<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-117/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0117</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:129">EU:C:2018:129</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20180228">28.2.2018</DATE> – Kawża C‑117/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Comune di Castelbellino</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20180228">28 ta’ Frar 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/92/UE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(2) u (3) u Annessi I sa III</KEYWORD><KEYWORD>Evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ xogħlijiet f’impjant għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn bijogass mingħajr eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent</KEYWORD><KEYWORD>Annullament</KEYWORD><KEYWORD>Regolarizzazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a posteriori</HT> tal-awtorizzazzjoni abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġodda tad-dritt nazzjonali mingħajr eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑117/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Le Marche, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20170113">13 ta’ Jannar 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20170306">6 ta’ Marzu 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Comune di Castelbellino</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Regione Marche,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministero per i beni e le attività culturali,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Regione Marche Servizio Infrastrutture Trasporti Energia</HT> - P. F. <HT TYPE="BOLD">Rete Elettrica Regionale</HT>,</P><P><HT TYPE="BOLD">Provincia di Ancona,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Società Agricola 4 C S.S.,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn C. G. Fernlund, President tal-Awla, J.-C. Bonichot (Relatur) u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Comune di Castelbellino, minn A. Lucchetti, avvocato,</P></ITEM><ITEM><P>għar-Regione Marche, minn P. De Bellis, avvocato,</P></ITEM><ITEM><P>għas-Società Agricola 4 C S.S., minn M. Misiti, avvocato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Palatiello, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn G. Gattinara u C. Zadra, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="026" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 26, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Comune di Castelbellino (il-Komun ta’ Castelbellino, l-Italja) u r-Regione Marche (ir-Reġjun ta’ Le Marche, l-Italja), il-Ministero per i beni e le attività culturali (il-Ministeru għall-Oġġetti u għall-Attivitajiet Kulturali, l-Italja), il-Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare (il-Ministeru għall-Ambjent u għall-Protezzjoni tat-Territorju u tal-Baħar, l-Italja), ir-Regione Marche Servizio Infrastrutture Trasporti Energia – P. F. Rete Elettrica Regionale u il-Provincia di Ancona (il-Provinċja ta’ Ancona, l-Italja) dwar id-deċiżjoni li permezz tagħha r-reġjun ta’ Le Marche qies li ma kienx hemm lok li tiġi eżaminata n-neċessità li l-proġett ta’ Società Agricola 4 C S. S. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>4 C<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), intiż għal żieda fil-qawwa ta’ impjant għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn bijogass, jiġi suġġett għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>EEA<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/92 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li, qabel ma jingħata l-kunsens, il-proġetti li x’aktarx ikun sejjer ikollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent bis-saħħa, fost ħwejjeġ oħra, tan-natura, id-daqs u l-lokalizzazzjoni tagħhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit li jkun hemm kunsens għall-iżvilupp u stima rigward l-effetti tagħhom. Dawk il-proġetti huma ddefiniti fl-Artikolu 4.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(2) u (3) ta’ din id-direttiva jispeċifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Bla ħsara għall-Artikolu 2(4), għall-proġetti mniżżla fil-lista fl-Anness II, Stati Membri għandhom jistabbilixxu jekk il-proġett għandux jiġi soġġett għal stima b’mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni permezz ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>eżami każ b’każ,</TXT><?PAGE NO="3"?><P>jew</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>livelli jew kriterji stabbiliti mill-Istat Membru.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jiddeċidu li japplikaw iż-żewġ proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta jitwettaq eżami każ b’każ jew jiġu stabbiliti l-livelli jew il-kriterji għall-għan tal-paragrafu 2, għandhom jitqiesu l-kriterji tal-għażla rilevanti stabbiliti fl-Anness III.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Anness I tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Proġetti Msemmija fl-Artikolu 4(1)<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, tal-imsemmija direttiva jipprevedi, fil-punt 2(a) tiegħu, li jiffurmaw parti minn dawn il-proġetti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>[p]ower stations termali u stallazzjonijiet oħra ta’ kombustjoni bi ħruġ ta’ sħana ta’ 300 [megawatt (MW)] jew iktar<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Anness II tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Proġetti Msemmija fl-Artikolu 4(2)<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, min-naħa tiegħu jipprevedi, fil-punt 3 tiegħu, li, fost dawn il-proġetti hemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>[s]tallazzjonijiet industrijali għall-produzzjoni tal-elettriku, il-fwar u l-misħun (proġetti mhux inklużi fl-Anness I)<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Anness III tad-Direttiva 2011/92, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Il-kriterji tal-Għażla Msemmija fl-Artikolu 4(3)<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Karatteristiċi tal-Proġetti</P><P>Il-karatteristiċi tal-proġetti għandhom jiġu kkunsidrati billi jitqiesu, b’mod partikolari:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>id-daqs tal-proġett;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-kumulazzjoni ma’ proġetti oħra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-użu tar-riżorsi naturali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-produzzjoni tal-iskart;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>it-tniġġis u l-irritazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>ir-riskju ta’ inċidenti, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari s-sustanzi u t-teknoloġiji użati.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Lokazzjoni tal-Proġetti</P><P>Trid tiġi kkunsidrata s-sensittività ambjentali ta’ żoni ġeografiċi li x’aktarx jiġu affettwati mill-proġetti, filwaqt li jitqiesu b’mod partikolari:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-użu eżistenti tal-art;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-abbundanza relattiva, il-kwalità u l-ħila tar-riġenerazzjoni tar-riżorsi naturali fiż-żona;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-kapaċità ta’ assorbiment tal-ambjent naturali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lil żoni li ġejjin::</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>l-artijiet mistgħadra;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>iż-żoni kostali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>il-firxiet ta’ art muntanjuża u miksija bil-foresti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iv)</NO.P><TXT>ir-riservi naturali u ġonna kbar;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><NP><NO.P>v)</NO.P><TXT>iż-żoni kklassifikati jew protetti skont il-leġislazzjoni tal-Istati Membri; żoni ta’ protezzjoni speċjali ddisinjati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi [<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="020" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 20, p. 7</REF.DOC.OJ>),] u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa [(<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="206" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="1992">ĠU 1992, L 206, p. 7</REF.DOC.OJ>)];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>vi)</NO.P><TXT>iż-żoni li fihom il-livelli stabbiliti ta’ kwalità ambjentali preskritti mil-liġijiet tal-Unjoni jkunu diġà ġew maqbuża;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>vii)</NO.P><TXT>iż-żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>viii)</NO.P><TXT>il-pajsaġġi ta’ sinifikat storiku, kulturali jew arkeoloġiku.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Karatteristiċi tal-Impatt Potenzjali</P><P>L-effetti sinifikanti potenzjali tal-proġetti għandhom jiġu kkunsidrati f’relazzjoni mal-kriterji stabbiliti fil-punti 1 u 2, u billi jitqiesu b’mod partikolari:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-firxa tal-impatt (iż-żona ġeografika u d-daqs tal-popolazzjoni affettwata);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>in-natura transkonfinali tal-impatt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-kobor u l-kumplessità tal-impatt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>il-probabbilità tal-impatt;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>it-tul taż-żmien, il-frekwenza u r-riversibbilità tal-impatt.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>4 C topera impjant għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn bijogass fil-Komun ta’ Castelbellino, fir-Reġjun ta’ Le Marche (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>impjant inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), li d-dħul fis-servizz tiegħu ġie awtorizzat minn dan il-komun abbażi tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-pajsaġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120620">20 ta’ Ġunju 2012</DATE>, ir-Reġjun ta’ Le Marche awtorizza lil 4 C tibda x-xogħlijiet neċessarji sabiex iżżid il-qawwa tal-impjant inkwistjoni minn 249 kilowatts (kW) għal 999 kW.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Abbażi tal-legge Regione Marche n. 3 (il-Liġi Reġjonali ta’ Le Marche Nru 3), tas-<DATE ISO="20120326">26 ta’ Marzu 2012</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Liġi Nru 3/2012<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), din l-awtorizzazzjoni ngħatat mingħajr l-issuġġettar tal-proġett għal EEA u saħansitra mingħajr l-eżami minn qabel tan-neċessità ta’ tali evalwazzjoni, peress li l-qawwa nominali tal-impjant inkwistjoni kienet inqas mil-limitu ta’ 1 MW previst minn din il-liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Komun ta’ Castelbellino ressaq quddiem il-qorti tar-rinviju, it-Tribunale amministrativo regionale per le Marche (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Le Marche, l-Italja), talba għall-annullament ta’ din l-awtorizzazzjoni, billi invoka l-ksur tad-Direttiva 2011/92.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130222">22 ta’ Frar 2013</DATE>, l-imsemmija qorti ċaħdet t-talba għal miżuri provviżorji tal-Komun ta’ Castelbellino għas-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tagħha Nru 93/2013, tat-<DATE ISO="20130522">22 ta’ Mejju 2013</DATE>, il-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Italja) iddikjarat li l-Liġi Nru 3/2012 tmur parzjalment kontra l-kostituzzjoni minħabba li ma hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, għar-raġuni li din il-liġi ma kinitx timponi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-kriterji kollha previsti fl-Anness III tad-Direttiva 2011/92 għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-proġetti suġġetti għal EEA, konformement mal-Artikolu 4(3) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, 4 C ressqet quddiem ir-Reġjun ta’ Le Marche talba intiża sabiex jiġi żgurat li l-impjant inkwistjoni huwa konformi mar-rekwiżiti previsti fid-Direttiva 2011/92.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 3/2012 li preċedentement kienu jippermettu li r-reġjuni jiddeċiedu l-limiti differenzjati ta’ eżenzjoni mill-EEA, u li fuqhom kienu bbażaw ruħhom l-awtoritajiet reġjonali biex jadottaw id-deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120620">20 ta’ Ġunju 2012</DATE>, ġew imħassra wara s-sentenza Nru 93/2013 tal-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali), tat-<DATE ISO="20130522">22 ta’ Mejju 2013</DATE>. Ġew adottati dispożizzjonijiet ġodda li ddefinixxew, fuq il-livell nazzjonali, il-kundizzjonijiet li jippermettu li l-proġetti ta’ interess ġenerali jiġu eżentati minn EEA. Il-livell sabiex l-impjanti bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jiġu suġġetti għal evalwazzjoni ġie miżjud għal 50 MW minflok 1 MW, u dan il-limitu jista’, taħt ċerti kundizzjonijiet, jitnaqqas b’50 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li, b’applikazzjoni ta’ din is-sistema ġuridika l-ġdida, ir-Reġjun ta’ Le Marche, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20150603">3 ta’ Ġunju 2015</DATE>, minn naħa, qies li l-impjant inkwistjoni kien eżentat mill-eżami preliminari tan-neċessità ta’ EEA u, min-naħa l-oħra, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>ikkonferma<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> l-awtorizzazzjoni mogħtija preċedentement, tal-<DATE ISO="20120620">20 ta’ Ġunju 2012</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Madankollu, permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20150619">19 ta’ Ġunju 2015</DATE>, il-qorti tar-rinviju, it-Tribunale amministrativo regionale per le Marche (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Le Marche) annullat l-awtorizzazzjoni mogħtija fl-<DATE ISO="20120620">20 ta’ Ġunju 2012</DATE> mir-Reġjun ta’ Le Marche, minħabba li din kienet ġiet adottata abbażi ta’ liġijiet li ġew sussegwentement iddikjarati mhux kostituzzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>4 C ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni quddiem il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Komun ta’ Castelbellino, min-naħa tiegħu, ressaq talba għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Reġjun ta’ Le Marche tat-<DATE ISO="20150603">3 ta’ Ġunju 2015</DATE> quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li t-Tribunale amministrativo regionale per le Marche (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Le Marche) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri u li jagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>1)</NO.P><TXT>[Id-dritt tal-Unjoni] (b’mod partikolari d-Direttiva [2011/92], fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-datata tal-adozzjoni tal-miżuri [inkwistjoni fil-kawża prinċipali]) jipprekludi, bħala prinċipju, liġi nazzjonali jew prassi amministrattiva nazzjonali li tippermetti li jiġu sottoposti għal verifika tas-suġġettibbiltà għal [EEA], jew li jiġu ssuġġettati għal [EEA], proġetti marbuta ma’ impjanti li jkunu diġà tlestew fil-mument li titwettaq il-verifika, jew, għall-kuntrarju, [id-dritt tal-Unjoni] jippermetti li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw li ssir deroga mill-prinċipju ġenerali li [l-EEA] hija, min-natura tagħha, evalwazzjoni preventiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, tali deroga tkun iġġustifikata f’każ li liġi ġdida tkun teżonora minn [EEA], proġett partikolari li kellu jiġi ssuġġettat għal [verifika tan-neċessità ta’ suġġettibbiltà għal EEA] skont deċiżjoni tal-qorti nazzjonali li ddikjarat antikostituzzjonali u/jew inapplikabbli regola li kienet fis-seħħ qabel u li kienet tipprovdi għall-eżenzjoni?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-kawża prinċipali tirrigwarda proġett għal żieda fil-qawwa ta’ impjant eżistenti għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika li jaħdem bil-bijogass, li fir-rigward tiegħu l-awtoritajiet reġjonali kienu ddeċidew li ma hemmx lok li jitwettaq eżami preliminari tan-neċessità ta’ EEA, b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ awtorità reġjonali li sussegwentement ġiet iddikjarata mhux kostituzzjonali minħabba li din ma kinitx timponi<?PAGE NO="6"?> t-teħid inkunsiderazzjoni tal-kriterji kollha rilevanti, previsti fl-Anness III tad-Direttiva 2011/92, għall-finijiet tal-identifikazzjoni tal-proġetti suġġetti għal EEA, konformement mal-Artikolu 4(3) tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta wkoll li, wara t-talba ta’ 4 C, tas-<DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, imsemmija fil-punt 14 ta’ din is-sentenza, intiża sabiex terġa’ tiġi eżaminata n-neċessità li titwettaq EEA, peress li x-xogħlijiet inkwistjoni kienu twettqu, l-awtoritajiet reġjonali kompetenti qiesu, abbażi tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi l-ġodda, li ma kienx hemm lok li tali evalwazzjoni titwettaq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz taż-żewġ domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju għalhekk tistaqsi, essenzjalment, jekk, meta proġett għal żieda fil-qawwa ta’ impjant għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma ġiex suġġett għal eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq EEA b’applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li sussegwentement ġew iddikjarati inkompatibbli fuq dan il-punt mad-Direttiva 2011/92, id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li dan l-impjant ikun, wara r-realizzazzjoni ta’ dan il-proġett, is-suġġett ta’ proċedura ġdida ta’ eżami mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-verifika tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva u, eventwalment, ta’ EEA. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll jekk dawn l-awtoritajiet jistgħux iqisu, abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fis-seħħ fid-data ta’ meta huma jintalbu jiddeċiedu, li tali EEA ma hijiex meħtieġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/92 jeżiġi li l-proġetti li jista’ jkollhom effetti sinjifikattivi fuq l-ambjent, fis-sens tal-Artikolu 4 tagħha, moqri flimkien mal-Anness I jew II ta’ din l-istess direttiva, ikunu suġġetti għal din l-evalwazzjoni qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040107">7 ta’ Jannar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Wells</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑201/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:12">EU:C:2004:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Corridonia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑196/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:589">EU:C:2017:589</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Hekk kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, il-fatt li tali evalwazzjoni għandha ssir minn qabel huwa ġġustifikat mill-ħtieġa li, fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni, l-awtorità kompetenti tieħu inkunsiderazzjoni kemm jista’ jkun kmieni l-effetti fuq l-ambjent tal-proċessi tekniċi ta’ ppjanar u ta’ teħid ta’ deċiżjoni kollha sabiex jiġi evitat, sa mill-bidu nett, il-ħolqien ta’ tniġġis jew ta’ inkonvenjenzi iktar milli sabiex sussegwentement jiġu miġġielda l-effetti tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080703">3 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Irlanda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑215/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:380">EU:C:2008:380</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Corridonia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑196/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:589">EU:C:2017:589</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/92 jispeċifika li, bla ħsara għall-Artikolu 2(4) ta’ din id-direttiva, il-proġetti elenkati fl-Anness I tagħha huma suġġetti għal evalwazzjoni, konformement mal-Artikoli 5 sa 10 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għall-proġetti elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 2011/92, l-Artikolu 4(2) tagħha jipprevedi li l-Istati Membri jiddeterminaw jekk il-proġett għandux jiġi suġġett għal EEA abbażi ta’ eżami każ b’każ jew abbażi tal-livelli jew tal-kriterji stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2011/92, ikompli jipprevedi li, fil-kuntest tal-eżami każ b’każ jew tal-istabbiliment tal-livelli jew tal-kriterji b’applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta’ dan l-istess artikolu, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kriterji ta’ għażla rilevanti previsti fl-Anness III ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, id-Direttiva 2011/92 ma tispeċifikax x’għandhom ikunu l-konsegwenzi legali għal ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fil-punt 43 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Corridonia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑196/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:589">EU:C:2017:589</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, fil-każ ta’ ommissjoni ta’ EEA meħtieġa mid-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom iħassru l-konsegwenzi illegali ta’ din l-ommissjoni, u li d-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix li tali evalwazzjoni ssir bħala regolarizzazzjoni,<?PAGE NO="7"?> wara l-kostruzzjoni u t-tpoġġija fis-servizz tal-impjant ikkonċernat bil-kundizzjoni doppja li r-regoli nazzjonali li jippermettu din ir-regolarizzazzjoni ma joffrux lill-persuni kkonċernati l-possibbiltà li jevitaw ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni jew li jonqsu milli japplikawhom, u li l-evalwazzjoni magħmula bħala regolarizzazzjoni ma tirrigwardax biss l-effetti futuri ta’ dan l-impjant fuq l-ambjent, iżda tieħu inkunsiderazzjoni wkoll l-effetti ambjentali li seħħew wara r-realizzazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-punt 42 tas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Comune di Corridonia <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑196/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:589">EU:C:2017:589</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja indikat ukoll li l-fatt, l-ewwel nett, li l-kumpanniji kkonċernati fil-kawża li tat lok għal imsemmija sentenza kienu għamlu l-preparamenti meħtieġa sabiex, jekk ikun il-każ, jagħmlu EEA, it-tieni nett, li r-rifjut tal-awtoritajiet kompetenti li jilqgħu dawn it-talbiet kien ġie ġġustifikat fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li ġew iddikjarati kontra d-dritt tal-Unjoni biss sussegwentement u, it-tielet nett, li l-attività tal-impjanti inkwistjoni fil-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza kienet ġiet sospiża, kien pjuttost ta’ natura li juri li r-regolarizzazzjonijiet imwettqa fil-kuntest ta’ dik il-kawża ma kinux permessi bid-dritt nazzjonali f’kundizzjonijiet simili għal dawk inkwistjoni fil-kawża li tat lok għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080703">3 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Irlanda</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑215/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:380">EU:C:2008:380</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u ma kellhomx l-intenzjoni li jevitaw ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix, taħt dawn il-kundizzjonijiet, li proġett, meta ma jkunx ġie suġġett għal eżami preliminari tan-neċessità ta’ EEA b’applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet inkompatibbli mad-Direttiva 2011/92, ikun is-suġġett, anki wara r-realizzazzjoni tiegħu, ta’ eżami mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġi ddeterminat jekk dan għandux jew le jkun is-suġġett ta’ EEA, jekk ikun il-każ abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali ġdida, bil-kundizzjoni li din tkun kompatibbli mal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-awtoritajiet nazzjonali li jintalbu jiddeċiedu f’dan il-kuntest għandhom jieħdu wkoll inkunsiderazzjoni l-effetti fuq l-ambjent iġġenerati mill-impjant wara r-realizzazzjoni tax-xogħlijiet u xejn ma jipprekludihom milli jerġgħu jiddeċiedu, wara dan l-eżami, li ma huwiex meħtieġ li ssir EEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għalkemm hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dawn ir-rekwiżiti humiex issodisfatti fit-tilwima inkwistjoni fil-kawża prinċipali fid-dawl tal-kontenut tad-dispożizzjonijiet nazzjonali u tal-informazzjoni li hija għandha, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis madankollu li jkun utli li tatiha l-indikazzjonijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi kkonstatat li proġett ta’ impjant għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn bijogass b’qawwa nominali ta’ inqas minn 1 MW ma jaqax taħt il-punt 2(a) tal-Anness I tad-Direttiva 2011/92, li jikkonċerna l-power stations termali u impjanti oħra ta’ kombustjoni bi ħruġ ta’ sħana ta’ 300 megawatt jew iktar, iżda taħt il-punt 3(a) tal-Anness II ta’ din id-direttiva li jikkonċerna proġetti ta’ impjanti industrijali intiżi għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika mhux imsemmija fl-Anness I tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Xogħlijiet intiżi li jżidu l-qawwa ta’ impjant bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jikkostitwixxu, għalhekk, proġett li fir-rigward tiegħu l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk għandux jiġi suġġett għal EEA b’mod konformi mal-Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva 2011/92.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn dan, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, meta l-Istati Membri jkunu ddeċidew li jagħżlu l-iffissar ta’ livelli jew ta’ kriterji, b’mod konformi mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2011/92, il-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lilhom b’dan il-mod huwa limitat mill-obbligu, previst fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva, li, qabel l-għoti ta’ awtorizzazzjoni, jissuġġettaw għal studju tal-effetti l-proġetti li jista’ jkollhom effetti kunsiderevoli fuq l-ambjent, b’mod partikolari minħabba n-natura, id-daqs u l-lokalizzazzjoni tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081120">20 ta’ Novembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Irlanda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑66/06</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:637">EU:C:2008:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>B’applikazzjoni tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2011/92, l-Istati Membri huma obbligati li jieħdu inkunsiderazzjoni, għall-iffissar ta’ dawn il-livelli jew kriterji, il-kriterji ta’ għażla rilevanti msemmija fl-Anness III tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081120">20 ta’ Novembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Irlanda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑66/06</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:637">EU:C:2008:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, Stat Membru li jiffissa dawn il-livelli jew kriterji fuq tali livell li, fil-prattika, il-proġetti kollha ta’ ċertu tip ikunu minn qabel esklużi mill-evalwazzjoni jmur lil hinn mill-marġni ta’ diskrezzjoni tiegħu, ħlief jekk it-totalità tal-proġetti esklużi tista’ titqies, abbażi ta’ evalwazzjoni globali, bħala li x’aktarx ma jkollhiex effetti kunsiderevoli fuq l-ambjent (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20081120">20 ta’ Novembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Irlanda</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑66/06</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:637">EU:C:2008:637</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-fatt li dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk li fuqhom ibbaża ruħu r-Reġjun ta’ Le Marche biex jadotta d-deċiżjoni tiegħu tat-<DATE ISO="20150603">3 ta’ Ġunju 2015</DATE>, allegatament għollew il-livell ta’ ssuġġettar għal EEA ma huwiex suffiċjenti, waħdu, sabiex jiġi deċiż li dawn id-dispożizzjonijiet ma jirrispettawx id-Direttiva 2011/92.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Tali konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mad-dritt tal-Unjoni lanqas ma tista’ tiġi dedotta miċ-ċirkustanza, imsemmija mill-qorti tar-rinviju, li tgħid li, li kieku dawn l-istess dispożizzjonijiet ma ġewx adottati, il-proġett inkwistjoni fil-kawża prinċipali kien ikollu jiġi suġġett għal eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq EEA wara s-sentenza Nru 93/2013 tal-Corte costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali), tat-<DATE ISO="20130522">22 ta’ Mejju 2013</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ġie espost iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula għandha tkun li, meta proġett għal żieda fil-qawwa ta’ impjant għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma ġiex suġġett għal eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq EEA b’applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li sussegwentement ġew iddikjarati inkompatibbli fuq dan il-punt mad-Direttiva 2011/92, id-dritt tal-Unjoni jeżiġi li l-Istati Membri jneħħu l-konsegwenzi illegali ta’ dan il-ksur u ma jipprekludix li dan l-impjant ikun is-suġġett, wara r-realizzazzjoni ta’ dan il-proġett, ta’ proċedura ġdida ta’ eżami mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-verifika tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva u, eventwalment, li jiġi suġġett għal EEA, bil-kundizzjoni li r-regoli nazzjonali li jippermettu din ir-regolarizzazzjoni ma joffrux lill-persuni kkonċernati l-possibbiltà li jevitaw ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni jew li jonqsu milli japplikawhom. Hemm ukoll lok li l-effetti ambjentali li seħħew wara r-realizzazzjoni tal-proġett jittieħdu inkunsiderazzjoni. Dawn l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu, abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fid-data ta’ meta huma jintalbu jiddeċiedu, li tali EEA ma hijiex meħtieġa, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet huma kompatibbli ma din id-direttiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Meta proġett għal żieda fil-qawwa ta’ impjant għall-produzzjoni ta’ enerġija elettrika, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma ġiex suġġett għal eżami preliminari tan-neċessità li titwettaq evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent b’applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li sussegwentement ġew iddikjarati inkompatibbli fuq dan il-punt mad-Direttiva 2011/92 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20111213">13 ta’ Diċembru 2011</DATE> dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, id-dritt tal-Unjoni jeżiġi li l-Istati Membri jneħħu<?PAGE NO="9"?> l-konsegwenzi illegali ta’ dan il-ksur u ma jipprekludix li dan l-impjant ikun is-suġġett, wara r-realizzazzjoni ta’ dan il-proġett, ta’ proċedura ġdida ta’ eżami mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-verifika tal-konformità tiegħu mar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva u, eventwalment, li jiġi suġġett għal evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent, bil-kundizzjoni li r-regoli nazzjonali li jippermettu din ir-regolarizzazzjoni ma joffrux lill-persuni kkonċernati l-possibbiltà li jevitaw ir-regoli tad-dritt tal-Unjoni jew li jonqsu milli japplikawhom. Hemm ukoll lok li l-effetti ambjentali li seħħew wara r-realizzazzjoni tal-proġett jittieħdu inkunsiderazzjoni. Dawn l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu, abbażi tad-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ fid-data ta’ meta huma jintalbu jiddeċiedu, li tali evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent ma hijiex meħtieġa, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet huma kompatibbli ma din id-direttiva.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>