4.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 312/3


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9090 — PSPIB/BCI/Island Timberlands)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 312/03)

1.   

Fis-27 ta’ Awwissu 2018, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

British Columbia Investment Management Corporation (“BCI”, il-Kanada), li tikkontrolla l-Island Timberlands Limited Partnership (“ITLP”, il-Kanada)

—

Public Sector Pension Investment Board (“PSP”, il-Kanada).

BCI u PSP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ ITLP kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   BCI: investitur istituzzjonali Kanadiż li jinvesti f’isem klijenti tas-settur pubbliku f’investimenti bi dħul fiss, ipoteki, ekwità pubblika u privata, proprjetà immobbli, infrastruttura u riżorsi rinnovabbli. BCI bħalissa qiegħda tikkontrolla ITLP, li tikkostitwixxi f’negozju privat għall-produzzjoni tal-injam iffokat fuq il-ġestjoni sostenibbli ta’ injam u prodotti forestali oħra mill-kosta ta’ British Columbia (il-Kanada),

—   fPSP: ġestjoni ta’ portafoll dinji diversifikat li jinkludi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat. PSP tiġġestixxi l-investiment tal-pensjonijiet permezz ta’ pjanijiet tal-pensjoni tas-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż, tal-Forzi Armati Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali tal-Kanada u tal-Forza ta’ Riżerva Kanadiża.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9090 — PSPIB/BCI/Island Timberlands

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.