Official Journal L 020 , 27/01/1995 P. 0002 - 0002
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta’ Jannar 1995 dwar il-pożizzjoni komuni, definita fuq il-bażi ta’ l-Artikolu J.2 tat-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, u dwar l-estensjoni tas-sospensjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq il-kummerċ mar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (Serbja u Montenegro) (95/11/CFSP) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat fuq l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu J.2 miġjub fih, Wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 943 (1994) u 970 (1995) adottati fit-23 ta’ Settembru 1994 u fit-12 ta’ Jannar 1995 rispettivament mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 Skond ir-Riżoluzzjonijiet 943 (1994) u 970 (1995) adottati fit-23 ta’ Settembru 1994 u fit-12 ta’ Jannar 1995 rispettivament mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, is-sospensjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq il-kummerċ mar-Repubblika Federali tal-Jugoslavja (Serbja u Montenegro) għandha tiġi estiża. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tkun pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali. Magħmul fi Brussell, fit-23 ta’ Jannar 1995. Għall-Kunsill Il-President A. Juppé --------------------------------------------------