<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-300/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0300</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:898">EU:C:2020:898</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20201111">11.11.2020</DATE> – Kawża C‑300/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Marclean Technologies</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20201111">11 ta’ Novembru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Politika soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Tkeċċijiet kollettivi</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 98/59/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(1)(a)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>tkeċċija kollettiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Modalitajiet ta’ kalkolu tan-numru ta’ tkeċċijiet</KEYWORD><KEYWORD>Perijodu ta’ referenza li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑300/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Juzgado de lo Social n<HT TYPE="SUP">o</HT>3 de Barcelona (il-Qorti Industrijali Nru 3 ta’ Barcelona, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190325">25 ta’ Marzu 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190412">12 ta’ April 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">UQ</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Marclean Technologies SLU,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Ministerio Fiscal,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Fondo de Garantía Salarial,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, L. Bay Larsen, C. Toader, M. Safjan (Relatur) u N. Jääskinen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Bobek,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn B.-R. Killmann u S. Pardo Quintillán, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20200611">11 ta’ Ġunju 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-<DATE ISO="19980720">20 ta’ Lulju 1998</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn UQ u Marclean Technologies SLU dwar il-legalità tat-tkeċċija individwali tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessi 2 sa 4, 7 u 8 tad-Direttiva 98/59:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(2)</NO.P><TXT>Billi huwa importanti li jkun hemm iżjed protezzjoni għall-ħaddiema fil-każ ta’ redundancies kollettivi waqt li jittieħed kont tal-bżonn ta’ żvilupp ibbilanċjat ekonomiku u soċjali fil-Komunità;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Billi, minkejja ż-żieda ta’ konverġenza, jibqgħu differenzi bejn id-dispożizzjonijiet fl-Istati Membri dwar l-arranġamenti prattiċi u l-proċeduri għal din ir- redundancy u l-miżuri intenzjonati biex iserrħu mill-konsegwenzi tar- redundancy tal-ħaddiema;</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Billi dawn id-differeni jistgħu jkollom effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern;</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Billi din l-approssimazzjoni għandha għalhekk tiġi promossa filwaqt li t-titjib qed jinżamm fit-tifsira ta’ l-Artikolu 117 tat-Trattat [KE];</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Billi, sabiex jiġi kkalkulat in-numru ta- redundancies li tipprovdi għalihom id-definizzjoni ta’ redundancies kollettivi fis-sens ta’ din id-Direttiva, forom oħra ta’ terminazzjoni ta’ kuntratti ta’ l-impjieg fuq l-inizjattiva ta’ min iħaddem għandhom ikunu ekwivalenti għal redudancies, sakemm ikun hemm mill-inqas ħames redundancies.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>It-Taqsima I ta’ din id-direttiva, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>It-tifsiriet u l-iskop<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, hija kkostitwita mill-Artikolu 1 tagħha, li l-paragrafu 1 tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>redundancies kollettivi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> ifisser tkeċċijiet mix-xogħol minn min iħaddem għal raġuni waħda jew aktar mhux relatati mal-ħaddiema individwali kkonċernati meta, skond l-għażla ta’ l-Istati Membri, in-numru tar- redundancies huwa:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>jew, fuq perijodu ta’ 30 ġurnata:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>mill-inqas 10 fi stabbilimenti li normalment jimpjegaw iżjed minn 20 u inqas minn 100 impjegat,</P></ITEM><ITEM><P>mill-inqas 10 % tan-numru ta’ ħaddiema fi stabbilimenti li normalment jimpjegaw mill-inqas 100 iżda inqas minn 300 ħaddiem,</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>mill-inqas 30 fi stabbilimenti li normalment jimpjegaw 300 ħaddiema jew iżjed,</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>jew, fuq perijodu ta’ 90 ġurnata, mill-inqas 20, ikun xi jkun in-numru ta’ impjegati li jaħdmu fl-istabbilimenti inkwistjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>[…]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Għall-iskop tal-kalkolu tan-numru tar- redundancies kif previst [fl-ewwel] subparagrafu tal-punt (a), it-termini ta’ kuntratt tax-xogħol li jsir fuq l-inizjattiva ta’ min iħaddem għal raġuni waħda jew iktar li mhumiex relatati mal-ħaddiema individwali kkonċernati għandhom ikunu assimilati mar-redundancies sakemm, hemm mill-inqas ħames redundancies.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Estatuto de los Trabajadores (l-Istatut tal-Ħaddiema) jirriżulta mir-Real Decreto Legislativo 2/2015, por el que se aprueba el texto refundido de la Ley del Estatuto de los Trabajadores (id-Digriet Irjali Leġiżlattiv 2/2015, li Approva t-Test Irriformulat tal-Istatut tal-Ħaddiema) tat‑<DATE ISO="20151023">23 ta’ Ottubru 2015</DATE> (BOE Nru 255 tal‑<DATE ISO="20151024">24 ta’ Ottubru 2015</DATE>, p. 100224). L-Artikolu 51 ta’ dan l-Istatut, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Tkeċċija kollettiva<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-finijiet ta’ din il-liġi, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>tkeċċija kollettiva<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser it-terminazzjoni ta’ kuntratti tal-impjieg minħabba raġunijiet ekonomiċi, tekniċi, organizzattivi jew produttivi fejn, fuq perijodu ta’ disgħin jum, it-terminazzjoni taffettwa mill-inqas:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>10 ħaddiema f’impriżi li jimpjegaw inqas minn 100 ħaddiem;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>10 % tan-numru ta’ ħaddiema f’impriżi li jimpjegaw bejn 100 u 300 ħaddiem;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>30 ħaddiem f’impriżi li jimpjegaw iktar minn 300 ħaddiem.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>Sabiex jiġi kkalkolat in-numru ta’ terminazzjonijiet ta’ kuntratti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, kwalunkwe terminazzjoni oħra ta’ kuntratt tal-impjieg waqt il-perijodu ta’ referenza li sseħħ fuq l-inizjattiva tal-persuna li timpjega għal raġunijiet oħra mhux relatati mal-ħaddiema individwali kkonċernati li huma differenti mir-raġunijiet previsti fl-Artikolu 49(1)(c) ta’ din il-liġi għandha wkoll tittieħed inkunsiderazzjoni, sakemm jiġu affettwati mill-inqas ħames impjegati.</P><P>Meta, f’perijodi suċċessivi ta’ 90 jum u sabiex jiġu evitati r-rekwiżiti ta’ dan l-artikolu, impriża ttemm kuntratti skont l-Artikolu 52(c) ta’ din il-liġi f’numru inferjuri għal-limiti indikati, mingħajr ma jkunu jeżistu raġunijiet ġodda li jiġġustifikaw tali azzjoni, dawn it-terminazzjonijiet ġodda għandhom jitqiesu li twettqu b’evażjoni tal-liġi u għandhom jiġu ddikjarati nulli u bla effett.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 122 tal-Ley 36/2011, reguladora de la jurisdicción social (il-Liġi 36/2011, li Tirregola l-Qrati Industrijali), tal-<DATE ISO="20111010">10 ta’ Ottubru 2011</DATE> (BOE Nru 245, tal‑<DATE ISO="20111011">11 ta’ Ottubru 2011</DATE>, p. 106584), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Evalwazzjoni tax-xoljiment ta’ kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="122.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjoni ta’ terminazzjoni tal-kuntratt għandha tiġi ddikjarata bħala ġġustifikata meta l-persuna li timpjega, wara li tkun issodisfat ir-rekwiżiti formali, tiddikjara l-eżistenza tal-motiv previst mil-liġi, li jiġi indikat fil-komunikazzjoni bil-miktub. Fl-assenza ta’ dikjarazzjoni tal-motiv minnha, din id-deċiżjoni għandha tiġi ddikjarata inġusta.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="122.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-deċiżjoni ta’ xoljiment hija nulla:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>meta tkun ittieħdet b’abbuż tal-liġi b’evażjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti għal tkeċċijiet kollettivi, fil-każijiet imsemmija fl-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tal-[Istatut tal-Ħaddiema];</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20161031">31 ta’ Ottubru 2016</DATE>, UQ bdiet taħdem bħala kontrollur tal-kwalità f’isem Marclean Technologies. Bħall-ħaddiema l-oħra kollha impjegati minn din tal-aħħar, hija eżerċitat il-funzjonijiet tagħha fi ħdan l-istabbilimenti ta’ Sandhar Group, fejn wettqet kompiti ta’ kontroll tal-komponenti mmanifatturati minn din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180528">28 ta’ Mejju 2018</DATE>, UQ ġiet iddikjarata f’sitwazzjoni ta’ inkapaċità temporanja li taħdem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20180531">31 ta’ Mejju 2018</DATE>, Marclean Technologies innotifikat lil UQ b’deċiżjoni ta’ tkeċċija. Fid-data ta’ din it-tkeċċija, Marclean Technologies irrikonoxxiet li din kienet inġusta u din il-kumpannija, sussegwentement, ħallset lil UQ il-kumpens li, fil-fehma tagħha, huwa dovut fil-każijiet fejn tkeċċija tiġi ddikjarata inġusta mill-qrati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20180611">11 ta’ Ġunju 2018</DATE>, UQ ressqet azzjoni għal tkeċċija quddiem il-Juzgado de lo Social Nru 3 de Barcelona (il-Qorti Industrijali Nru 3 ta’ Barcelona, Spanja), il-qorti tar-rinviju, fejn talbet dikjarazzjoni ta’ nullità tagħha jew, sussidjarjament, ta’ tkeċċija inġusta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Bejn il‑31 ta’ Mejju u l‑<DATE ISO="20180814">14 ta’ Awwissu 2018</DATE>, seba’ persuni waqfu jaħdmu għal Marclean Technologies. Erbgħa minnhom waqfu jaħdmu għal kawżi mhux attribwibbli lilhom, tnejn waqfu jaħdmu volontarjament u l-aħħar waħda waqfet minħabba l-iskadenza tal-kuntratt temporanju tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20180815">15 ta’ Awwissu 2018</DATE>, 29 persuna oħra impjegati minn Marclean Technologies waqfu jaħdmu għal din il-kumpannija. F’din l-istess data, Marclean Technologies waqfet kompletament l-attivitajiet tagħha. Fis‑<DATE ISO="20180816">16 ta’ Awwissu 2018</DATE>, dawn id-29 persuna bdew jaħdmu għal Risk steward SL.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Marclean Technologies ipproduċiet quddiem il-qorti tar-rinviju dokumenti bid-data tas-<DATE ISO="20180726">26 ta’ Lulju 2018</DATE> li juru li l-imsemmija 29 persuna kienu offrew ir-riżenja tagħhom b’mod volontarju, b’effett mill‑<DATE ISO="20180815">15 ta’ Awwissu 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, UQ sostniet li, peress li dawn ir-riżenji kienu jikkoinċidu u li, b’dan il-mod, il-ħaddiema kkonċernati ma kellhomx dritt għall-benefiċċji tal-qgħad, din is-sitwazzjoni kienet tikkonsisti, fir-realtà, f’tkeċċija kollettiva moħbija. Għaldaqstant, it-tkeċċija tagħha għandha titqies li hija nulla, b’applikazzjoni tal-Artikolu 122(2) tal-Liġi 36/2011 li Tirregola l-Qrati Industrijali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Marclean Technologies wieġbet li t-tkeċċija ta’ UQ kienet motivata mhux biss minn tnaqqis tal-attività ta’ din il-kumpannija, iżda wkoll minn ksur tal-kuntratt ta’ xogħol attribwibbli lil din il-ħaddiema kif ukoll lil membri oħra tal-persunal, li wkoll tkeċċew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Permezz ta’ digriet tas‑<DATE ISO="20190206">6 ta’ Frar 2019</DATE>, il-qorti tar-rinviju kkonstatat li bejn 30 u 35 ħaddiem kienu tkeċċew, fatt li seta’ jiġi kklassifikat, fil-fehma tagħha, bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>tkeċċija kollettiva<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>, fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59. Din il-qorti tirrileva li t-traspożizzjoni ta’<?PAGE NO="5"?> din id-direttiva fid-dritt Spanjol tirreferi għal perijodu ta’ 90 jum. F’dan ir-rigward, hija tippreċiża li d-domandi tagħha ma jirrigwardawx il-kwistjoni dwar jekk il-leġiżlazzjoni Spanjola hijiex iktar favorevoli mill-imsemmija direttiva f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Din il-qorti għandha dubji dwar id-definizzjoni tal-perijodu ta’ referenza ta’ 30 jew ta’ 90 jum li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex terminazzjonijiet ta’ kuntratti tax-xogħol ikunu jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>tkeċċija kollettiva<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59. Hija tindika li, matul id-90 jum mid-data ta’ tkeċċija ta’ UQ, 35 terminazzjoni ta’ kuntratti tax-xogħol min-naħa ta’ Marclean Technologies jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tan-numru ta’ tkeċċijiet, fis-sens tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li t-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), fil-kuntest tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 51(1) tal-Istatut tal-Ħaddiema, qieset li l-perijodu ta’ 90 jum imsemmi f’din id-dispożizzjoni kellu jiġi kkalkolat b’riferiment esklużivament għall-perijodu qabel id-data tat-tkeċċija kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 51(1) tal-Istatut tal-Ħaddiema jippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni t-terminazzjonijiet ta’ xogħol sussegwenti għat-tkeċċija kkontestata, iżda biss fil-każ fejn il-persuna li timpjega tkun aġixxiet b’mod frawdolenti. Għalhekk, din id-dispożizzjoni hija intiża sabiex tiġġieled l-aġir frawdolenti li jikkonsisti fil-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>firxa<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tat-tkeċċijiet sabiex tiġi evitata l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tal-ħaddiema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, huwa possibbli li jintlaħaq dan l-għan ta’ konsultazzjoni u ta’ parteċipazzjoni b’mod iktar rigoruż billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-perijodu ta’ referenza kemm qabel kif ukoll wara d-data tat-tkeċċija tal-ħaddiem ikkonċernat, li jippermetti lil dan tal-aħħar jinvoka tkeċċijiet individwali oħra li huwa seta’ jinjora fil-mument meta seħħ tiegħu, iżda li, sussegwentement, flimkien ma’ tiegħu, jilħqu n-numru meħtieġ sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ tkeċċija kollettiva, fis-sens tad-Direttiva 98/59.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat b’mod awtonomu. Xejn ma jipprekludi li l-perijodu ta’ referenza previst f’din id-dispożizzjoni jittieħed inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ, jiġifieri għat-terminazzjonijiet ta’ xogħol li seħħew preċedentement jew sussegwentement it-tkeċċija individwali li hija s-suġġett tal-proċedura, peress li dan il-perijodu jista’ wkoll jiġi kkalkolat parzjalment qabel u parzjalment wara l-imsemmija tkeċċija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Juzgado de lo Social n<HT TYPE="SUP">o</HT> 3 de Barcelona (il-Qorti Industrijali Nru 3 ta’ Barcelona) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(a)(i) u (ii) tad-Direttiva [98/59] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodu ta’ referenza ta’ 30 jew 90 ġurnata stabbiliti għall-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ tkeċċija kollettiva dejjem għandu jiġi kkalkolat qabel id-data li fiha seħħet it-tkeċċija individwali li hija s-suġġett inkwistjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1)(a)(i) u (ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-perijodu ta’ referenza ta’ 30 jew 90 ġurnata stabbiliti għall-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ tkeċċija kollettiva jista’ jiġi kkalkolat wara d-data li fiha seħħet it-tkeċċija individwali li hija s-suġġett inkwistjoni mingħajr il-ħtieġa li l-imsemmija terminazzjonijiet sussegwenti jitqiesu li huma frawdolenti?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-perijodi ta’ referenza tal-Artikolu 1(1)(a)(i) u (ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, jippermettu interpretazzjoni fejn jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tkeċċijiet jew it-terminazzjonijiet li jseħħu fi ħdan il-perijodu ta’ 30 jew 90 ġurnata, b’tali mod li t-tkeċċija inkwistjoni tidħol fi ħdan l-imsemmija perijodi?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59 għandux jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi evalwat jekk tkeċċija individwali kkontestata tagħmilx parti minn tkeċċija kollettiva, il-perijodu ta’ referenza ta’ 30 jew ta’ 90 jum previst f’din id-dispożizzjoni għandu jiġi kkalkolat b’teħid inkunsiderazzjoni, jew esklużivament tal-perijodu qabel din it-tkeċċija individwali, jew ukoll tal-perijodu wara l-imsemmija tkeċċija, mhux biss f’każ ta’ frodi, iżda anki fl-assenza ta’ frodi, jew ta’ kull perijodu ta’ 30 jew ta’ 90 jum li matulu seħħet l-imsemmija tkeċċija individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59 jipprovdi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>tkeċċija kollettiva<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> ikopri t-tkeċċijiet imwettqa minn persuna li timpjega għal raġuni waħda jew iktar mhux inerenti għall-persuna tal-ħaddiema sakemm jiġu ssodisfatti ċerti kundizzjonijiet ta’ natura kwantitattiva u temporali (sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091210">10 ta’ Diċembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Rodríguez Mayor <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑323/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:770">EU:C:2009:770</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Porras Guisado</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑103/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:99">EU:C:2018:99</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlatur Spanjol għażel perijodu ta’ referenza ta’ 90 jum. Konformement mal-punt (a) (ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59, in-numru ta’ tkeċċijiet li jridu jkunu seħħew, sabiex jitqies li teżisti tkeċċija kollettiva, fis-sens ta’ din id-direttiva, għandu, għal tali perijodu ta’ referenza, ikun tal-inqas 20, irrispettivament min-numru ta’ ħaddiema normalment impjegati fl-istabbilimenti kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għandu jiġi eżaminat b’liema mod il-perijodu ta’ referenza previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mill-perspettiva <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti stabbiliti fil-punti (a)(i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59, għandu jitfakkar li din id-direttiva ma tistax tiġi interpretata fis-sens li l-modalitajiet ta’ kalkolu ta’ dawn il-limiti, u għaldaqstant l-imsemmija limiti nfushom, huma għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, peress li tali interpretazzjoni tippermetti lil dawn tal-aħħar ibiddlu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva u jċaħħduha mill-effett sħiħ tagħha (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Confédération générale <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑385/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:37">EU:C:2007:37</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20151111">11 ta’ Novembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Pujante Rivera</NAME.CASE>, <NO.CASE>C 422/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:743">EU:C:2015:743</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fid-domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tikkunsidra tliet metodi possibbli sabiex jiġi ddeterminat jekk in-numru ta’ tkeċċijiet meħtieġ mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59 intlaħaqx. Hija tirreferi, fl-ewwel lok, għal żewġ metodi li jikkonsistu, meta tkeċċija individwali hija kkontestata, fil-kalkolu tal-perijodu ta’ referenza billi jittieħed inkunsiderazzjoni, kemm esklużivament il-perijodu preċedenti għal din it-tkeċċija, kif ukoll il-perijodu sussegwenti għall-imsemmija tkeċċija, fil-każ ta’ frodi. Fit-tieni lok, skont it-tielet metodu li tissuġġerixxi din il-qorti, il-perijodu ta’ referenza huwa kkostitwit minn kull perijodu ta’ 30 jew ta’ 90 jum li matulu tkun seħħet it-tkeċċija individwali kkontestata, mingħajr ma jkun hemm distinzjoni skont jekk dan il-perijodu jkunx preċedenti, sussegwenti jew jekk ikunx parzjalment preċedenti jew sussegwenti għal din it-tkeċċija individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li la l-ewwel u lanqas it-tieni metodu ppreżentati mill-qorti tar-rinviju ma huma konformi mad-Direttiva 98/59.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, il-formulazzjoni stess tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva ma jinkludi ebda riferiment għal limitu temporali esklużivament preċedenti jew sussegwenti t-tkeċċija individwali kkontestata sabiex jiġi kkalkolat in-numru ta’ tkeċċijiet li seħħew.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra u fuq kollox, l-applikazzjoni tal-ewwel żewġ metodi ppreżentati mill-qorti tar-rinviju tista’ tippreġudika l-għan tad-Direttiva 98/59 li hija intiża, kif jirriżulta mill-premessa 2 tagħha, b’mod partikolari għat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ tkeċċijiet kollettivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-limitazzjoni tal-perijodu ta’ referenza kemm esklużivament għall-perijodu preċedenti għat-tkeċċija individwali kkontestata, kif ukoll għall-perijodu sussegwenti għall-imsemmija tkeċċija f’każ ta’ frodi tista’ tirrestrinġi d-drittijiet tal-ħaddiema kkonċernati, sa fejn dawn iż-żewġ metodi jipprekludu t-teħid inkunsiderazzjoni tat-tkeċċijiet li seħħew f’perijodu ta’ 30 jew ta’ 90 jum, iżda barra minn dan il-perijodu preċedenti jew il-perijodu sussegwenti, minkejja li n-numru totali ta’ tkeċċijiet ikun qabeż in-numru meħtieġ mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 32 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-istruttura u mill-għan ta’ din id-direttiva jirriżulta li din id-direttiva timponi li tali perijodu jkun kontinwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet metodu ppreżentat mill-qorti tar-rinviju, li l-perijodu ta’ referenza huwa kkostitwit minn kull perijodu ta’ 30 jew ta’ 90 jum li matulu seħħet it-tkeċċija individwali kkontestata, għandu jiġi kkonstatat li dan il-metodu jidher li huwa l-uniku wieħed li huwa konformi mal-għan ta’ din id-direttiva, kif imfakkar fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, u mal-osservanza tal-effett utli tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>L-effett sħiħ ta’ din id-direttiva jkun limitat, b’kontradizzjoni mal-għan tagħha, jekk tiġi interpretata fis-sens li l-qrati nazzjonali ma jistgħux jieħdu inkunsiderazzjoni t-tkeċċijiet li seħħew qabel jew wara d-data tat-tkeċċija individwali kkontestata sabiex tiġi stabbilita jew le l-eżistenza ta’ tkeċċija kollettiva, fis-sens tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif irrilevat il-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, għandu jiġi eżaminat il-perijodu li jkopri t-tkeċċija individwali kkontestata u li matulu seħħ l-ikbar numru ta’ tkeċċijiet imwettqa mill-persuna li timpjega għal raġuni waħda jew iktar mhux relatati mal-ħaddiema, fis-sens tal-ewwel subparagrafu (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domandi magħmula għandha tkun li l-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59 għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi evalwat jekk tkeċċija individwali kkontestata tagħmilx parti minn tkeċċija kollettiva, il-perijodu ta’ referenza previst f’din id-dispożizzjoni sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ tkeċċija kollettiva għandu jiġi kkalkolat b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ kull perijodu ta’ 30 jew ta’ 90 jum konsekuttivi li matulu tkun seħħet din it-tkeċċija individwali u li matulu jkun seħħ l-ikbar numru ta’ tkeċċijiet imwettqa mill-persuna li timpjega għal raġuni waħda jew iktar mhux relatati mal-ħaddiem, fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-<DATE ISO="19980720">20 ta’ Lulju 1998</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi evalwat jekk tkeċċija individwali kkontestata tagħmilx parti minn tkeċċija kollettiva, il-perijodu ta’ referenza previst f’din id-dispożizzjoni sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ tkeċċija kollettiva għandu jiġi kkalkolat b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ kull perijodu ta’ 30 jew ta’ 90 jum konsekuttivi li matulu tkun seħħet din it-tkeċċija individwali u li matulu jkun seħħ l-ikbar numru ta’ tkeċċijiet imwettqa mill-persuna li timpjega għal raġuni waħda jew iktar mhux relatati mal-ħaddiem, fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>