|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3740 |
17.9.2025 |
P9_TA(2024)0313
Ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri – Direttiva emendatorja
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2024 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (15396/2023 – C9-0006/2024 – 2023/0136(NLE))
(Konsultazzjoni)
(C/2025/3740)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (15396/2023), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 126(14), it-tielet subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0006/2024), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0440/2023), |
|
1. |
Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat; |
|
2. |
Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
3. |
Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu b’mod sustanzjali; |
|
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Emenda 2
EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW (*1)
għall-abbozz tal-Kunsill
---------------------------------------------------------
DIRETTIVA TAL-KUNSILL
li temenda d-Direttiva 2011/85/UE dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 126(14), it-tielet subparagrafu, tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Sabiex tiżgura l-konformità tal-Istati Membri mal-obbligi skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fil-qasam tal-politika baġitarja, u b'mod partikolari fir-rigward tal-evitar ta' defiċits eċċessivi tal-gvern, id-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE (2) stipulat regoli dettaljati dwar il-karatteristiċi tal-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri. |
|
(2) |
Filwaqt li tibni fuq l-esperjenza miksuba bl-unjoni ekonomika u monetarja minn meta daħlet fis-seħħ id-Direttiva 2011/85/UE, huwa meħtieġ li jiġu emendati r-rekwiżiti tagħha rigward ir-regoli u l-proċeduri li jiffurmaw l-oqfsa baġitarji tal-Istati Membri. |
|
(3) |
Fl-2019, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat rapport li jeżamina r-rekwiżiti tal-Unjoni dwar l-oqfsa baġitarji nazzjonali u li jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex tirrieżamina dawk ir-rekwiżiti, filwaqt li jitqiesu l-istandards internazzjonali u l-aħjar prattika. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri pproponiet azzjonijiet speċifiċi biex ittejjeb l-ambitu u l-effettività tal-oqfsa baġitarji nazzjonali, partikolarment fir-rigward tal-oqfsa baġitarji ta' terminu medju u l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti (3). |
|
(4) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Frar 2020 (4) indikat progress sostanzjali iżda mhux uniformi fl-iżvilupp ta' oqfsa baġitarji nazzjonali meta wieħed iqis li d-dritt tal-Unjoni jistabbilixxi biss rekwiżiti minimi u li l-implimentazzjoni u l-konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali varjaw ħafna. Dik il-Komunikazzjoni qieset ukoll sa fejn il-qafas jappoġġa l-ħtiġijiet ekonomiċi, ambjentali u tal-politika soċjali marbutin mat-tranżizzjoni għal ekonomija Ewropea newtrali għall-klima, effiċjenti fir-riżorsi u diġitali, filwaqt li jikkomplementa r-rwol ewlieni tal-ambjent regolatorju u r-riformi strutturali. |
|
(5) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (5) talbet li jsir użu akbar ta' għodod ta' bbaġitjar ekoloġiku biex l-investiment pubbliku, il-konsum u t-tassazzjoni jiġu diretti mill-ġdid lejn prijoritajiet ekoloġiċi u lil hinn minn sussidji dannużi. Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima tistabbilixxi objettiv ta' newtralità klimatika għall-Unjoni kollha sal-2050 u tirrikjedi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u l-Istati Membri jagħmlu progress fit-tisħiħ tal-kapaċità adattiva. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li taħdem mal-Istati Membri biex tevalwa u tagħmel analiżi komparattiva tal-prattiki tal-ibbaġitjar ekoloġiku. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2021 dwar l-istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima (6) indikat ir-rilevanza makrofiskali tat-tibdil fil-klima u enfasizzat il-ħtieġa li tiżdied ir-reżiljenza tal-Unjoni għall-impatti tat-tibdil fil-klima. Is-Semestru Ewropew jipprovdi qafas addizzjonali biex jappoġġa dawn l-isforzi u l-Istrument ta' Appoġġ Tekniku joffri assistenza prattika għall-implimentazzjoni tagħhom. |
|
(6) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2022 dwar l-orjentazzjonijiet għal riforma tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE (7) enfasizzat il-ħtieġa li tissaħħaħ is-sostenibbiltà tad-dejn u li jitnaqqsu l-proporzjonijiet għoljin tad-dejn pubbliku filwaqt li jiġi promoss it-tkabbir sostenibbli u inklużiv fl-Istati Membri kollha. L-objettivi ewlenin tal-orjentazzjonijiet huma li jtejbu s-sjieda nazzjonali, jissimplifikaw il-qafas u li nimxu lejn konċentrazzjoni akbar fuq terminu medju, flimkien ma' infurzar aktar qawwi u koerenti. |
|
(7) |
Sabiex tissaħħaħ il-konformità mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE, u biex jiġi evitat b'mod partikolari li jkun hemm defiċit eċċessiv tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 126 TFUE, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi tal-Istati Membri biex isaħħu s-sjieda nazzjonali, f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2022 dwar l-orjentazzjonijiet għal riforma tal-qafas ta' governanza ekonomika tal-UE, lil hinn minn dawk meħtieġa bħalissa mid-Direttiva 2011/85/UE. Filwaqt li jibnu fuq l-evidenza tal-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva, jenħtieġ li l-emendi jkopru wkoll dispożizzjonijiet dwar it-trasparenza u l-istatistika, it-tbassir u l-ibbaġitjar fuq terminu medju biex jindirizzaw nuqqasijiet identifikati matul l-implimentazzjoni. |
|
(8) |
Din id-Direttiva hija parti minn pakkett flimkien mar-Regolament (UE) [XXX] (8) tal-Parlament u tal-Kunsill li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1466/97 (9) (il-parti preventiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir) u r-Regolament tal-Kunsill [XXX] (10) li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (11) (il-parti korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir). Flimkien, jistabbilixxu qafas ta' governanza ekonomika riformat tal-Unjoni li jinkorpora fid-dritt tal-Unjoni s-sustanza tat-Titolu III “Patt Fiskali” tat-Trattat intergovernattiv dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TSKG) fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja (12), f'konformità mal-Artikolu 16 tiegħu. Billi jibni fuq l-esperjenza bl-implimentazzjoni tat-TSKG mill-Istati Membri, il-pakkett iżomm l-orjentazzjoni fuq terminu medju tal-Patt Fiskali bħala għodda biex jinkisbu d-dixxiplina baġitarja u l-promozzjoni tat-tkabbir. Il-pakkett jinkludi dimensjoni msaħħa speċifika għall-pajjiż bil-għan li ssaħħaħ is-sjieda nazzjonali, fost l-oħrajn billi tippreżerva r-rwol għal istituzzjonijiet fiskali indipendenti, li jibbaża fuq il-prinċipji komuni tal-Patt Fiskali proposti mill-Kummissjoni (13) f'konformità mal-Artikolu 3(2) tat-TSKG. L-analiżi tan-nefqa netta mill-miżuri ta' dħul diskrezzjonali għall-valutazzjoni ġenerali tal-konformità meħtieġa mill-Patt Fiskali hija stipulata fir-Regolament [XXX] li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1466/97. Bħal fil-Patt Fiskali, devjazzjonijiet temporanji mill-pjan fuq terminu medju huma permessi biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali fir-Regolament [XXX] li jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1466/97. Bl-istess mod, f'każ ta' devjazzjonijiet sinifikanti mill-pjan ta' terminu medju, jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri sabiex jiġu kkoreġuti d-devjazzjonijiet fuq perjodu ta' żmien definit. Il-pakkett isaħħaħ is-sorveljanza fiskali u l-proċeduri ta' infurzar biex jitħares l-impenn li jiġu promossi finanzi pubbliċi sodi u sostenibbli u tkabbir sostenibbli u inklużiv. Għalhekk, ir-riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika żżomm l-objettivi fundamentali tad-dixxiplina baġitarja u s-sostenibbiltà tad-dejn stipulati fit-TSKG. |
|
(9) |
Prattiċi tal-kontabbiltà pubblika sħaħ u affidabbli għas-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika huma prekondizzjoni għall-produzzjoni ta' statistika ta' kwalità għolja li tkun komparabbli fl-Istati Membri kollha. Id-disponibbiltà u l-kwalità tal-istatistika bbażata fuq is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali (ESA) huma kruċjali biex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tal-qafas ta' sorveljanza fiskali tal-Unjoni. L-ESA 2010 tibbaża fuq informazzjoni pprovduta fuq bażi tad-dovuti. Għalhekk ikun ideali li jittejjeb il-ġbir tad-data tad-dovuti u informazzjoni meħtieġa biex tiġi ġġenerata statistika bbażata fuq id-dovuti b'mod li jkun komprensiv u konsistenti fis-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika. |
|
(10) |
Id-disponibbiltà ta' data ta' frekwenza għolja tista' tiżvela xejriet li jiġġustifikaw sorveljanza aktar mill-qrib u ttejjeb il-kwalità tat-tbassir baġitarju. L-Istati Membri u l-Kummissjoni (Eurostat) jenħtieġ li jippubblikaw data trimestrali dwar id-defiċit u d-dejn bl-applikazzjoni tad-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2 tal-Protokoll (Nru 12) dwar il-proċedura ta' defiċit eċċessiv anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-TFUE. Il-pubblikazzjoni ta' data baġitarja bi frekwenza ogħla li tkun imfassla għad-definizzjonijiet baġitarji nazzjonali jenħtieġ li tiġi ddeterminata abbażi tar-rekwiżiti nazzjonali ta' trasparenza u l-ħtiġijiet tal-utenti, biex tittejjeb is-sjieda nazzjonali. |
|
(11) |
tbassir makroekonomiku u baġitarju preġudikati u mhux realistiċi għal-leġiżlazzjonijiet baġitarji annwali u pluriennali jistgħu jfixklu konsiderevolment l-effettività tal-ippjanar fiskali u konsegwentement ixekklu l-impenn favur id-dixxiplina baġitarja. Biex itejbu s-suppożizzjonijiet tal-linja bażi, jenħtieġ li l-Istati Membri jqabblu t-tbassir makroekonomiku u baġitarju tagħhom ma' dak l-aktar aġġornat tal-Kummissjoni u, jekk xieraq, dak ta' korpi indipendenti oħra. |
|
(12) |
It-tbassir makroekonomiku u baġitarju għall-ippjanar fiskali annwali u pluriennali għall-amministrazzjoni pubblika għandu jkun soġġett għal evalwazzjonijiet ex post regolari, oġġettivi u komprensivi mwettqa minn korp indipendenti jew korpi oħra b'awtonomija funzjonali vis-à-vis l-awtoritajiet fiskali tal-Istati Membri differenti minn dak li jipproduċi t-tbassir sabiex tittejjeb il-kwalità tagħhom. Dawk l-evalwazzjonijiet jenħtieġ li jinkludu skrutinju tas-suppożizzjonijiet ekonomiċi, tqabbil mat-tbassir imħejji minn istituzzjonijiet oħrajn, u evalwazzjoni tal-prestazzjoni tat-tbassir fil-passat. |
|
(13) |
Korpi indipendenti inkarigati mill-monitoraġġ tal-finanzi pubbliċi fl-Istati Membri huma element effettiv fil-bini ta' oqfsa baġitarji. Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) jirrikjedi li l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro jkollhom istituzzjonijiet fiskali indipendenti inkarigati mill-approvazzjoni jew il-produzzjoni ta' tbassir makroekonomiku u jistabbilixxi salvagwardji speċifiċi fir-rigward tal-indipendenza u l-kapaċità teknika tagħhom. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti skont ir-Regolament (UE) Nru 473/2013, il-kompitu tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti li jipproduċu, jivvalutaw jew japprovaw previżjonijiet makroekonomiċi, f'konformità mal-Artikolu 8(4), jenħtieġ li jqis il-proċeduri u l-prattiki nazzjonali stabbiliti fl-Istati Membri, fosthom dawk li jikkonċernaw f'liema mument jitwettaq ix-xogħol. |
|
(14) |
Sabiex tinkiseb responsabbiltà msaħħa fil-politika fiskali, l-istituzzjonijiet fiskali indipendenti jenħtieġ li jkollhom livell għoli ta' indipendenza operazzjonali, ir-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom u aċċess estensiv u f'waqtu għall-informazzjoni meħtieġa. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu aktar minn istituzzjoni fiskali indipendenti waħda u kull waħda minnhom tista' twaqqaf kompitu wieħed jew aktar stabbiliti f'din id-Direttiva, sakemm ikun hemm allokazzjoni ċara ta' responsabbiltà u ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni bejniethom. Jenħtieġ li tiġi evitata frammentazzjoni istituzzjonali eċċessiva tal-kompiti ta' monitoraġġ. Fit-tfassil ta' dawk il-korpi ta' monitoraġġ għandhom jitqiesu s-sitwazzjoni istituzzjonali eżistenti u l-istruttura amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat. |
|
(15) |
Sabiex jittejjeb l-ippjanar baġitarju, għandha tingħata attenzjoni xierqa, sa fejn possibbli, lir-riskji makrofiskali mit-tibdil fil-klima, fosthom l-impatti ambjentali u distributtivi tiegħu. Il-fehim tal-modi potenzjali li bihom xokkijiet relatati mal-klima jaffettwaw il-finanzi pubbliċi huwa kruċjali għall-istrateġiji nazzjonali sabiex jiġu limitati u ġestiti riskji fiskali li ġejjin mit-tibdil fil-klima u minn diżastri relatati. |
|
(16) |
Għalkemm l-approvazzjoni tal-leġiżlazzjoni baġitarja annwali hija pass ewlieni fil-proċess baġitarju għar-responsabbiltà demokratika, perspettiva ta' sena waħda għall-ippjanar baġitarju tipprovdi bażi limitata għal politiki fiskali sodi, peress li l-biċċa l-kbira tal-miżuri għandhom implikazzjonijiet li jmorru ferm lil hinn miċ-ċiklu baġitarju annwali. Bħala tali, ippjanar fiskali effettiv fuq terminu medju jsaħħaħ il-kredibbiltà tal-politika fiskali filwaqt li jqis is-sostenibbiltà tad-dejn. Dan jenħtieġ li jibbaża fuq definizzjoni ċara u konsistenti tal-objettivi baġitarji nazzjonali fuq terminu medju għall-amministrazzjoni pubblika, li huma ppreżentati fi pjanijiet nazzjonali ta' terminu medju. Sabiex tissaħħaħ perspettiva baġitarja pluriennali, l-ippjanar tal-leġiżlazzjoni baġitarja annwali jenħtieġ li jkun konsistenti mal-objettivi baġitarji nazzjonali fuq terminu medju msemmija fl-Artikolu 2, il-punt (e). |
|
(17) |
Biex ikunu effettivi fil-promozzjoni tad-dixxiplina baġitarja u tas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, l-oqfsa baġitarji jenħtieġ li jkopru l-finanzi pubbliċi b'mod komprensiv. Għal dik ir-raġuni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-operazzjonijiet ta' dawk il-korpi u fondi tal-amministrazzjoni pubblika li ma jiffurmawx parti mill-baġits regolari iżda huma parti mill-amministrazzjoni pubblika, fosthom is-sottosetturi, u li għandhom impatt immedjat jew fuq terminu medju fuq il-pożizzjonijiet baġitarji tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ukoll valuri li jikkorrispondu għall-impatt ikkombinat fuq il-bilanċi u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta' dawk il-korpi u fondi. Jenħtieġ li tiġi ppubblikata informazzjoni dettaljata dwar l-impatt tal-infiq tat-taxxa fuq id-dħul. ▌ |
|
(19) |
L-għodod tal-ibbaġitjar ekoloġiku jistgħu jgħinu biex id-dħul u n-nefqa pubbliċi jiġu diretti mill-ġdid lejn prijoritajiet ekoloġiċi. F'dak ir-rigward, rappurtar regolari ta' informazzjoni rilevanti jtejjeb id-deliberazzjonijiet tal-baġit. L-Istati Membri jistgħu jippubblikaw l-informazzjoni dwar kif l-elementi rilevanti tal-baġits tagħhom jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-impenji nazzjonali u internazzjonali klimatiċi u ambjentali u l-metodoloġija użata. L-Istati Membri jenħtieġ li jippubblikaw id-data u l-informazzjoni deskrittiva separatament għall-entrati tan-nefqa, tan-nefqa tat-taxxa u tad-dħul. L-Istati Membri jistgħu jippubblikaw informazzjoni dwar l-impatt distribuzzjonali tal-politiki baġitarji u jqisu l-aspetti tal-impjiegi, soċjali u distributtivi fl-iżvilupp tal-ibbaġitjar ekoloġiku (15). |
|
(20) |
Jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa lill-eżistenza ta' obbligazzjonijiet kontinġenti. Aktar speċifikament, obbligazzjonijiet kontinġenti jkopru obbligazzjonijiet possibbli li jiddependu fuq l-okkorrenza ta' avveniment futur inċert, jew obbligazzjonijiet preżenti fejn x'aktarx il-ħlas ma jsirx jew l-ammont tal-ħlas probabbli ma jistax jitkejjel b'mod affidabbli. Jinkludu, pereżempju, garanziji tal-gvern, self improduttiv, obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-operat ta' korporazzjonijiet pubbliċi, u, sa fejn possibbli, obbligazzjonijiet kontinġenti relatati mad-diżastri u l-klima. |
|
(21) |
Diżastri naturali u avvenimenti estremi tat-temp affettwaw lill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u t-tibdil fil-klima huwa mistenni li jamplifika l-frekwenza u l-intensità ta' dawn l-avvenimenti. Il-gvernijiet jinvestu f'miżuri ta' adattament għat-tibdil fil-klima u jieħdu passi biex ikopru l-ispejjeż tad-diżastri għal assistenza ta' emerġenza, irkupru u rikostruzzjoni u biex jaġixxu bħala assiguratur tal-aħħar istanza f'xi każijiet. Meta jitqiesu l-isfidi eżistenti u futuri għas-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-obbligi u r-riskji tal-gvern għall-finanzi tal-gvern li jirriżultaw minn diżastri naturali u xokkijiet relatati mal-klima, ibda mill-ġbir u l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar l-ispiża fiskali ta' avvenimenti passati sa fejn possibbli. |
|
(21a) |
Ir-rappurtar dwar riskji makrofiskali mit-tibdil fil-klima, obbligazzjonijiet kontinġenti relatati mal-klima u spejjeż fiskali tad-diżastri qed jitjieb iżda għadu fi stadju inizjali, fejn metodoloġiji u indikaturi għal tali rappurtar għadhom qed jiġu żviluppati. L-adattament għal dan ir-rappurtar ser jirrikjedi sforzi konsiderevoli mill-amministrazzjonijiet pubbliċi. Il-kunsiderazzjoni ta' dawn l-isfidi, u sa fejn possibbli, rappurtar f'dawn l-oqsma jenħtieġ li jitwettaq u jevolvi b'mod parallel ma' tali avvanzi metodoloġiċi. |
|
(22) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli timmonitorja regolarment l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/85/UE. Jenħtieġ li jiġu identifikati u maqsuma l-aħjar prattiki dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva. |
|
(23) |
Għaldaqstant jenħtieġ li d-Direttiva 2011/85/UE tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Id-Direttiva 2011/85/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. Fir-rigward tas-sistemi nazzjonali tal-kontabbiltà pubblika, l-Istati Membri għandu jkollhom stabbiliti sistemi ta' kontabbiltà pubblika li komprensivament u konsistentement ikopru s-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika u jkollhom fihom l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi ġġenerata data bbażata fuq id-dovuti bl-għan li titħejja data bbażata fuq is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali. Dawn is-sistemi ta' kontabbiltà pubblika mill-amministrazzjoni pubblika għandhom ikunu soġġetti għal kontroll intern u awditjar indipendenti. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw disponibbiltà pubblika f'waqtha u regolari tad-data fiskali għas-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika kif stipulat mir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3). B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw għall-gvern ċentrali, il-gvern statali, il-gvern lokali u l-fondi tas-sigurtà soċjali, id-dejn trimestrali u, sakemm ma jkollhomx fis-seħħ sistemi integrati, komprensivi u armonizzati fuq livell nazzjonali ta' kontabbiltà finanzjarja bbażata fuq id-dovuti, id-data dwar id-defiċit separatament, qabel tmiem it-trimestru ta' wara jew wara l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti mill-Kummissjoni (Eurostat). 3. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tippubblika d-data trimestrali tal-istatistika finanzjarja tal-gvern f'konformità mat-tabelli 25, 27 u 28 tal-Anness B tar-Regolament (UE) Nru 549/2013, kull tliet xhur. |
|
(3) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi r-regoli fiskali numeriċi speċifiċi tiegħu biex jippromwovi b'mod effettiv il-konformità mal-obbligi tiegħu li jirriżultaw mit-TFUE fil-qasam tal-politika baġitarja fuq perjodu pluriennali għall-amministrazzjoni pubblika kollu kemm hi. Dawn ir-regoli għandhom jippromwovu b'mod partikolari:
(*4) Ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [daħħal id-data] [daħħal it-titlu sħiħ] (ĠU L..).” " |
|
(5) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 7 Il-leġiżlazzjoni tal-baġit annwali tal-Istati Membri għandha tkun konsistenti mar-regoli fiskali numeriċi speċifiċi għall-pajjiż fis-seħħ.” |
|
(7) |
Fil-Kapitolu V, it-titlu huwa sostitwit bi “ISTITUZZJONIJIET FISKALI INDIPENDENTI” |
|
(8) |
L-Artikolu 8 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 8 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjonijiet fiskali indipendenti, bħal korpi strutturalment indipendenti jew korpi b'awtonomija funzjonali fir-rigward tal-awtoritajiet baġitarji tal-Istati Membri, jiġu stabbiliti minn liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi vinkolanti nazzjonali. 1a. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu aktar minn istituzzjoni fiskali indipendenti waħda. 2. L-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu magħmulin minn membri nominati u maħtura abbażi tal-esperjenza u l-kompetenza tagħhom fil-finanzi pubbliċi, fil-makroekonomija jew fil-ġestjoni baġitarja, u permezz ta' proċeduri trasparenti. 3. L-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1:
4. Mingħajr preġudizzju għall-kompiti u l-funzjonijiet attribwiti skont ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, l-Istati Membri kollha għandhom jiżguraw li l-kompiti li ġejjin jitwettqu minn waħda mill-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1:
5. L-istituzzjonijiet għandhom joħorġu valutazzjonijiet fil-kuntest tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 4 (a), (d), (e) u (f) mingħajr preġudizzju għall-kompiti u l-funzjonijiet attribwiti skont ir-Regolament (UE) Nru 473/2013. L-Istati Membri għandhom jikkonformaw ma' dawn il-valutazzjonijiet, jew inkella jispjegaw għaliex mhumiex qed isegwuhom. L-ispjegazzjoni għandha tkun pubblika u tiġi ppreżentata xahrejn mill-ħruġ ta' tali valutazzjonijiet. (*5) Ir-Regolament (UE) tal-Kunsill ta' [daħħal id-data] [daħħal it-titlu sħiħ] (ĠU L..).” " |
|
(9) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
L-Artikoli 10 u 11 huma sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 10 Il-leġiżlazzjoni baġitarja annwali għandha tkun konsistenti mal-objettivi baġitarji nazzjonali fuq terminu medju kif imsemmi fl-Artikolu 2, il-punt (e). Kwalunkwe devjazzjoni għandha tiġi spjegata kif xieraq."; Artikolu 11 Din id-Direttiva bl-ebda mod ma għandha timpedixxi gvern ġdid ta' Stat Membru milli jaġġorna l-pjan baġitarju tiegħu ta' terminu medju biex jirrifletti l-prijoritajiet politiċi ġodda tiegħu. F'dan il-każ, il-gvern il-ġdid għandu jindika d-differenzi mill-pjan baġitarju preċedenti u ta' terminu medju l-ġdid.” |
|
(11) |
fil-Kapitolu VI, it-titlu huwa sostitwit b'dan li ġej: “TRASPARENZA FIL-FINANZI TAL-AMMINISTRAZZJONI PUBBLIKA” |
|
(12) |
L-Artikolu 12 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 12 L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe miżura meħuda f'konformità mal-Kapitoli II, III u IV tkun konsistenti fis-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika u tkopri b'mod komprensiv dawn is-sottosetturi. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom, b'mod partikolari, jirrikjedu regoli u proċeduri konsistenti tal-kontabbiltà mill-amministrazzjoni pubblika, u l-integrità tas-sistemi tal-ġbir u tal-ipproċessar tad-data sottostanti tagħhom.” |
|
(13) |
L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 14 1. Fil-qafas tal-proċessi baġitarji annwali u multiannwali, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar korpi u fondi li ma jagħmlux parti mill-baġits regolari iżda huma parti mill-amministrazzjoni pubblika, inkluż sottosetturi tal-amministrazzjoni pubblika. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ukoll valuri li jikkorrispondu għall-impatt ikkombinat fuq il-bilanċi u d-dejn tal-amministrazzjoni pubblika ta' dawk il-korpi u fondi. 2. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni dettaljata dwar l-impatt li l-infiq fuq it-taxxa jkollu fuq id-dħul. 3. Għas-sottosetturi kollha tal-amministrazzjoni pubblika, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni rilevanti dwar obbligazzjonijiet kontinġenti b'impatti potenzjalment kbar fuq il-budgets pubbliċi, inkluż garanziji tal-gvern, self improduttiv, u obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-operat ta' korporazzjonijiet pubbliċi, inkluż id-daqs tagħhom. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw ukoll, sa fejn possibbli, informazzjoni dwar obbligazzjonijiet kontinġenti relatati mad-diżastri u mal-klima. L-informazzjoni ppubblikata għandha, sa fejn possibbli, tqis l-informazzjoni dwar l-ispejjeż fiskali mġarrba minħabba diżastri u xokkijiet relatati mal-klima. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tal-amministrazzjoni pubblika fil-kapital ta' korporazzjonijiet pubbliċi u privati fir-rigward ta' ammonti ekonomikament sinifikanti.” |
|
(14) |
L-Artikolu 15 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 15 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2025. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. Il-Kunsill iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, għalihom u fl-interessi tal-Unjoni, ifasslu t-tabelli ta' korrelazzjoni proprji li, kemm jista' jkun, ser juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta' traspożizzjoni u jagħmluhom disponibbli għall-pubbliku. 2. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza. 3. Il-Kummissjoni għandha tipprepara rapport interim ta' progress dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ewlenin ta' din id-Direttiva abbażi tal-informazzjoni rilevanti mill-Istati Membri, li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2025. 4. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.” |
|
(15) |
L-Artikolu 16 jitħassar. |
|
(16) |
L-Artikolu 16a jiżdied kif ġej: “Artikolu 16a 1. Sal-31 ta' Diċembru 2025 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-istat attwali ta':
2. Sal-31 ta' Diċembru 2030, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tippubblika eżami tal-effettività ta' din id-Direttiva.” |
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kunsill
Il-President
(*1) Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌
(1) ĠU C 290, 18.8.2023, p. 17.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41).
(3) Ir-rapport speċjali tal-2019 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar “Ir-rekwiżiti tal-UE għall-oqfsa baġitarji nazzjonali: jeħtieġ li jissaħħu aktar u jeħtieġ li l-applikazzjoni tagħhom tiġi mmonitorjata aħjar”.
(4) Il-Komunikazzjoni COM(2020)0055 tal-5 ta' Frar 2020 mill-Kummissjoni “Rieżami tal-governanza ekonomika, Rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1173/2011, 1174/2011, 1175/2011, 1176/2011, 1177/2011, 472/2013 u 473/2013 dwar l-idoneità tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE”.
(5) Il-Komunikazzjoni COM(2019)0640 tal-Kummissjoni “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew”.
(6) Il-Komunikazzjoni COM(2021)0082 tal-Kummissjoni “Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima - L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima”.
(7) Il-Komunikazzjoni COM(2022)0583 tal-Kummissjoni “dwar l-orjentazzjonijiet għal riforma tal-qafas tal-governanza ekonomika tal-UE”.
(8) Ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' [daħħal id-data] [daħħal it-titlu sħiħ] (ĠU L..).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) tal-Kunsill ta' [daħħal id-data] [daħħal it-titlu sħiħ] (ĠU L..).
(11) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).
(12) It-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja tat-2 ta' Marzu 2012.
(13) Il-Komunikazzjoni COM(2012)0342 tal-20 ta' Ġunju 2012 tal-Kummissjoni “Prinċipji komuni dwar mekkaniżmi nazzjonali ta' korrezzjoni fiskali”.
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11).
(15) Il-Komunikazzjoni COM(2022)0494 tat-28 ta' Settembru 2022 tal-Kummissjoni “Valutazzjoni aħjar tal-impatt distributtiv tal-politiki tal-Istati Membri” u l-Artikolu 6(3), il-punt (d), tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3740/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)