<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-708/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0708</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:1064">EU:C:2019:1064</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20191211">11.12.2019</DATE> – Kawża C-708/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Asociaţia de Proprietari bloc M5A-ScaraA</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20191211">11 ta’ Diċembru 2019</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: ir-Rumen.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="NORMAL">[Test irrettifikat bid-digriet tat-<DATE ISO="20200213">13 ta’ Frar 2020</DATE>]</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali</KEYWORD><KEYWORD>Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 7 u 8</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 95/46/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 6(1)(ċ) u Artikolu 7(f)</KEYWORD><KEYWORD>Leġittimazzjoni tal-ipproċessar ta’ data personali</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti sorveljanza bil-vidjo sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u l-protezzjoni tal-persuni, tal-beni u tal-affarijiet ta’ valuri u sabiex jiġu protetti interessi leġittimi, mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data</KEYWORD><KEYWORD>Installazzjoni ta’ sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo fil-partijiet komuni ta’ proprjetà immobbli użata għall-abitazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-708/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunalul Bucureşti (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20181002">2 ta’ Ottubru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20181106">6 ta’ Novembru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">TK</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Asociaţia de Proprietari bloc M5A-ScaraA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal (Relatur), President tal-Awla, L. S. Rossi, J. Malenovský, F. Biltgen u N. Wahl, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Rumen, minn C.-R. Canţăr kif ukoll minn O.-C. Ichim u A. Wellman, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u O. Serdula, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn J. Nymann-Lindegren, M. Wolff u P. Z. L. Ngo, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>[kif irrettifikata bid-digriet tat-<DATE ISO="20200213">13 ta’ Frar 2020</DATE>] għall-Irlanda, minn M. Browne, G. Hodge u A. Joyce, bħala aġenti, assistiti minn D. Fennelly, BL,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, inizjalment minn G. Hesse u J. Schmoll, sussegwentement minn J. Schmoll, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, P. Barros da Costa, L. Medeiros, I. Oliveira u M. Cancela Carvalho, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Kranenborg, D. Nardi kif u L. Nicolae, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1)(e) u tal-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355), kif ukoll tal-Artikoli 8 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn TK u l-Asociaţia de Proprietari bloc M5A-ScaraA (l-Assoċjazzjoni tal-koproprjetarji tal-proprjetà immobbli M5A-ScaraA, ir-Rumanija, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Assoċjazzjoni tal-koproprjetarji<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), fir-rigward tat-talba ta’ TK sabiex din l-assoċjazzjoni tiġi ordnata ma tħaddimx is-sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo ta’ din il-proprjetà immobbli u tneħħi l-kameras installati fil-partijiet komuni tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 95/46 ġiet imħassra u ssostitwita, b’effett mill-<DATE ISO="20180525">25 ta’ Mejju 2018</DATE>, bir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20160427">27 ta’ April 2016</DATE> dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="119" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 119, p. 1</REF.DOC.OJ> u r-rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="127" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2018">ĠU 2018 L 127, p. 2</REF.DOC.OJ>). Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, din tkompli tkun suġġetta għad-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-għan tad-Direttiva 95/46/KE kien, skont l-Artikolu 1 tagħha, li l-Istati Membri jipproteġu d-drittijiet fundamentali u l-libertà ta’ persuni fiżiċi, u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, kif ukoll it-tneħħija ta’ ostakoli għall-moviment liberu ta’ din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Din id-Direttiva għandha tkun applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali fl-intier tiegħu jew parti minnu b’mezzi awtomatiċi, u għall-ipproċessar b’mezzi oħra mhux awtomatiċi ta’ data personali li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar jew li tkun maħsuba li tagħmel parti minn sistema ta’ skedar<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II tal-imsemmija direttiva kien jinkludi t-Taqsima I, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Prinċipji dwar il-kwalità tad-data<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, komposta mill-Artikolu 6 ta’ din l-istess direttiva, li kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Stati Membri għandhom jipprovdu li data personali għandu jkun:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ipproċessat b’mod ġust u skond il-liġi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>miġbur għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessat aktar b’mod li ma jkunx kompatibbli ma dawk il-finijiet. Ippoċessar iktar ta’ data għal finijiet storiċi, ta’ statistika jew xjentifiċi m’għandux jitqies bħala inkompatibbli sakemm dak l-Istat Membru jagħti protezzjoni xierqa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>adekwat, rilevanti u mhux eċċessiv għall-finijiet li għalih jinġab u/jew jiġi iktar ipproċessat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>eżatt u, fejn meħtieġ, jinżamm aġġornat; għandu jsir dak kollu raġjonevoli biex ikun assigurat li data li ma tkunx eżatta jew mhux kompleta, meħud kont tal-finijiet li għalihom kien inġabar jew li għalihom ikun sar iktar ipproċessar, jitħassar jew jissewwa;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>miżmum b’mod li jippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-data għal mhux iktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-data tkun inġabret jew li għalihom tkun iktar ipproċessata. Stati Membri għandhom jistabbilixxu protezzjoni xierqa għal data personali maħżuna għal perijodi itwal għal użu storiku, ta’ statistika jew xjentifiku.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għandu jkun il-kontrollur li jassigura [jiżgura] konformità mal-paragrafu 1<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fit-Taqsima II ta’ dan il-Kapitolu II, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kriterji biex l-ipproċessar ta’ data jkun leġittimu<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46 kien ifformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Stati Membri għandhom jipprovdu li data personali jista’ jkun ipproċessat biss jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>is-suġġett tad-data jkun ta l-kunsens tiegħu b’mod ċar;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-ipproċessar ikun meħtieġ biex isir kuntratt li tiegħu s-suġġett tad-data jkun parti jew biex jittieħdu passi fuq talba tas-suġġett tad-data qabel ma jagħmel kuntratt;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>l-ipproċessar ikun meħtieġ biex titħares obbligazzjoni legali li s-suġġett tagħha jkun il-kontrollur;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-ipproċessar ikun meħtieġ biex jipproteġi l-interessi vitali tas-suġġett tad-data;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>l-ipproċessar ikun meħtieġ biex isir ħidma fl-interess pubbliku jew fl-eżerċizzju ta’ awtorità pubblika vestita fil-kontrollur jew f’parti terza li lilha jkun żvelat id-data;</TXT><P>jew</P></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>l-ipproċessar ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ l-interessi leġittimi li jkollu l-kontrollur jew il-parti terza jew il-partijiet li lilhom ikun żvelat id-data, ħlief meta dawk l-interessi jiġu wara l-interessi ta’ drittijiet u libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data li jkun jeħtiġilhom protezzjoni skond l-Artikolu 1(1).<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Rumen</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Legea nr. 677/2001 pentru protecția persoanelor cu privire la prelucrarea datelor cu caracter personal și libera circulație a acestor date (il-Liġi Nru 677/2001 dwar il-protezzjoni tal-persuni fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta’ din id-data) (<HT TYPE="ITALIC">Monitorul Oficial</HT>, Parti I, Nru 790 tat-<DATE ISO="20011212">12 ta’ Diċembru 2001</DATE>), kif emendata bil-Liġi Nru 102/2005 u bid-Digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 36/2007, applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> għall-kawża prinċipali, ġiet adottata għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 95/46 fid-dritt Rumen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din il-liġi kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Kull ipproċessar ta’ data personali, ħlief jekk dan jirrigwarda data li taqa taħt il-kategoriji msemmija fl-Artikolu 7(1) u fl-Artikoli 8 u 10, jista’ jitwettaq biss jekk is-suġġett tad-data jkun, espliċitament u bla dubju, ta l-kunsens tiegħu għal dan l-ipproċessar.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-kunsens tas-suġġett tad-data ma huwiex meħtieġ fil-każijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>meta l-ipproċessar huwa neċessarju għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratt jew ta’ abbozz ta’ kuntratt li għalih huwa parti s-suġġett tad-data jew għall-adozzjoni ta’ miżuri, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, qabel il-konklużjoni ta’ kuntratt jew ta’ abbozz ta’ kuntratt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>meta l-ipproċessar huwa neċessarju għall-protezzjoni tal-ħajja, tal-integrità fiżika jew tas-saħħa tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna oħra mhedda;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>meta l-ipproċessar huwa neċessarju għall-osservanza ta’ obbligu legali tal-kontrollur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>meta l-ipproċessar huwa neċessarju għat-twettiq ta’ missjoni ta’ interess pubbliku jew ikun jirrigwarda l-eżerċizzjoni tal-prerogattivi ta’ setgħa pubblika mogħtija lill-kontrollur jew lil terz li lilu tiġi żvelata d-data;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>meta l-ipproċessar huwa neċessarju għat-twettiq ta’ interess leġittimu tal-kontrollur jew ta’ terz li lilu tiġi żvelata d-data, bil-kundizzjoni li dan l-interess ma jippreġudikax l-interessi jew id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>meta l-ipproċessar jikkonċerna data misluta minn dokumenti aċċessibbli għall-pubbliku, b’mod konformi mal-liġi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>g)</NO.P><TXT>meta l-ipproċessar jitwettaq għal finijiet esklużivament ta’ statistika, ta’ riċerka storika jew xjentifika, u meta d-data tibqa’ anonima matul l-ipproċessar kollu.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 huma bla ħsara għad-dispożizzjonijiet legali li jirregolaw l-obbligu tal-awtoritajiet pubbliċi li josservaw u li jipproteġu l-ħajja intima, tal-familja u privata.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni Nru 52/2012 tal-Autoritate Națională de Supraveghere a Prelucrării Datelor cu Caracter Personal (l-Awtorità nazzjonali ta’ sorveljanza tal-ipproċessar tad-data personali, Ir-Rumanija, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>ANSPDCP<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) dwar l-ipproċessar tad-data personali permezz tal-użu ta’ mezzi ta’ sorveljanza bil-vidjo, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-kawża prinċipali, kienet tipprevedi, fl-Artikolu 1 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Il-ġbir, ir-reġistrazzjoni, il-ħażna, l-użu, it-trażmissjoni, l-iżvelar jew kull operazzjoni oħra ta’ pproċessar tal-immaġni permezz ta’ mezzi ta’ sorveljanza bil-vidjo, li jippermettu direttament jew indirettament li jiġu identifikati persuni fiżiċi, jikkostitwixxu operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ data personali li huma koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-[Liġi Nru 677/2001].<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Is-sorveljanza bil-vidjo tista’ titwettaq prinċipalment għall-għanijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-prevenzjoni tal-ksur u l-ġlieda kontra dan il-ksur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>is-sorveljanza tat-traffiku fit-toroq u l-konstatazzjoni ta’ ksur tar-regoli tat-traffiku fit-toroq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-ħarsien u l-protezzjoni tal-persuni, tal-beni u ta’ affarijiet ta’ valur, tal-proprjetà immobbli u tal-installazzjonijiet ta’ utilità pubblika kif ukoll l-akwati tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ interess pubbliku jew l-eżerċizzju ta’ prerogattivi ta’ setgħa pubblika;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>sabiex jiġu protetti interessi leġittimi, bil-kundizzjoni li ma jiġux ippreġudikati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġetti tad-data.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 5(1) sa (3) tal-imsemmija deċiżjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Is-sorveljanza bil-vidjo tista’ titwettaq fil-postijiet u fl-ispazji miftuħa u intiżi għall-pubbliku, inkluż fit-toroq pubbliċi ta’ aċċess li jinstabu fi proprjetà pubblika jew privata, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fil-liġi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kameras ta’ sorveljanza bil-vidjo għandhom ikunu installati b’mod li jidhru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-użu ta’ mezzi moħbija ta’ sorveljanza bil-vidjo huwa pprojbit, ħlief fil-każijiet stipulati fil-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-istess deċiżjoni kien jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-ipproċessar tad-data personali permezz ta’ sistemi ta’ sorveljanza bil-vidjo titwettaq bil-kunsens espliċitu u bla dubju tas-suġġett tad-data jew fil-każijiet previsti fl-Artikolu 5(2) tal-Liġi Nru 677/2001[…].<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>TK huwa residenti f’appartament, proprjetà tiegħu, li jinsab fil-proprjetà immobbli M5A. Fuq talba ta’ ċerti koproprjetarji ta’ din il-proprjetà immobbli, l-Assoċjazzjoni tal-koproprjetarji adottat, waqt laqgħa ġenerali li nżammet fis-<DATE ISO="20160407">7 ta’ April 2016</DATE>, deċiżjoni li tapprova l-installazzjoni ta’ kameras ta’ sorveljanza bil-vidjo f’din il-proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>B’eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni, ġew installati tliet kameras ta’ sorveljanza bil-vidjo fil-partijiet komuni tal-proprjetà immobbli M5A. L-ewwel kamera kienet orjentata lejn il-faċċata tal-proprjetà immobbli, filwaqt li t-tieni u t-tielet kameras kienu installati, rispettivament, fid-daħla tal-pjan terran u fil-lift tal-proprjetà immobbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>TK oppona l-installazzjoni ta’ din is-sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo, sa fejn din tikkostitwixxi ksur tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Wara li kkonstata li, minkejja d-diversi proċeduri mnedija minnu u minkejja l-ammissjoni bil-miktub tal-Assoċjazzjoni tal-koproprjetarji li s-sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo installata hija illegali, din is-sistema kompliet tiġi mħaddma, TK ressaq azzjoni quddiem il-qorti tar-rinviju sabiex l-imsemmija assoċjazzjoni tiġi ordnata tneħħi t-tliet kameras u, b’mod definittiv, ma tibqax tħaddimhom taħt piena ta’ impożizzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Quddiem dik il-qorti, TK sostna li s-sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo inkwistjoni tikser kemm id-dritt primarju u sussidjarju tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata, kif ukoll id-dritt nazzjonali li jitratta d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata. Barra minn dan huwa indika li l-Assoċjazzjoni tal-koproprjetarji kienet assumiet il-funzjoni ta’ kontrollur tad-data personali mingħajr ma segwiet il-proċedura ta’ reġistrazzjoni prevista għal dan il-għan mill-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Assoċjazzjoni tal-koproprjetarji indikat li d-deċiżjoni li tiġi installata sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo kienet ittieħdet sabiex jiġu kemm jista’ jkun ikkontrollati d-dħul u l-ħruġ fil-proprjetà immobbli, minħabba l-fatt li l-lift kien ġie vvandalizzat diversi drabi u li diversi appartamenti kif ukoll il-partijiet komuni kienu s-suġġett ta’ dħul mingħajr permess u ta’ serq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Hija speċifikat ukoll li miżuri oħra li hija kienet preċedentement adottat, jiġifieri l-installazzjoni ta’ sistema ta’ dħul fil-proprjetà immobbli bl-intercom u bil-kard manjetika ma kinux waqqfu t-twettiq ripetut ta’ ksur tal-istess natura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Assoċjazzjoni tal-koproprjetarji barra minn hekk bagħtet lil TK il-minuti li hija kienet fasslet flimkien mal-kumpannija li kienet installat il-kameras tas-sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo, fejn kien indikat li fil-<DATE ISO="20161021">21 ta’ Ottubru 2016</DATE>, il-hard disk tas-sistema kienet ġiet ifformatjata u ma kinitx għada mqabbda, li s-sistema ma kinitx għadha taħdem u li l-immaġni rreġistrati kienu ġew imħassra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Hija kkomunikatlu wkoll minuti oħra tat-<DATE ISO="20170518">18 ta’ Mejju 2017</DATE> li minnhom jirriżulta li t-tliet kameras ta’ sorveljanza bil-vidjo kienu ġew żarmati. Dawn il-minuti jispeċifikaw li l-Assoċjazzjoni tal-koproprjetarji kienet, fil-frattemp, wettqet il-proċedura li tippermettilha tiġi rreġistrata bħala kontrollur ta’ data personali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu TK osserva quddiem il-qorti tar-rinviju li t-tliet kameras ta’ sorveljanza bil-vidjo kienu għadhom hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tosserva li l-Artikolu 5 tal-Liġi Nru 677/2001 jipprevedi, b’mod ġenerali, li l-ipproċessar ta’ data personali, bħar-reġistrazzjoni ta’ immaġni permezz ta’ sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo, tista’ titwettaq biss jekk is-suġġett tad-data jagħti l-kunsens espliċitu u bla dubju tiegħu. L-Artikolu 5(2) tal-istess liġi madankollu jipprevedi sensiela ta’ eċċezzjonjiet għal din ir-regola, li fosthom hemm dik li tgħid li l-ipproċessar ta’ data personali huwa neċessarju għall-protezzjoni tal-ħajja, tal-integrità fiżika jew tas-saħħa tas-suġġett tad-data jew ta’ persuna oħra mhedda. Id-Deċiżjoni Nru 52/2012 tal-ANSPDCP tipprevedi eċċezzjoni tal-istess natura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju wara dan tagħmel riferiment, b’mod partikolari, għall-Artikolu 52(1) tal-Karta li jissanċixxi l-prinċipju li jgħid li għandu jkun hemm relazzjoni ta’ proporzjonalità bejn l-għan imfittex mil-limitazzjonijiet għad-drittijiet u għal-libertajiet taċ-ċittadini u l-mezzi użati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, skont dik il-qorti, ma jidhirx li s-sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo inkwistjoni quddiemha kienet intużat b’mod li ma kienx jaqbel mal-għan iddikjarat mill-Assoċjazzjoni tal-koproprjetarji, jiġifieri dak li tiġi protetta l-ħajja, l-integrità fiżika u s-saħħa tas-suġġetti tad-data, jiġifieri l-koproprjetarji tal-proprjetà immobbli li fiha ġiet installata din is-sistema.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunalul Bucureşti (il-Qorti tal-Muniċipalità ta’ Bukarest, Ir-Rumanija) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikoli 8 u 52 tal-[Karta] u l-Artikolu 7(f) tad-Direttiva [95/46] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-Artikolu 5(2) tal-[Liġi Nru 677/2001] u l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 52/2012 tal-[ANSPDCP], li tipprevedi l-possibbiltà li tintuża s-sorveljanza bil-vidjo sabiex jiġu ggarantiti s-sigurtà u l-protezzjoni tal-persuni, tal-beni u ta’ affarijiet ta’ valur u sabiex jiġu protetti interessi leġittimi, mingħajr il-kunsens tas-suġġett tad-data?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikoli 8 u 52 tal-[Karta] għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-limitazzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet minħabba s-sorveljanza bil-vidjo tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità, tissodsifa r-rekwiżit ta’ dak li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>ikun meħtieġ<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u tissodisfa għan ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>interess ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> f’sitwazzjoni fejn l-operatur ikun jista’ jadotta miżuri oħra sabiex jipproteġi l-interess leġittimu inkwistjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(f) tad-Direttiva [95/46] għandu jiġi interpretat fis-sens li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>interess leġittimu<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> tal-kontrollur għandu jkun stabbilit, eżistenti u effettiv fil-mument tal-ipproċessar?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva [95/46] għandu jiġi interpretat fis-sens li pproċessar (is-sorveljanza bil-vidjo) ikun eċċessiv jew inadegwat meta l-operatur ikun jista’ jadotta miżuri oħra għall-protezzjoni tal-interess leġittimu inkwistjoni?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat, fl-ewwel lok, li, għalkemm il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment, permezz tar-raba’ domanda tagħha, għall-Artikolu 6(1)(e) tad-Direttiva 95/46, hija ma tipprovdi ebda spjegazzjoni dwar ir-rilevanza ta’ din id-dispożizzjoni sabiex tinstab soluzzjoni tat-tilwima inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-imsemmija dispożizzjoni tirrigwarda biss ir-rekwiżiti li għandhom ikunu osservati għaż-żamma ta’ data personali. Issa, ma hemm xejn fil-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja li jippermetti li jiġi meqjus li l-kawża prinċipali tirrigwarda dan l-aspett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra sa fejn, permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-installazzjoni ta’ sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo, bħal dik inkwistjoni quddiemha, hijiex proporzjonali għall-għanijiet imfittxija, għandu jiġi osservat li l-kwistjoni ta’ jekk id-data personali miġbura minn din is-sistema tissodisfax ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità hija relatata mal-interpretazzjoni tal-Artikolu 6(1)(ċ) tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, id-dispożizzjoni msemmija l-aħħar għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-verifika tat-tieni kundizzjoni għall-applikazzjoni prevista fl-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46, li jgħid li l-ipproċessar tad-data personali għandu jkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>meħtieġ<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> għat-twettiq tal-interess leġittimu mfittex.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, permezz tal-ewwel u tat-tieni domandi tagħha, il-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment għall-Artikoli 8 u 52 tal-Karta, ikkunsidrati separatement jew flimkien mal-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46. Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà speċifikat li l-evalwazzjoni tal-kundizzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni, dwar l-eżistenza ta’ drittijiet u ta’ libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data permezz tal-protezzjoni tad-data li jieħdu preċedenza fuq l-interess leġittimu mfittex mill-kontrollur tad-data jew mit-terz jew mit-terzi li lihom tiġi kkomunikata d-data, teħtieġ li d-drittijiet u l-interessi opposti inkwistjoni jiġu mwieżna skont iċ-ċirkustanzi konkreti tal-każ partikolari inkwistjoni, fil-kuntest ta’ dan it-tweżin għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-importanza tad-drittijiet tas-suġġett<?PAGE NO="8"?> tad-data li jirriżultaw mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Asociación Nacional de Establecimientos Financieros de Crédito,</NAME.CASE> <NO.CASE>C-468/10 u C‑469/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:777">EU:C:2011:777</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Minn dan isegwi li dawn l-Artikoli 8 u 52 ma għandhomx, f’dan il-każ, jiġu applikati b’mod iżolat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, għandu jitqies li, permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 6(1)(ċ) u l-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li jawtorizzaw l-installazzjoni ta’ sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo, bħas-sistema inkwistjoni fil-kawża prinċipali, installata fil-partijiet komuni ta’ proprjetà immobbli użata għall-abitazzjoni, sabiex jintlaħqu interessi leġittimi li jikkonsistu f’li jiġu żgurati l-ħarsien u l-protezzjoni tal-persuni u tal-beni, mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li s-sorveljanza mwettqa permezz ta’ reġistrazzjoni vidjo ta’ persuni, maħżuna f’apparat ta’ reġistrazzjoni kontinwa, jiġifieri f’hard disk, tikkostitwixxi, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 95/46, ipproċessar ta’ data personali b’mezzi awtomatiċi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ryneš</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑212/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2428">EU:C:2014:2428</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo permezz ta’ kamera għandha tiġi kklassifikata bħala pproċessar ta’ data personali b’mezzi awtomatiċi, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, meta l-apparat installat jippermetti r-reġistrazzjoni u l-ħażna ta’ data personali bħal ma huma immaġni li jippermettu l-identifikazzjoni tal-persuni fiżiċi. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk is-sistema inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandhiex tali karatteristiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kull ipproċessar ta’ data personali għandu, minn naħa, ikun konformi mal-prinċipji dwar il-kwalità tad-data stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 95/46, u, min-naħa l-oħra, jissodisfa wieħed mill-prinċipji dwar in-natura leġittima tal-ipproċessar ta’ data elenkati fl-Artikolu 7 tal-imsemmija direttiva (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140513">13 ta’ Mejju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Google Spain u Google</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-131/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:317">EU:C:2014:317</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46 jistabbilixxi lista eżawrjenti u limitattiva ta’ każijiet li fihom l-ipproċessar ta’ data personali jista’ jitqies skont il-liġi. L-Istati Membri la jistgħu jżidu prinċipji ġodda relatati mal-leġittimazzjoni tal-ipproċessar ta’ data personali mal-imsemmi artikolu u lanqas ma jistgħu jipprevedu rekwiżiti addizzjonali li jimmodifikaw il-portata ta’ wieħed mis-sitt prinċipji previsti f’dan l-artikolu (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161019">19 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Breyer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-582/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:779">EU:C:2016:779</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, sabiex ipproċessar ta’ data personali jkun jista’ jitqies li huwa skont il-liġi, dan għandu jkun kopert minn wieħed mis-sitt każijiet previsti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Id-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju jirrigwardaw b’mod partikolari l-prinċipju dwar il-leġittimazzjoni tal-ipproċessar ta’ data previst fl-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46, dispożizzjoni li ġiet trasposta fl-ordinament ġuridiku Rumen bl-Artikolu 5(2)(e) tal-Liġi Nru 677/2001, li għaliha jagħmel ukoll riferiment l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Nru 52/2012 tal-ANSPDCP f’dak li jirrigwarda speċifikament l-ipproċessar ta’ data personali bl-użu ta’ mezzi ta’ sorveljanza bil-vidjo.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46 jipprevedi tliet kundizzjonijiet kumulattivi sabiex ipproċessar ta’ data personali jkun skont il-liġi, jiġifieri, l-ewwel nett, it-tfittxija ta’ interess leġittimu mill-kontrollur jew mit-terz jew terzi li lilhom tiġi kkomunikata d-data, it-tieni nett, il-ħtieġa tal-ipproċessar tad-data personali għall-finijiet tal-interess leġittimu mfittex u, it-tielet nett, il-kundizzjoni li d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data ma jiħdux il-preċedenza fuq l-interess leġittimu mfittex (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rīgas satiksme</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-13/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:336">EU:C:2017:336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat li l-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46 ma jeħtieġx il-kunsens tas-suġġett tad-data. Madankollu tali kunsens huwa previst, inkwantu kundizzjoni li għaliha huwa suġġett l-ipproċessar tad-data personali, biss fl-Artikolu 7(a) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-għan li l-kontrollur tad-data jrid, essenzjalment, jilħaq meta jistabbilixxi sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri l-protezzjoni tal-beni, tas-saħħa u tal-ħajja tal-koproprjetarji ta’ proprjetà immobbli, jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>interess leġittimu<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens tal-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46. Għlhekk, jidher li l-ewwel kundizzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni hija, bħala prinċipju, issodisfatta (ara, b’analoġija, s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141211">11 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Ryneš</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-212/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2428">EU:C:2014:2428</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju madankollu tistaqsi jekk l-ewwel waħda mill-kundizzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu 7(f) għandhiex tiġi interpretata fis-sens li l-interess imfittex mill-kontrollur inkwistjoni għandux, minn naħa, ikun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>stabbilit<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u, min-naħa l-oħra, ikun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>eżistenti u effettiv fil-mument tal-ipproċessar<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, bħalma osservaw il-Gvernijiet tar-Rumanija, tar-Repubblika Ċeka, tal-Irlanda, tal-Awstrija, tal-Portugall kif ukoll il-Kummissjoni, peress li, b’mod konformi mal-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46, il-kontrollur ta’ data personali jew it-terz li lilu tiġi kkomunikata d-data għandu jkollhom interess leġittimu li jiġġustifika dan l-ipproċessar, dan l-interess għandu jkun eżistenti u effettiv fid-data tal-ipproċessar u ma jkunx ta’ natura ipotetika fl-imsemmija data. Madankollu ma għandux ikun neċessarjament rikjest, fil-kuntest tal-evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ inkwistjoni, li preċedentement ikun ġie kkawżat preġudizzju għas-sigurtà tal-beni u tal-persuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jidher li l-kundizzjoni dwar l-eżistenza ta’ interess eżistenti u effettiv hija ssodisfatta, peress li l-qorti tar-rinviju tosserva li qabel l-installazzjoni tas-sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo kien hemm serq, dħul bla permess u atti ta’ vandaliżmu, u dan minkejja l-installazzjoni, fid-dħul tal-proprjetà immobbli, ta’ sistema ta’ sigurta li tikkonsisti f’intercom u f’kard manjetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni kundizzjoni imposta mill-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46, dwar in-neċessità li jintuża pproċessar ta’ data personali sabiex jintlaħaq l-interess leġittimu mfittex, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret li d-derogi u r-restrizzjonijiet għall-prinċipju ta’ protezzjoni tad-data personali għandhom joperaw fil-limiti ta’ dak li huwa strettament meħtieġ (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rīgas satiksme</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-13/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:336">EU:C:2017:336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Din il-kundizzjoni timponi fuq il-qorti tar-rinviju l-obbligu li tivverifika li l-interess leġittimu tal-ipproċessar tad-data li jrid jintlaħaq bis-sorveljanza bil-vidjo inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jikkonsisti, essenzjalment, f’li tiġi żgurata s-sigurtà tal-beni u tal-persuni u sabiex ikun hemm prevenzjoni ta’ ksur, ma jistax raġonevolment jintlaħaq b’mod daqstant effikaċi permezz ta’ mezzi oħra li huma inqas limitattivi għal-libertajiet u għad-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data, b’mod partikolari għad-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali ggarantiti mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hekk kif sostniet il-Kummissjoni, il-kundizzjoni relatata man-neċessità tal-ipproċessar għandha tiġi eżaminata flimkien mal-prinċipju msejjaħ ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>minimizzazzjoni tad-data<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> sanċit fl-Artikolu 6(1)(ċ) tad-Direttiva 95/46, li jgħid li d-data personali għandha tkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>adekwat, rilevanti u mhux eċċessiv għall-finijiet li għalih jinġab u/jew jiġi iktar ipproċessat<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li r-rekwiżiti marbuta mal-proporzjonalità tal-ipproċessar ta’ data inkwistjoni fil-kawża prinċipali donnhom ittieħdu inkunsiderazzjoni. Huwa effettivament paċifiku li għall-ewwel kienu ttieħdu miżuri alternattivi li<?PAGE NO="10"?> jikkonsistu f’sistema ta’ sigurtà, installata fid-daħla tal-proprjetà immobbli, komposta minn interkom u kard manjetika, iżda li dawn il-miżuri kienu insuffiċjenti. Barra minn hekk, is-sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo inkwistjoni hija limitata biss għall-partijiet komuni tal-koproprjetà u għall-entrati tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, il-proporzjonalità tal-ipproċessar tad-data permezz ta’ sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo għandha tiġi evalwata b’teħid inkunsiderazzjoni tal-modalitajiet konkreti tal-installazzjoni u ta’ funzjonament ta’ din is-sistema, li għandhom jillimitaw l-effett tagħha fuq id-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data filwaqt li fl-istess ħin jiggarantixxu l-effikaċja tas-sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għalhekk, hekk kif sostniet il-Kummissjoni, il-kundizzjoni relatata man-neċessità tal-ipproċessar timplika li l-kontrollur għandu jeżamina, per eżempju, jekk huwiex suffiċjenti li s-sorveljanza bil-vidjo taħdem biss bil-lejl jew barra mill-ħinijiet tax-xogħol normali u timblokka jew iċċajpar l-immaġni meħuda fiż-żoni fejn is-sorveljanza ma hijiex neċessarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tat-tielet kundizzjoni imposta mill-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46, dwar l-eżistenza ta’ drittijiet u ta’ libertajiet fundamentali tas-suġġett tad-data għall-protezzjoni tad-data li jieħdu l-preċedenza fuq l-interess leġittimu mfittex mill-kontrollur tad-data jew mit-terz jew terzi li lihom tiġi kkomunikata d-data, għandu jitfakkar, kif diġà ġie indikat fil-punt 32 ta’ din is-sentenza, li l-evalwazzjoni ta’ din il-kundizzjoni teħtieġ li d-drittijiet u l-interessi opposti inkwistjoni jiġu mwieżna skont iċ-ċirkustanzi konkreti tal-każ partikolari inkwistjoni, u fil-kuntest ta’ dan it-tweżin għandha tittieħed inkunsiderazzjoni l-importanza tad-drittijiet tas-suġġett tad-data li jirriżultaw mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46 jipprekludi li Stat Membru jeskludi b’mod kategoriku u ġġeneralizzat il-possibbiltà li ċerti kategoriji ta’ data personali jiġu pproċessati, mingħajr ma jippermetti tweżin tad-drittijiet u tal-interessi opposti inkwistjoni f’każ partikolari. Għaldaqstant, Stat Membru ma jistax jippreskrivi, għal dawn il-kategoriji, b’mod definittiv, ir-riżultat tat-tweżin tad-drittijiet u tal-interessi opposti, mingħajr ma jippermetti riżultat differenti minħabba ċirkustanzi partikolari ta’ każ konkret (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161019">19 ta’ Ottubru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Breyer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-582/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:779">EU:C:2016:779</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li, għall-finijiet tat-twettiq ta’ dan it-tweżin, huwa possibbli li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-gravità tal-preġudizzju għad-drittijiet fundamentali tas-suġġett tad-data tista’ tvarja skont il-possibbiltà tal-aċċess għad-data inkwistjoni f’sorsi aċċessibbli għall-pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170504">4 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rīgas satiksme</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-13/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:336">EU:C:2017:336</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>B’differenza mill-ipproċessar tad-data li tidher fis-sorsi aċċessibbli għall-pubbliku, l-ipproċessar tad-data li tidher fis-sorsi li ma humiex aċċessibbli għall-pubbliku, jimplika neċessarjament li xi informazzjoni dwar il-ħajja privata tas-suġġett tad-data hija issa magħrufa mill-kontrollur u, jekk ikun il-każ, mit-terz jew mit-terzi li lilhom tiġi kkomunikata din id-data. Dan il-preġudizzju iktar serju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni u jitwieżen mal-interess leġittimu mfittex mill-kontrollur jew mit-terz jew terzi li lilhom tiġi kkomunikata d-data (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Asociación Nacional de Establecimientos Financieros de Crédito</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-468/10 u C-469/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:777">EU:C:2011:777</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Il-kriterju dwar il-gravità tal-preġudizzju għad-drittijiet u għal-libertajiet tas-suġġett tad-data jikkostitwixxi element essenzjali tal-eżerċizzju ta’ tweżin jew ta’ bbilanċjar każ b’każ, meħtieġ mill-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, għandha tittieħed b’mod partikolari inkunsiderazzjoni n-natura tad-data personali inkwistjoni, b’mod partikolari n-natura eventwalment sensittiva ta’ din id-data, kif ukoll in-natura u l-modalitajiet konkreti tal-ipproċessar tad-data inkwistjoni, b’mod partikolari n-numru ta’ persuni li għandhom aċċess għal din id-data u dawn il-modalitajiet ta’ aċċess għall-imsemmija data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Għall finijiet ta’ dan it-tweżin huma wkoll rilevanti l-aspettattivi raġonevoli tas-suġġett tad-data li d-data personali tiegħu ma tiġix ipproċessata meta, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, din il-persuna ma tistax raġonevolment tistenna pproċessar ulterjuri ta’ din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, dawn l-elementi għandhom jiġu bbilanċjati mal-importanza, għall-koproprjetarji kollha tal-proprjetà immobbli kkonċernata, tal-interess leġittimu li jrid jintlaħaq f’dan il-każ mis-sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo inkwistjoni, sa fejn dan huwa essenzjalment intiż sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-beni, tas-saħħa u tal-ħajja tal-imsemmija koproprjetarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula għandha tkun li l-Artikolu 6(1)(ċ) u l-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li jawtorizzaw l-installazzjoni ta’ sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo, bħas-sistema inkwistjoni fil-kawża prinċipali installata fil-partijiet komuni ta’ proprjetà immobbli użata għall-abitazzjoni, sabiex jintlaħqu interessi leġittimi li jikkonsistu f’li jiġu żgurati l-ħarsien u l-protezzjoni tal-persuni u tal-beni, mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-data, jekk l-ipproċessar ta’ data personali mwettaq permezz tas-sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo inkwistjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet imposti fl-imsemmi Artikolu 7(f), fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 6(1)(ċ) u l-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="19951024">24 ta’ Ottubru 1995</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li jawtorizzaw l-installazzjoni ta’ sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo, bħas-sistema inkwistjoni fil-kawża prinċipali installata fil-partijiet komuni ta’ proprjetà immobbli użata għall-abitazzjoni, sabiex jintlaħqu interessi leġittimi li jikkonsistu f’li jiġu żgurati l-ħarsien u l-protezzjoni tal-persuni u tal-beni, mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-data, jekk l-ipproċessar ta’ data personali mwettaq permezz tas-sistema ta’ sorveljanza bil-vidjo inkwistjoni jissodisfa l-kundizzjonijiet imposti fl-imsemmi Artikolu 7(f), fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>