etilen, bħala l-materja prima ewlenija, u għandu influwenza fuq il-prezz tal-bejgħ tal-MEG. |
|
(243) |
Fis-suq tal-Unjoni, il-MEG jinbiegħ taħt kuntratt fit-tul jew bejgħ ta’ konsenja f’darba (“bejgħ immedjat”). Huwa stmat li l-bejgħ li sar skont termini kuntrattwali jirrappreżenta madwar 80 % tal-bejgħ totali fl-Unjoni u l-bejgħ immejdat jammonta għall-20 % li jifdal. Fil-bejgħ tal-kuntratt, il-formula tal-prezz hija bbażata fuq l-ECP imnaqqas skont. Filwaqt li l-ECP huwa indiċi ta’ kull xahar ippubblikat mill-intelliġenza dwar is-suq kif spjegat fil-premessa (242), l-iskont huwa kunfidenzjali. Il-kompetizzjoni bejn il-bejjiegħa qiegħda fuq l-iskont. Il-prezz kuntrattwali jiġi nnegozjat fuq bażi ta’ kull xahar u huwa influwenzat mill-prezzijiet spot peress li l-MEG huwa komodità nnegozjata f’suq trasparenti ħafna fejn l-atturi tas-suq jadattaw malajr għas-sitwazzjoni maħluqa mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. L-esportaturi tal-Istati Uniti u tal-Arabja Sawdija, anke jekk jorbtu l-prezz tal-bejgħ tagħhom fis-suq tal-Unjoni mal-ECP, naqqsu l-prezz tal-bejgħ tal-MEG billi żiedu l-iskont offrut lix-xerrejja. Għalhekk, l-effetti dannużi fis-suq tal-Unjoni ma jistgħux jiġu attribwibbli għall-indiċi tal-ECP bħala tali. Id-dannu kien ikkawżat mill-influss ta’ importazzjonijiet bi prezz baxx fis-suq tal-Unjoni li baxxew il-prezzijiet spot u kuntrattwali għall-benefiċċju tax-xerrejja. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
5.2.9. Prezz taż-żejt
|
(244) |
Is-CPME u s-CIRFS affermaw li t-tnaqqis fil-prezz taż-żejt li seħħ fit-tieni parti tal-perjodu ta’ investigazzjoni kien il-kawża għal tnaqqis fil-prezz għall-MEG fl-Unjoni u mhux l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. |
|
(245) |
Kif iddikjarat fil-premessa (234), fl-Unjoni, il-produzzjoni tal-etilen hija bbażata fuq in-nafta, prodott miksub permezz tar-raffinar taż-żejt mhux maħdum. Għalhekk, l-evoluzzjoni tal-prezz taż-żejt tinfluwenza l-kost u l-prezz tal-etilen kif ukoll il-kost u l-prezz tal-MEG. Kif spjegat fil-premessa (205), il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 13 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li l-prezz tal-bejgħ tal-MEG naqas b’ħafna aktar, jiġifieri b’40 %. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
5.2.10. Il-“gwerra kummerċjali” bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina
|
(246) |
F’Awwissu 2018, iċ-Ċina imponiet dazji addizzjonali fuq l-importazzjonijiet ta’ 25 % fuq il-MEG tal-Istati Uniti, li allegatament wasslu lill-produtturi tal-Istati Uniti biex jittrasferixxu l-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni. Għalhekk, diversi partijiet interessati (Mitsubishi Corporation, Arteco, Oxyde) affermaw li d-deterjorament tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn iċ-Ċina u l-Istati Uniti kien il-kawża ewlenija tad-dannu. Il-partijiet argumentaw li, wara l-introduzzjoni tal-2020 ta’ eżenzjonijiet temporanji ta’ dawn it-tariffi, is-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni tirritorna għall-istatus quo ante. |
|
(247) |
Dawn il-kunsiderazzjonijiet huma irrilevanti, peress li l-istandard legali stabbilit mir-Regolament bażiku u l-ADA tad-WTO huwa l-eżistenza tad-dannu kkawżat minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping—mhux il-kunsiderazzjonijiet politiċi jew kunsiderazzjonijiet estranji oħra li jistgħu jkunu marbuta ma’ tali prattiki. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tosserva li għalkemm ir-restrizzjonijiet kienu fil-fatt inqas stretti, it-tariffi addizzjonali jkomplu japplikaw bħala regola u ma huwiex ċar kif se tevolvi s-sitwazzjoni. Barra minn hekk, l-industrija tal-MEG tal-Istati Uniti hija orjentata lejn l-esportazzjoni b’żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni. Barra minn hekk, l-industrija Ċiniza tal-MEG qed iżżid ukoll il-kapaċità tal-produzzjoni bil-għan li ssir awtosuffiċjenti. Għalhekk, il-produtturi tal-Istati Uniti x’aktarx li jkomplu l-interess qawwi tagħhom fis-suq tal-Unjoni, irrispettivament minn kwalunkwe tilwima bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina. |
5.2.11. Tnaqqis globali fil-prezzijiet matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni
|
(248) |
Diversi partijiet interessati (Mitsubishi, CIRFS) iddikjaraw li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kkoinċida ma’ wieħed mill-akbar tnaqqis fil-prezzijiet globali tal-MEG matul l-aħħar għaxar snin, li ma kienx esklużiv għas-suq tal-Unjoni iżda kien konformi mal-prezzijiet fis-suq globali. Ġie ddikjarat li ż-żieda sinifikanti fil-kapaċità globali tal-MEG u n-nuqqas ta’ domanda globali korrispondenti – lejn l-aħħar tal-2018 biss, żdiedet kapaċità addizzjonali ta’ [1,5-2,5] miljun tunnellata fis-sena fiċ-Ċina. Minn Novembru 2019, il-kapaċità globali totali tal-MEG kienet ta’ madwar [37,5-38,5] miljun tunnellata fis-sena li tirrappreżenta eċċess fil-provvista ta’ madwar [10-20] %, filwaqt li żdiedet kapaċità addizzjonali sinifikanti matul l-2020. Għalhekk, id-dannu allegatament kien ikkawżat mill-prezzijiet storiċi baxxi fis-swieq globali aktar milli minn kwalunkwe dumping. |
|
(249) |
Dawn il-kunsiderazzjonijiet jistgħu jipprovdu tajjeb spjegazzjoni aħħarija għaliex l-importazzjonijiet inbiegħu bi prezzijiet oġġett ta’ dumping fl-Unjoni. Iżda jibqa’ l-fatt li dawk l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping iġġenerati permezz tal-prezz imsemmi hawn fuq u l-volum jaffettwaw id-dannu materjali għall-industrija tal-Unjoni—l-istandard legali applikabbli stabbilit mir-Regolament bażiku u mill-ADA tad-WTO, li ma jipprevedux analiżi tar-raġunijiet sottostanti għad-deċiżjoni ta’ dumping. L-investigazzjoni żvelat li tabilħaqq hemm kapaċità żejda globali tal-produzzjoni tal-MEG. Il-produtturi tal-Arabja Sawdija u tal-Istati Uniti żiedu b’mod sinifikanti l-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom u huwa stmat li l-esportaturi tal-Istati Uniti se jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni biex jilħqu madwar 6 miljun tunnellata fis-sena. Minħabba din il-kapaċità żejda, il-produtturi esportaturi tal-Istati Uniti u tal-Arabja Sawdija kienu qed ifittxu swieq u għalhekk biegħu volumi sinifikanti ta’ MEG fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
5.2.12. Dannu kkaġunat mill-parti stess
|
(250) |
SABIC sostniet li produttur wieħed tal-Unjoni kkuntattja lil SABIC biex jikkummerċjalizza l-MEG fis-suq tal-Unjoni u li diversi kumpaniji relatati mal-produtturi tal-Unjoni (kif iddikjarat fil-premessa (40)) importaw il-MEG mir-Renju tal-Arabja Sawdija u dan ikkawża dannu kkawżat mill-parti stess. |
|
(251) |
Fir-rigward tal-affermazzjoni li produttur wieħed tal-Unjoni kkuntattja lil SABIC biex jikkumerċjalizza l-MEG tal-Arabja Sawdija fis-suq tal-Unjoni, l-investigazzjoni żvelat li l-kuntratt ma kienx ġie ffinalizzat bejn SABIC u l-produttur tal-Unjoni kkonċernat. Barra minn hekk, f’dan ir-rigward, il-produttur tal-Unjoni nnifsu kkuntattja lill-SABIC, minħabba t-tnaqqis fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni li kkawża telf sinifikanti, dan il-produttur kien qed ifittex għażliet oħra biex ikompli jopera fis-suq tal-MEG tal-Unjoni. Din hija indikazzjoni oħra tas-sitwazzjoni diffiċli fl-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
5.2.13. Importazzjonijiet tal-PET fl-Unjoni
|
(252) |
Diversi partijiet interessati, Arteco, HELM, u Oxyde affermaw, mingħajr l-ebda evidenza ta’ appoġġ, li ż-żieda fl-importazzjonijiet tal-PET fl-Unjoni affettwat il-konsum tal-MEG. |
|
(253) |
Din l-affermazzjoni hija fattwalment żbaljata. L-importazzjonijiet tal-PET fl-Unjoni varjaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Barra minn hekk, kif iddikjarat fil-premessa (150), il-konsum fis-suq ħieles kien pjuttost stabbli sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni. Għaldaqstant, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.
|
|||||||||||||||||||||||||
5.3. Konklużjoni dwar il-kawżalità
|
(254) |
Kien hemm koinċidenza ċara fiż-żmien bejn iż-żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet bi prezzijiet oġġett ta’ dumping u s-sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati u t-tnaqqis sinifikanti fil-bejgħ u fis-sehem mis-suq tal-produtturi tal-Unjoni, flimkien mat-tnaqqis fil-prezzijiet, u s-sitwazzjoni finanzjarja deterjorata tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(255) |
Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. L-effett tal-fatturi l-oħrajn kollha fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni f’termini ta’ tnaqqis fil-produzzjoni u fil-bejgħ, telf tas-sehem mis-suq, tnaqqis fil-prezzijiet, profittabbiltà negattiva, redditu fuq l-investiment u fluss tal-flus kien biss limitat. |
|
(256) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet f’dan l-istadju li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħrajn, meqjusin individwalment jew kollettivament, ma naqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali. Id-dannu jikkonsisti fi tnaqqis fil-produzzjoni u fil-bejgħ, telf tas-sehem mis-suq, tnaqqis fil-prezzijiet, profittabbiltà negattiva, redditu fuq l-investiment u fluss tal-flus. |
6. LIVELL TAL-MIŻURI
|
(257) |
Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping għall-industrija tal-Unjoni. |
6.1. Marġini ta’ dannu
|
(258) |
Id-dannu jitneħħa jekk l-industrija tal-Unjoni tkun tista’ tikseb profitt fil-mira billi tbigħ bi prezz fil-mira fis-sens tal-Artikoli 7(2c) u 7(2d) tar-regolament bażiku. |
|
(259) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ sabiex jiġu koperti l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali. Dan il-marġni ta’ profitt jenħtieġ li ma jkunx inqas minn 6 %. |
|
(260) |
Il-volum tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati żdied b’mod sinifikanti u l-prezzijiet tal-importazzjoni naqsu f’daqqa mill-2019 ’il quddiem (kif muri fit-Tabelli 2 u 3) u b’hekk il-produtturi tal-Unjoni ma kinux profittabbli. Minħabba li, il-Kummissjoni stabbiliet profitt bażiku li jkopri l-kostijiet kollha f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni normali abbażi tal-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni qabel iż-żieda f’daqqa tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, jiġifieri bħala medja ponderata tal-marġnijiet ta’ profitt irreġistrati mill-produtturi tal-Unjoni għas-snin 2017 u 2018. Għalhekk il-profitt bażiku kkalkolat jammonta għal [17,5 – 19,5] %. |
|
(261) |
L-ebda wieħed mill-produtturi inklużi fil-kampjun ma għamel affermazzjoni skont l-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku dwar investimenti mitlufa jew dwar kostijiet ta’ R&Ż u ta’ innovazzjoni. |
|
(262) |
Fuq din il-bażi, il-prezz mhux dannuż huwa ta’ [610 - 746] EUR/tunnellata, li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-marġni ta’ profitt imsemmi hawn fuq ta’ [17,5 – 19,5] % għall-kost tal-produzzjoni matul il-PI tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun |
|
(263) |
F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw mill-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li l-Unjoni hija parti minnhom, u tal-Konvenzjonijiet tal-ILO elenkati fl-Anness Ia li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). |
|
(264) |
Dawn il-kostijiet kienu jinkludu l-kostijiet futuri addizzjonali (jiġifieri wara t-tnaqqis tal-kostijiet attwali mġarrba fil-PI) biex tiġi żgurata l-konformità mal-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (“EU ETS”) u mad-Direttiva tal-UE dwar l-Emissjonijiet Industrijali (“IED”). L-EU ETS hija pedament tal-politika tal-UE għall-konformità mal-Ftehimiet Ambjentali Multilaterali. Bl-istess mod, l-IED hija l-istrument ewlieni tal-UE li jirregola l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa minn installazzjonijiet industrijali u, bħala tali, jiżgura wkoll il-konformità ma’ Ftehimiet Ambjentali Multilaterali. |
|
(265) |
Il-kostijiet tal-konformità mal-EU ETS ġew ikkalkulati abbażi tal-medja tal-Kwoti addizzjonali tal-UE (“EUA”) li se jkollhom jinxtraw matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri (mill-2021 sal-2025). L-EUAs użati fil-kalkolu kienu netti mill-kwoti bla ħlas riċevibbli u kienu relatati biss mal-prodott ikkonċernat. Il-kostijiet tal-EUAs ġew stabbiliti abbażi tad-data minn Bloomberg New Energy Finance (estrazzjoni datata s-7 ta’ Frar 2021). Il-prezz medju proġettat għall-EUAs għall-perjodu 2021-2025 huwa ta’ EUR 36,24/tunnellata ta’ emissjoni ta’ CO2. Il-kostijiet għall-konformità mal-IED ġew ikkalkolati abbażi tad-data rrapportata mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u kontroverifikata mill-Kummissjoni. Nota għal-fajl dwar kif il-Kummissjoni stabbiliet dawn il-kostijiet addizzjonali għall-konformità futuri tinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. |
|
(266) |
Il-Kummissjoni stabbiliet li dawn il-kostijiet għall-konformità futuri ammontaw għal [0,7 – 0,9] % tal-kost tal-produzzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni u żidithom mal-prezz mhux dannuż imsemmi fil-premessa (262) biex jinkiseb prezz totali mhux dannuż tal-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni, jiġifieri [616 - 752] EUR/tunnellata. |
|
(267) |
Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta’ marġni tal-bejgħ taħt il-prezz abbażi ta’ tqabbil tal-prezz medju ponderat tal-importazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw inklużi fil-kampjun fil-pajjiżi kkonċernati, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, bil-prezz mhux dannuż medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni. |
|
(268) |
Il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu għal “kumpaniji oħrajn li kkooperaw” u għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” huwa definit bl-istess mod bħall-marġini tad-dumping għal dawn il-kumpaniji (ara l-premessi (127) u (130)).
|
6.2. Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri
|
(269) |
Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, id-dazji anti-dumping provviżorji jenħtieġ li jiġu stabbiliti kif ġej f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku:
|
7. L-INTERESS TAL-UNJONI
|
(270) |
Il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi/negozjanti, tal-utenti u tal-fornituri tal-Unjoni. |
|
(271) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet interessati kollha. Hija rċeviet tweġibiet għall-kwestjonarju minn żewġ importaturi mhux relatati (Helm u Oxyde) u minn seba’ utenti (Arteco, Indorama Group, Neo Group, Novapet, PlastiVerd, Selenis, SIR Industriale). |
7.1. L-interess tal-industrija tal-Unjoni
|
(272) |
Hemm 12-il produttur f’disa’ gruppi ta’ produtturi tal-MEG fl-Unjoni. L-impożizzjoni ta’ miżuri tippermetti lill-industrija tal-Unjoni tirkupra s-sehem mis-suq mitluf, filwaqt li ttejjeb il-profittabbiltà tagħha lejn livelli kkunsidrati sostenibbli. |
|
(273) |
Id-daqs tad-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni jagħmel is-sitwazzjoni tagħha inaċċettabbli, minħabba l-livell għoli ta’ telf (-10,8 % – -13,2 % fil-PI), li jirriżulta mill-effett simultanju ta’ prezzijiet anormalment baxxi (tnaqqis ta’ 40 % fis-suq ħieles) u tnaqqis fil-bejgħ (-18 % fis-suq ħieles) u l-produzzjoni (-19 %), li jagħmlu pressjoni fuq l-ispejjeż. |
|
(274) |
L-impożizzjoni ta’ miżuri hija essenzjali biex l-impatt enormi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jinżamm taħt kontroll u biex tinżamm il-produzzjoni tal-MEG fl-Unjoni. Tabilħaqq, mingħajr miżuri, il-pressjoni doppja ta’ prezzijiet imnaqqsa u l-erożjoni tal-bejgħ u tal-produzzjoni jimpedixxu lill-industrija tal-Unjoni milli tagħmel kwalunkwe profitt, u dan ma jħallilhiex wisq għażla ħlief li twaqqaf il-produzzjoni għas-suq miftuħ—bl-għajbien virtwali tal-produtturi tal-industrija tal-Unjoni mhux marbuta mal-interessi tal-Arabja Sawdija jew tal-Istati Uniti. |
|
(275) |
Din il-pressjoni hija dovuta għal żieda, hekk kif il-kapaċità żejda globali tiżdied, skont konsulenti speċjalizzati li jsegwu mill-qrib is-suq bħal Wood Mackenzie u ISIC. Xprunati miċ-Ċina u mill-Istati Uniti, iż-żidiet fil-kapaċità se jisbqu d-domanda b’diversi miljun tunnellata fl-2021-2022. Żidiet importanti Ċiniżi fil-kapaċità se jnaqqsu b’mod progressiv l-opportunitajiet għall-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti hemmhekk, u b’hekk itejbu l-inċentivi għal dawn tal-aħħar biex isibu swieq xi mkien ieħor. Dan se jkun prinċipalment fil-qasam tal-esportazzjoni, inkluż l-Unjoni, peress li d-domanda tal-Istati Uniti hija mistennija tiżdied biss marġinalment. Flimkien mal-approċċ tal-Arabja Sawdija biex jiġu segwiti l-prezzijiet ’l isfel (il-mod ewlieni biex tiġi żgurata l-preżenza f’dan is-suq xprunat mill-prezzijiet), pressjoni kostanti fuq il-prezzijiet tidher probabbli. Għalhekk, il-preżenza kkombinata tal-Istati Uniti u tal-Arabja Sawdija x’aktarx li tikkawża aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni li diġà hija ddeterjorata. |
|
(276) |
Il-miżuri jirrilaxxaw parti tajba mill-pressjoni doppja kkawżata mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping, li tippermetti lill-industrija żżid kemm il-prezzijiet kif ukoll il-volumi (il-bejgħ, il-produzzjoni, u l-użu tal-kapaċità). Il-livell tal-miżuri jkun jikkunsidra l-eliminazzjoni tat-telf finanzjarju li jipperikola l-futur immedjat tal-industrija tal-Unjoni. |
|
(277) |
Għalhekk ġie konkluż li l-impożizzjoni ta’ miżuri provviżorji tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni. |
7.2. Interess ta’ importaturi/negozjanti, utenti u fornituri mhux relatati
7.2.1. Ġenerali
|
(278) |
L-investigazzjoni sabet li madwar 55 % tal-konsum tal-Unjoni tal-MEG kimiku organiku jservi bħala input għall-polietilentereftalat (“PET” għall-manifattura tal-fliexken tal-plastik); ftit inqas minn 25 % tal-MEG jintuża biex jiġu prodotti berrieda tal-magni tal-karozzi; u t-trimestru li jifdal huwa materja prima fi prodotti industrijali oħra. |
|
(279) |
Tliet punti huma importanti għall-analiżi tal-interessi tal-importaturi/negozji u tal-utenti tal-Unjoni. |
|
(280) |
L-ewwel nett, in-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri jwassal lill-ilmentaturi biex iwaqqfu l-produzzjoni għas-suq miftuħ, u b’hekk inaqqsu s-sorsi disponibbli ta’ provvista fis-suq tal-Unjoni. L-Unjoni tkun dipendenti fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi—primarjament mir-Renju tal-Arabja Sawdija u mill-Istati Uniti. Dan ma jkunx mixtieq mill-utenti mhux biss f’termini ta’ kompetizzjoni, iżda tas-sigurtà tal-provvista tal-importaturi/negozjanti u tal-utenti. |
|
(281) |
It-tieni, it-Tajwan, Singapore u l-Korea huma sorsi disponibbli ta’ provvista alternattiva, li l-kapaċità mhux użata tagħhom tista’, skont konsulenti speċjalizzati, tkopri bis-sħiħ il-volum tal-importazzjonijiet mir-Renju tal-Arabja Sawdija u mill-Istati Uniti, fil-każ improbabbli li dawn kellhom jisparixxu. Madankollu, huwa mfakkar li l-għan tal-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping ma huwiex li jitwaqqfu l-importazzjonijiet iżda li jitreġġgħu lura l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni. |
|
(282) |
It-tielet nett, il-miżuri proposti huma fil-biċċa l-kbira fil-medda ta’ bejn 8,5 % u 13,5 %—livell li għadu sinifikanti iżda mhux projbittiv. |
7.3. L-interess ta’ importaturi/negozjanti mhux relatati
|
(283) |
Il-livell ta’ kooperazzjoni ta’ importaturi/negozjanti mhux relatati kien għoli, biż-żewġ kumpaniji ewlenin f’dan is-settur ikkonċentrat ħafna jipparteċipaw. Dawn jammontaw għall-maġġoranza l-kbira tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti. Dawn il-kumpaniji jimportaw ukoll mir-Renju tal-Arabja Sawdija, għalkemm ħafna inqas peress li huma l-importaturi relatati ma’ SABIC li jgħaddu l-biċċa l-kbira tal-volum mir-Renju tal-Arabja Sawdija għas-suq tal-Unjoni. |
|
(284) |
Filwaqt li ż-żewġ importaturi/negozjanti mhux relatati huma kontra l-miżuri, l-impatt tagħhom ma jkunx sproporzjonat. Parti minn dawn id-dazji tista’ tingħadda lill-utenti (b’mod partikolari fis-segmenti tal-berrieda u ta’ użu industrijali ieħor–ara hawn taħt). Fil-każ ta’ importatur wieħed, l-attività tiegħu tal-MEG tal-Unjoni ma tirrappreżentax parti sinifikanti mill-fatturat tiegħu, u għalhekk anke d-dazji sħaħ ikollhom impatt marġinali fuq in-negozju tiegħu. Min-naħa l-oħra, l-attività tal-MEG fis-suq tal-Unjoni hija aktar sinifikanti, u għalhekk jista’ jseħħ impatt akbar. Dan jiddependi mill-kapaċità li jiġi mmirat is-segment fejn iż-żidiet fil-prezzijiet jistgħu jiġu mgħoddija b’mod aktar faċli, parzjalment jew b’mod sħiħ. Fi kwalunkwe każ, l-investigazzjoni żvelat li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija ma hijiex neċessarjament iddeterminata minn raġunijiet marbuta mal-MEG. |
|
(285) |
Fi kwalunkwe każ, sorsi oħra ta’ provvista huma disponibbli għall-importaturi/negozjanti kollha, u b’hekk jittaffa l-impatt tal-miżuri. |
|
(286) |
Għal dawn ir-raġunijiet, huwa ddeterminat li l-impatt tal-miżuri ma jkunx sproporzjonat għall-importaturi/negozjanti. |
7.4. L-interess tal-utenti
|
(287) |
Waslu tweġibiet mingħand l-utenti li jkopru t-tliet segmenti kollha tal-produzzjoni downstream bl-użu tal-MEG, u esprimew l-oppożizzjoni tagħhom għall-miżuri. |
|
(288) |
In-negozju tal-berrieda, fejn il-MEG huwa input ewlieni, jinqasam f’żewġ subsegmenti ewlenin. Il-kumpaniji tal-karozzi (sa nofs in-negozju tal-berrieda) jeħtieġu formuli tal-prodott speċifiċi u ċċertifikati kif ukoll fluss ta’ provvista garantit u stabbli. Kif spjegat hawn fuq fil-premessa (274), il-miżuri, billi jżommu l-produzzjoni domestika, sejrin jikkontribwixxu biex jiġi garantit fluss stabbli ta’ provvista. Barra minn hekk, minħabba l-impatt marġinali tal-berrieda fuq il-kostijiet tal-karozzi, id-dazji f’dan is-subsegment x’aktarx li jiġu mgħoddija fil-biċċa l-kbira tagħhom. Għalhekk fil-każ ta’ miżuri, l-impatt fuq l-utenti f’dan is-segment ma jkunx sproporzjonat. |
|
(289) |
Min-naħa l-oħra, is-subsegment tas-suq wara l-bejgħ jinvolvi prodotti bażiċi fejn ikun aktar diffiċli li wieħed jgħaddi l-prezzijiet. Is-sitwazzjoni tal-utent li jikkoopera f’dan is-segment ma tindikax li l-impatt tal-miżuri jkun sproporzjonat. Fi kwalunkwe każ, sorsi oħra ta’ provvista huma disponibbli għall-importaturi/negozjanti kollha, u b’hekk jittaffa l-impatt tal-miżuri. |
|
(290) |
Tliet utenti mis-segment l-ieħor tal-prodotti industrijali (fibri, riti, reżini) kkooperaw. Ma hemm l-ebda xejra ċara għall-impatt tal-miżuri, li tvarja mill-marġinali sas-sinifikanti. Din l-istampa mħallta tindika l-eżistenza ta’ sitwazzjonijiet speċifiċi għall-kumpanija li ma humiex relatati mal-livell tal-prezzijiet tal-MEG, iżda ma’ fatturi oħrajn. Għalhekk, il-miżuri ma jkunux deċiżivi fuq l-attività futura ta’ dawn il-kumpaniji. Dan ma jirriżultax f’impatt sproporzjonat fuq dawn l-utenti, b’mod partikolari meta jkun ibbilanċjat kontra l-benefiċċji fit-tul tad-diversità u tal-istabbiltà tal-provvista li ġġib l-industrija tal-Unjoni, u li ma jkunx jeżisti fin-nuqqas ta’ miżuri. |
|
(291) |
Is-segment tal-PET jammonta għal kważi 55 % tal-użu totali tal-MEG. Il-MEG jikkontribwixxi madwar għoxrin fil-mija tal-kostijiet sħaħ tal-PET, prodott taħt pressjoni kbira fuq il-prezzijiet fejn il-profitti tipikament ikunu żgħar ħafna. Għalhekk, l-impatt ta’ bejn punt perċentwali u żewġ punti perċentwali f’termini ta’ profittabbiltà jista’ jkun sinifikanti. |
|
(292) |
Seba’ kumpaniji li jappartjenu għal erba’ gruppi pparteċipaw fl-investigazzjoni. Is-sitwazzjoni tvarja fuq bażi ta’ kumpanija b’kumpanija. Għal xi kumpaniji, il-profitti jonqsu iżda xorta jkunu pożittivi; oħrajn bi profittabbiltà baxxa jinġiebu għal livelli ta’ ekwilibriju; għal dawk bl-agħar prestazzjoni, it-telf diġà kbir jiżdied, għalkemm b’ammonti proporzjonalment moderati. |
|
(293) |
Is-sitwazzjoni ta’ dawk bl-agħar prestazzjoni hija strutturalment iddeterminata minn fatturi oħrajn, u l-attività tagħha u l-mijiet ta’ impjiegi li tappoġġa għalhekk ma humiex fl-aħħar mill-aħħar iddeterminati mill-miżuri proposti, li l-impatt tagħhom għalhekk ma jkunx sproporzjonat. |
|
(294) |
Fir-rigward tal-kumpaniji li l-profitti tagħhom ivarjaw madwar li ma jagħmlux telf, il-miżuri ma jwasslux għal varjazzjoni fundamentali fis-sitwazzjoni tagħhom. Dan jista’ jitlob azzjonijiet eżoġeni (eż. miżuri ta’ difiża tal-kummerċ f’każ ta’ kummerċ inġust dannuż) jew aġġustamenti endoġeni tal-mudell tan-negozju tagħhom biex tiġi msaħħa l-kompetittività. Filwaqt li l-impatt tal-miżuri jista’ ma jkunx deċiżiv, ftit mijiet ta’ impjiegi jistgħu jkunu f’riskju. |
|
(295) |
Il-kumpaniji bi profitti kontinwati jistgħu jiġu affettwati xi ftit mill-miżuri, iżda mhux b’mod daqshekk sproporzjonat. |
|
(296) |
Fi kwalunkwe każ, l-impatti possibbli msemmija hawn fuq f’terminu ta’ żmien qasir ikollhom jiġu bbilanċjati kontra tliet riskji fit-terminu medju assoċjati man-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri (u l-waqfien probabbli tal-attività tal-industrija tal-Unjoni peress li s-sitwazzjoni attwali ma hijiex sostenibbli): inqas sorsi ta’ provvista, inqas stabbiltà tal-provvista, u prezzijiet ogħla tal-MEG. Din tal-aħħar tista’ faċilment tilħaq il-livell moderat ta’ miżuri proposti—b’impatti negattivi li jistgħu jkunu daqs, jekk mhux aktar minn, dawk iġġenerati mill-miżuri proposti nfushom. |
|
(297) |
Kollox ma’ kollox, l-impatti negattivi potenzjali li sfortunatament jistgħu jseħħu f’terminu ta’ żmien qasir għall-produtturi tal-PET ma humiex meqjusin b’mod ġenerali bħala biżżejjed biex titwaqqaf l-impożizzjoni tal-miżuri. |
|
(298) |
L-istampa aggregata tas-segmenti kollha tal-utenti turi xi impatti negattivi, iżda mhux sproporzjonati għall-benefiċċji li ġġib il-miżura. Din il-kwistjoni se tkun is-suġġett ta’ attenzjoni kontinwa mill-investigazzjoni għal stadju definittiv. |
7.5. L-interess tal-fornituri
|
(299) |
ExxonMobil, bħala manifattur tal-paraksilen (materja prima għall-manifattura tal-PTA li mbagħad tintuża għall-manifattura tal-PET), kienet l-uniku fornitur li pprovdiet kummenti. Din sostniet li l-impatt negattiv tal-miżuri anti-dumping fuq il-produtturi tal-PET se jkollu wkoll effett avvers fuq il-fornituri tal-paraksilen tal-Unjoni li jitilfu l-bejgħ fis-suq tal-Unjoni peress li l-produtturi tal-PET tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jikkompetu mal-importazzjonijiet tal-PET minn reġjuni oħrajn. Ġie affermat ukoll li l-produtturi tal-paraksilen tal-Unjoni diġà ħabbtu wiċċhom ma’ sfidi minħabba kapaċità globali eċċessiva u żieda fl-importazzjonijiet. Barra minn hekk, ġie argumentat li l-produtturi tal-paraksilen kienu integrati mar-raffineriji u għalhekk kwalunkwe impatt avvers fuq il-paraksilen ikollu impatt fuq l-industriji tar-raffineriji tal-Unjoni wkoll, li diġà qed iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi dovuti għal kapaċità globali eċċessiva, xejriet fid-domanda għall-fjuwil li qegħdin jinbidlu u l-kostijiet għoljin. |
|
(300) |
Dawn l-affermazzjonijiet ma kinux sostanzjati u ma jistgħux jiġu aċċettati f’dan l-istadju. Barra minn hekk, qiegħda ssir referenza għall-analiżi dwar l-utenti li jagħmlu l-PET, li l-eżitu tagħha jindika li l-impatti negattivi potenzjali jistgħu jaffettwaw biss lil xi produtturi li s-sitwazzjoni tagħhom ma tiddependix b’mod fundamentali fuq in-nuqqas ta’ miżuri fuq il-MEG. B’riżultat ta’ dan, ma jistax jiġi konkluż li l-impatti ta’ tali miżuri jkunu sproporzjonati għall-fornituri. |
7.6. Kummenti riċevuti
|
(301) |
Diversi partijiet interessati (CPME, CIFRS, Mitsubishi, Arteco, Proviron, Oxyde, HELM, NEO Group) sostnew li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping ma tkunx fl-interess tal-Unjoni peress li l-produtturi tal-Unjoni ma jistgħux jissodisfaw id-domanda tal-utenti tal-MEG fl-Unjoni u għalhekk l-importazzjonijiet huma meħtieġa. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li l-istaġjonalità tas-suq tal-MEG għamlitha impossibbli li dejjem tintuża l-kapaċità ta’ produzzjoni sħiħa. Ġie argumentat ukoll li l-importazzjonijiet tal-MEG mill-Istati Uniti u mill-Arabja Sawdija ma jistgħux jiġu sostitwiti b’importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, bħall-Kanada, iċ-Ċina, il-Kuwajt, l-Indja, il-Messiku, ir-Russja u t-Turkija, fid-dawl ta’ kapaċità ta’ produzzjoni insuffiċjenti, kostijiet għoljin tat-trasport u domanda interna dejjem akbar li jikkaratterizzaw pajjiżi esportaturi oħra. Arteco sostniet li sabiex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-attività tal-berrieda tal-magni tagħha fl-Unjoni, hija teħtieġ provvista sigura ta’ MEG, u din hija garantita bil-kapaċità li takkwistah minn diversi sorsi. HELM argumentat li għalkemm il-produtturi tal-Unjoni tal-MEG qed jippjanaw li jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni tal-ossidu tal-etilen, ma hemm l-ebda pjan biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni tal-MEG. |
|
(302) |
Kif iddikjarat fil-premessa (274), l-impożizzjoni ta’ miżuri hija essenzjali biex l-impatt enormi tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping jinżamm taħt kontroll u biex il-produzzjoni tal-MEG fl-Unjoni tinżamm. Mingħajr industrija tal-Unjoni, l-utenti tal-MEG se jkunu dipendenti fuq l-importazzjonijiet u għalhekk mhux se jkollhom provvista sigura ta’ MEG minn sorsi multipli. Barra minn hekk, l-għan tal-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping ma huwiex li jitwaqqfu l-importazzjonijiet iżda li jitreġġgħu lura l-kundizzjonijiet ekwi fis-suq tal-Unjoni. Minkejja dan, kif iddikjarat fil-premessa (281), hemm sorsi oħrajn ta’ provvista disponibbli, minbarra r-Renju tal-Arabja Sawdija u l-Istati Uniti, bħat-Tajwan, Singapore u l-Korea. Barra minn hekk, filwaqt li l-investigazzjoni żvelat li l-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun tabilħaqq ma għandhomx pjanijiet li jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni fl-Unjoni fil-futur qarib, huwa mfakkar li, kif iddikjarat fil-premessa (249), hemm kapaċità żejda tal-MEG fid-dinja. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda. |
|
(303) |
Is-CPME afferma li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping ma hijiex fl-interess tal-Unjoni u din taffettwa b’mod sever lill-industrija tal-PET, u timbotta lill-produtturi tal-PET ’il barra mis-suq. |
|
(304) |
Kif spjegat fil-premessi (290) sa (297), l-impatt negattiv potenzjali li sfortunatament jista’ jseħħ f’terminu ta’ żmien qasir għall-produtturi tal-PET ma jitqiesx b’mod ġenerali bħala biżżejjed biex jiġi ġġustifikat l-fatt li ma jiġux imposti miżuri. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(305) |
Mitsubishi ddikjarat li ma huwiex fl-interess tal-Unjoni li jiġu imposti miżuri anti-dumping peress li r-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina jistgħu jkunu mistennija li jitjiebu taħt amministrazzjoni ġdida tal-Istati Uniti u għalhekk il-kawża tad-dumping u tad-dannu ma hijiex se tibqa’ rilevanti. |
|
(306) |
Kif iddikjarat fil-premessa (247), għalkemm ir-restrizzjonijiet fil-fatt ma baqgħux daqshekk stretti, it-tariffi addizzjonali jkomplu japplikaw bħala regola u ma huwiex ċar kif is-sitwazzjoni se tevolvi. Barra minn hekk, minkejja l-evoluzzjoni tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u ċ-Ċina, l-industrija tal-MEG tal-Istati Uniti hija orjentata lejn l-esportazzjoni b’żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni u għalhekk, il-produtturi tal-Istati Uniti x’aktarx li jkomplu l-interess qawwi tagħhom fis-suq tal-Unjoni, speċjalment minħabba li ċ-Ċina qiegħda tespandi l-kapaċità tal-MEG tagħha stess. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda. |
|
(307) |
Arteco sostniet li l-impożizzjoni ta’ miżuri sservi biss l-interessi ta’ żewġ kumpaniji ewlenin, li waħda minnhom hija l-kompetitur ewlieni ta’ Arteco fis-suq downstream tal-berrieda. Bl-istess mod, Oxyde sostniet li, peress li BASF kienet produttur kbir ħafna ta’ antifreeze bl-użu tal-MEG tagħha stess, din ikollha vantaġġ kompetittiv fuq il-kompetituri tagħha, Arteco, HVL u Solventis, li jkollhom iħallsu dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-MEG. |
|
(308) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ dawn l-affermazzjonijiet. L-impożizzjoni ta’ miżuri tkun ta’ benefiċċju għall-industrija kollha tal-Unjoni mhux biss għal żewġ produtturi. Fil-fatt, waħda mill-entitajiet fil-grupp BASF timmanifattura l-berrieda. Madankollu, l-investigazzjoni żvelat li din il-kumpanija tixtri l-MEG mingħand il-kumpanija relatata tagħha bil-prezzijiet tas-suq, l-istess bħal Arteco u utenti oħrajn. |
|
(309) |
Arteco sostniet li, peress li l-MEG huwa komodità li tiġi nnegozjata u ttrasportata fuq livell globali, wara l-impożizzjoni tal-miżuri, se jkun hemm bidla sinifikanti fil-flussi kummerċjali u żieda fit-trasport, u dan se jwassal għal emissjonijiet ogħla tat-trasport marittimu globali, li huwa ta’ detriment għall-isforzi kontinwi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. |
|
(310) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din l-affermazzjoni wkoll. Il-bidla fil-kummerċ diġà seħħet fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni meta l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati ssostitwixxew parti sinifikanti mill-produzzjoni domestika. In-nuqqas ta’ impożizzjoni ta’ miżuri se jissostitwixxi kompletament il-produzzjoni domestika bl-importazzjonijiet u għalhekk il-bidla fil-kummerċ se tiżdied saħansitra aktar. |
7.7. Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni
|
(311) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-MEG li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati f’dan l-istadju tal-investigazzjoni. |
8. MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI
|
(312) |
Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità u tal-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji biex jimpedixxu li jiġi kkawżat aktar dannu lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. |
|
(313) |
Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-monoetilenglikol li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika u mir-Renju tal-Arabja Sawdija, f’konformità mar-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tal-bejgħ bil-prezz imwaqqa’ u l-marġnijiet tad-dumping. L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġnijiet tad-dumping u tad-dannu. |
|
(314) |
Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorji, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:
|
|
(315) |
Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tal-konklużjonijiet provviżorji ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklussivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u magħmul mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat manifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jiġu soġġetti għal ebda rata individwali ta’ dazju anti-dumping. |
|
(316) |
Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha tal-Istati Uniti jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda anke għall-produtturi tal-Istati Uniti li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. |
9. INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVVIŻORJU
|
(317) |
F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji provviżorji. Din l-informazzjoni ġiet ippubblikata wkoll fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli ddivulgati b’mod speċifiku lilhom. |
|
(318) |
No comments on the accuracy of the calculations were received. |
10. DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
|
(319) |
Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa. |
|
(320) |
Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping provviżorju huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-monoetilenglikol (numru tal-KE attwali 203-473-3), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 2905 31 00 (kodiċi TARIC 2905310010) u li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika u mir-Renju tal-Arabja Sawdija.
2. Ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:
|
Pajjiż |
Kumpanija |
Dazju anti-dumping provviżorju |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC |
|
Ir-Renju tal-Arabja Sawdija |
Saudi Kayan petrochemical company (Saudi Kayan) |
11,1 % |
C674 |
|
Ir-Renju tal-Arabja Sawdija |
Yanbu National Petrochemical Company (Yansab) |
11,1 % |
C675 |
|
Ir-Renju tal-Arabja Sawdija |
Eastern Petrochemical Company (Sharq) |
11,1 % |
C676 |
|
Ir-Renju tal-Arabja Sawdija |
Saudi Yanbu Petrochemical Company (Yanpet) |
11,1 % |
C677 |
|
Ir-Renju tal-Arabja Sawdija |
Arabian Petrochemical Company (Petrokemya) |
11,1 % |
C678 |
|
Ir-Renju tal-Arabja Sawdija |
Jubail United Petrochemical Company (United) |
11,1 % |
C679 |
|
Ir-Renju tal-Arabja Sawdija |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
11,1 % |
C999 |
|
L-Istati Uniti tal-Amerika |
Lotte Chemical Louisiana LLC |
8,5 % |
C684 |
|
L-Istati Uniti tal-Amerika |
MEGlobal Americas Inc |
38,3 % |
C680 |
|
L-Istati Uniti tal-Amerika |
Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness I |
13,5 % |
|
|
L-Istati Uniti tal-Amerika |
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
52,0 % |
C999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.
4. Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar dan ir-regolament bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
2. Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien 5 ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
3. Il-partijiet interessati li jkunu jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali huma mistiedna jagħmlu dan fi żmien ħamest ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta għandu jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati wara din l-iskadenza u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax dawn it-talbiet jekk ikun xieraq.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.
(2) In-Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping li jirrigwarda l-importazzjonijiet ta’ monoetilenglikol li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika u mir-Renju tal-Arabja Sawdija (ĠU C 342, 14.10.2020, p. 12).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/135 tat-30 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 1).
(4) http://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?ref=ong&id=2485
(5) Avviż Dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq investigazzjonijiet antidumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).
(6) http://www.jadwa.com/en/download/petrochemicals-and-the-vision-2030/research-13-1-1-1-1-1-1 (aċċessat fil-11 ta’ Mejju 2021)
(7) Il-Premessa (352) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1336, tal-25 ta’ Settembru 2020 li jimponi dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti alkoħols tal-polivinil li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 315, 29.9.2020, p. 1).
(8) https://www.icis.com/explore/resources/news/2020/01/16/10459681/explosion-at-reactor-caused-iqoxe-s-blast-death-toll-rises-to-three
(9) Id-data mill-kumpaniji tal-Unjoni inklużi fil-kampjun f’dan ir-regolament hija ppreżentata f’firxiet minħabba r-riskju li kwalunkwe kumpanija inkluża fil-kampjun twettaq inġinerija inversa tad-data tal-kompetituri tagħha, speċjalment minħabba li tnejn mit-tliet kumpaniji inklużi fil-kampjun huma relatati.
(10) https://www.icis.com/explore/
(11) https://ihsmarkit.com/index.html
(12) https://www.woodmac.com/research/products/chemicals-polymers-fibres/
(13) https://www.orbichem.com/chemical-data-portfolio/ethylene-glycol-ethylene-oxide
ANNESS
Produtturi esportaturi mill-Istati Uniti li kkooperaw imma mhux inklużi fil-kampjun
|
Pajjiż |
Isem |
Kodiċi addizzjonali tat-TARIC |
|
L-Istati Uniti tal-Amerka |
Indorama Ventures Oxides LLC |
C681 |
|
L-Istati Uniti tal-Amerka |
Equistar Chemicals, LP |
C682 |
|
L-Istati Uniti tal-Amerka |
Sasol Chemicals North America LLC |
C683 |