31998D0676



Official Journal L 317 , 26/11/1998 P. 0047 - 0048


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-17 ta’ Novembru 1998

li tirrikonoxxi fil-prinċipju il-kompletezza tal-inkartamenti sottomessi għal eżami dettaljat minħabba l-possibilita li ikun inklużi il-KIF 3535 (mepanipyrim), imazamox (aċidu 299263), DE 570 (florasulam), fluazolat (JV 485), Coniothyrium minitans u l-aċidu benzoic fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE li tikkonċerna it-tqegħid ta’ prodotti ta’ protezzjoni tal-pjanti fis-suq

(notifikat fid-dokument numru C(1998) 3514)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(98/676/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fis-suq [1], kif emendat l-aħħar permezz tad-Direttiva tal-Kummissjoni 98/47/KE [2] u partikolarment l-Artikolu 6(3) tagħha,

Billi d-Direttiva 91/414/KEE (minn hawn il-quddiem imsejħa ‘id-Direttiva’) ipprovdiet għall-iżvilupp ta’ lista tal-Komunità ta’ sustanzi attivi awtorizzati għall-inkorporazzjoni fi prodotti ta’ protezzjoni ta’ pjanti;

Billi l-applikanti issottomettew inkartamenti għal sitt sustanzi attivi lill-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri bil-ħsieb li tkun miksuba l-inklużjoni ta’ sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva;

Billi kien sottomess inkartament għas-sustanza attiva KIF 3535 (mepanipyrim) mill-Kumiai Chemical Industry Co. Ltd lill-awtoritajiet Taljani fl-24 ta’ Ottubru 1997;

Billi kien sottomess inkartament għas-sustanza attiva imazamox (AC 299263) minn Cyanamid Agro SA/NV lill-awtoritajiet Franċiżi fit-2 ta’ Diċembru 1997;

Billi kien sottomess inkartament għas-sustanza attiva DE 570 (florasulam) minn Dow Agro Sciences lill-awtoritajiet Belġjani fit-2 ta’ Frar 1998;

Billi kien sottomess inkartament għas-sustanza attiva fluazolat (JV 485) minn Twinagro Ltd lill-awtoritajiet tar-Renju Unit fid-29 ta’ Settembru 1997;

Billi kien sottomess inkartament għas-sustanza attiva Coniothyrium minitans minn Prophyta GmbH lill-awtoritajiet Ġermaniżi fl-10 ta’ Settembru 1997;

Billi kien sottomess inkartament għas-sustanza attiva aċidu benzoic minn Menno Chemie Vertriebsgesellschaft mbH lill-awtoritajiet Ġermaniżi fil-25 ta’ Mejju 1998;

Billi dawn l-awtoritajiet indikaw lill-Kummissjoni ir-riżultati ta’ l-ewwel eżamijiet tal-kompletezza tal-inkartament fejn għandhom x’jaqsmu l-ħtiġijiet dwar id-data u l-informazzjoni provduti fl-Anness II u, għal mill-anqas prodott ta’ protezzjoni tal-pjanti wieħed li fiħ is-sustanza attiva konċernata, fl-Anness III tad-Direttiva; billi sussegwentement, b’mod konformi mad-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6(2), l-inkartamenti kienu sottomessi minn l-applikant lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra;

Billi l-inkartamenti għall-KIF 3535 (mepanipyrim), imazamox (aċidu 299263), DE 570 (florasulam), fluazolat (JV 485), Coniothyrium minitans u l-aċidu benzoic kienu riferuti lill-Kumitat Permanenti fuq is-Saħħa tal-Pjanti fis-7 ta’ Lulju 1998;

Billi l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tirrikjedi li jkun konfermat fil-livell tal-Komunità li kull inkartament ikun kunsidrat li jissodisfa fil-prinċipju il-ħtiġijiet dwar data w informazzjoni provduti fl-Anness II u, għal mill-anqas prodott tal-protezzjoni tal-pjanti wieħed li fiħ is-sustanza attiva konċernata, fl-Anness III tad-Direttiva;

Billi din il-konferma hi neċessarji biex jitkompla l-eżami dettaljat tal-inkartament kif ukoll biex tkun possibbli għall-Istati Membri li jagħtu awtorizzazzjoni temporanja għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva in konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva, u partikolarment il-kundizzjoni li jsir assessjar dettaljat tas-sustanzi attivi u l-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti fejn jidħlu l-ħtiġijiet tad-Direttiva;

Billi din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax li jsiru aktar talbiet għal-data w informazzjoni minn għand l-applikant fejn ikun jidher waqt l-eżami dettaljat li din l-informazzjoni jew data tkun meħtieġa biex tittieħed Deċiżjoni;

Billi hu miftiehem li bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni li l-Italja sejra tipproċedi bl-eżami dettaljat dwar l-inkartament fuq il-KIF 3535 (mepanipyrim), li Franza sejra tieħu ħsieb l-inkartament dwar l- imazamox (aċidu 299263), li l-Belġju sejjer jieħu ħsieb l-eżami dettaljat tal-inkartament dwar id-DE 570 (florasulam), li r-Renju Unit għandu jieħu ħsieb l-eżami dettaljat tal-inkartament dwar il-fluazolat (JV 485) u li l-Ġermanja għandha tieħu ħsieb l-eżami dettaljat tal-inkartamenti għall-Coniothyrium minitans u l-aċidu benzoic;

Billi l-Italja, Franza, l-Belġju, ir-Renju Unit u l-Ġermanja sejrin jirraportaw il-konklużjonijiet ta’ l-eżamijiet tagħhom akkumpanjati minn xi rakkomandazzjonijiet fuq l-inklużjoni jew li mhix inklzjoni u xi kundizzjonijiet relatati lill-Kumissjoni kemm jista’ jkun malajr u f’mhux aktar tard minn perjodu ta’ sena; billi wara il-konsenja ta’ dan ir-rapport l-eżami dettaljat għandu jitkompla bl-esperti minn l-Istati Membri kollha fil-qafas tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti;

Billi l-miżuri li hemm provduti fid-Deċiżjoni huma b’mod konformi ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inkartamenti li ġejjin jissodisfaw fil-prinċipju il-ħtiġijiet dwar id-data u l-informazzjoni provduti fl-Anness II u, għal mill-anqas prodott tal-protezzjoni tal-pjanti wieħed li fih is-sustanza attiva konċernata, fl-Anness III tad-Direttiva, meta wieħed jikkunsidra l-użu propost:

1) L-inkartament sottomess minn Kumiai Chemical Industry Co. Ltd lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jkun inkluż il-KIF 3535 (mepanipyrim) bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kien riferut lill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fis-7 ta’ Lulju 1998;

2) L-inkartament sottomess minn Cyanamid Agro SA/NV lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jkun inkluż l-imazamox (AC 299263) bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kien riferut lill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fis-7 ta’ Lulju 1998;

3) L-inkartament sottomess minn Dow Agro Sciences lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jkun inkluż id-DE 570 (florasulam) bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kien riferut lill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fis-7 ta’ Lulju 1998;

4) L-inkartament sottomess minn Twinagro Ltd lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jkun inkluż il-fluazolat (JV 485) bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kien riferut lill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fis-7 ta’ Lulju 1998;

5) L-inkartament sottomess minn Prophyta GmbH lill-Kumissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jkun inkluż il-Coniothyrium minitans bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kien riferut lill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fis-7 ta’ Lulju 1998;

6) L-inkartament sottomess minn Menno Chemie Vertriebsgesellschaft mbH lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-ħsieb li jkun inkluż l-aċidu benzoic bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u li kien riferut lill-Kumitat Permanenti tas-Saħħa tal-Pjanti fis-7 ta’ Lulju 1998.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Novembru 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 230, tad-19.8.1991, p. 1.

[2] ĠU L 191, tas-7.7.1998, p. 50.

--------------------------------------------------