European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7455

16.12.2024

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali

(C/2024/7455)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/1775 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/3149 (2), u fl-Anness Ia tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1770 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/3147 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jinżammu fil-lista ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 u fir-Regolament (UE) 2017/1770. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjonijiet ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qiegħda tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li jippreżentaw applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web imsemmija fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2017/1770 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Mali, biex jiksbu l-awtorizzazzjoni biex jużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew għal ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa' tiġi kkunsidrata qabel l-1 ta' Settembru 2025 fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX. 1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

Kull osservazzjoni li tasal ser titqies għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/1775 u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1770.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li d-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi ikkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 251, 29.9.2017, p. 23.

(2)   ĠU L, 2024/3149, 13.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3149/oj.

(3)   ĠU L 251, 29.9.2017, p. 1.

(4)   ĠU L, 2024/3147, 13.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/3147/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7455/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)