Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU III - Moviment liberu tal-persuni servizzi u kapital . - Kapitolu 4 - Il-Kapital u l-pagament - Artikolu 57
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0064 - 0064
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0056 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0199 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0025 - Consolidated version
Artikolu 57 [2] 1. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 73b ma jippreġudikawx l-applikazzjoni għall-pajjiżi terzi ta' xi restrizzjonijiet li jkunu jeżistu fil- 31 ta’ Diċembru 1993 skond il-liġi nazzjonali jew il-liġi komunitarja dwar il-moviment tal-kapital lejn jew minn pajjiżi terzi li jinvolvi investiment dirett - inkluż ukoll investiment f’beni immobbli - l-istabbiliment, il-provvediment ta’ servizzi finanzjarji jew id-dħul ta’ titoli fi swieq kapitali. Rigward ir-restrizzjonijiet li jeżistu fil-liġi nazzjonali ta' l-Estonja u ta' l-Ungerija, id-data relevanti għandha tkun il- 31 ta' Diċembru 1999. 2. Filwaqt li jaħdem biex jikseb il-mira ta’ moviment liberu tal-kapital bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, sa fejn huwa l-aktar possibbli u mingħajr ħsara għall-Kapitoli l-oħra ta’ dan it-Trattat, il-Kunsill jista’, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jadotta miżuri dwar il-moviment ta’ kapital lejn u minn pajjiżi terzi li jinvolvi investiment dirett - li jinkludi investiment f’beni immobbli - l-istabbiliment, il-provvediment ta’ servizzi finanzjarji jew id-dħul ta’ titoli fi swieq kapitali. L-unanimità għandha tkun meħtieġa għal miżuri taħt dan il-paragrafu li jikkostitwixxu pass lura fil-liġi komunitarja fir-rigward tal-liberalizzazzjoni tal-moviment ta’ kapital lejn jew minn pajjiżi terzi. [2] Artikolu emendat bl-Att ta' Adeżjoni 2003. Ara l-Appendiċi fl-aħħar ta' dan il-ktejjeb. --------------------------------------------------