<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑476/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0476</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:814">EU:C:2015:814</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET MENGOZZI – KAWŻA C‑476/14</P><P>CITROËN COMMERCE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Mengozzi</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20151216">16 ta’ Diċembru 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑476/14</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Citroën Commerce GmbH</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Zentralvereinigung des Kraftfahrzeuggewerbes zur Aufrechterhaltung lauteren Wettbewerbs eV (ZLW)</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (qorti federali tal-ġustizzja, il-Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-konsumaturi</KEYWORD><KEYWORD>Avviż ta’ reklamar b’indikazzjoni tal-prezz</KEYWORD><KEYWORD>Indikazzjoni separata tal‑ispejjeż ta’ trasferiment</KEYWORD><KEYWORD>Kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>offerta<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/> u ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>prezz inklużi t‑taxxi<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Obbligu tad-dritt nazzjonali li jinkludi, fil-prezz indikat f’reklam, l-ispejjeż supplimentari mandatorji marbuta mat-trasport tal‑karozza</KEYWORD><KEYWORD>Kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Prattika kummerċjali żleali</KEYWORD><KEYWORD>Stedina għax-xiri</KEYWORD><KEYWORD>Tagħrif importanti dwar il-prezz</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-dritt tal-Unjoni fih dispożizzjonijiet speċifiċi, fil-kuntest ta’ pubblikazzjoni u ta’ indikazzjoni tal-prezz, li reklam għal karozza li jsemmi b’mod separat il-prezz tal-prodott, minn naħa waħda, u l-ammont ta’ spejjeż mandatorji ta’ trasferiment mill-manifattur lix-xerrej, min‑naħa l‑oħra, għandu jkun sistematikament ipprojbit? Din hija l-kwistjoni f’dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 98/6/KE</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Mill-premessa 1 tad-Direttiva 98/6/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="19980216">16 ta’ Frar 1998</DATE>, dwar il‑protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 32.</P></NOTE> jirriżulta li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>l-ħidma trasparenti tas-suq u l‑informazzjoni korretta hija ta’ benefiċċju għall-protezzjoni tal‑konsumatur u kompetizzjoni f’saħħitha bejn l-intrapriżi u l-prodotti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Il-premessa 2 tad-Direttiva 98/6 tfakkar li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>l-konsumaturi għandhom ikunu garantiti minn livell għoli ta’ protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-premessa 6 tad-Direttiva 98/6 tistipula li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>l-obbligu li jkun indikat il-prezz tal-bejgħ u l-prezz ta’ prodott wieħed jikkontribwixxi sostanzjalment sabiex titjieb l-informazzjoni tal-konsumatur, peress li dan huwa l-eħfef mod li jgħin lill-konsumaturi sabiex jevalwaw u jikkomparaw il-prezz ta’ prodotti fl-aħjar manjiera u b’hekk jagħmlu għażliet informati abbażi ta’ paraguni sempliċi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-premessa 7 tad-Direttiva 98/6 tkompli billi tindika <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>għal dan il‑għan, għandu jkun hemm obbligu ġenerali li jkunu indikati sew il‑prezz tal-bejgħ u sew il-prezz ta’ prodott wieħed għall-prodotti kollha<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Mill-premessa 12 jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>r-regoli fil-livell tal-Komunità jistgħu jiżguraw informazzjoni ta’ l-istess xorta u trasparenti li tibbenefika lill-konsumaturi kollha fil-kuntest tas-suq intern<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/6 jistipula li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>[l]-għan ta’ din id‑Direttiva huwa li jistipula indikazzjoni tal-prezz tal-bejgħ u l-prezz għal kull unità ta’ kejl ta’ prodotti offruti mill-negozjanti lill‑konsumaturi sabiex titjieb l-informazzjoni lill-konsumatur u tiffaċilita l-paragun tal-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/6 jiddefinixxi l-prezz tal-bejgħ bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>il-prezz finali għal unità tal-prodott, jew kwantità mogħtija tal‑prodott, li jinkludi [t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)] u t-taxxi l-oħra kollha<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 98/6 jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>[k]ull riklam li jsemmi l-prezz tal-bejgħ ta’ prodotti li saret riferenza għalihom fl‑Artikolu 1 għandhom jindikaw il-prezz ta’ unità soġġett għall‑Artikolu 5<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 98/6 jistipula, b’mod partikolari li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>[i]l-prezz tal-bejgħ u l-prezz ta’ unità m’għandhomx ikunu ambigwi, għandhom ikunu identifikabbli faċilment u jinqraw b’mod ċar<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/6 jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[l]-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw l-obbligu li jindikaw il-prezz ta’ unità ta’ prodotti li għalihom din l-indikazzjoni ma tkunx bżonnjuża minħabba n-natura jew l-għan tal-prodott jew li jkunu jistgħu joħolqu konfużjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2005/29/KE</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Mill-premessi 3 u 4 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2005">ĠU L 149, p. 22</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>il-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali juru differenzi ċari li jiġġeneraw distorzjonijiet sinifikattivi ta’ kompetizzjoni u xkiel għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. […] Dawn id-disparitajiet jikkawżaw nuqqas ta’ ċertezza dwar liema regoli nazzjonali japplikaw għal prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal‑konsumaturi u joħolqu ħafna ostakli li jolqtu lill-kummerċ u lill‑konsumaturi. […] Dawn l-ostakli joħolqu wkoll inċertezzi għall‑konsumaturi dwar id-drittijiet tagħhom u jnaqqsulhom il-fiduċja fis-suq intern<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-premessa 6 tad-Direttiva 2005/29 tispjega li d-Direttiva għandha l-għan li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>[…] tapprossima l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali, inkluż ir-reklamar żleali, li jagħmel ħsara b’mod dirett lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi u b’hekk jagħmel ħsara b’mod indirett lill-interessi ekonomiċi tal-kompetituri leġittimi. Konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, din id-Direttiva tħares lill-konsumaturi mill-konsegwenzi ta’ prattiċi kummerċjali żleali bħal dawn fejn ikunu sostanzjali iżda tagħraf li f’ċerti każijiet l-impatt fuq il‑konsumatur jista’ jkun negliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Il-premessa 10 tad-Direttiva 2005/29 tistipula li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>[h]u meħtieġ li tiġi żgurata l-koerenza tar-relazzjoni bejn din id-Direttiva u l-liġi Komunitarja eżistenti, b’mod partikolari fejn dispożizzjonijiet dettaljati dwar prattiċi kummerċjali żleali japplikaw għal setturi speċifiċi. […] Għaldaqstant din id-Direttiva tapplika biss fejn m’hemmx dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ liġi Komunitarja li jirregolaw aspetti speċifiċi ta’ prattiċi kummerċjali żleali, bħal rekwiżiti dwar tagħrif u regoli dwar kif it-tagħrif ikun preżentat lill-konsumatur. Tipprovdi wkoll ħarsien għall-konsumaturi fejn m’hemmx leġiżlazzjoni speċifika settorali fil-livell Komunitarju […]. Din id-Direttiva konsegwentement tikkomplimenta l-acquis tal-Komunità, li huwa applikabbli għal prattiċi ta’ kummerċ li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi. […]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/29 jiddikjara li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>[l]-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u li tikseb livell għoli ta’ ħarsien tal-konsumatur billi tapprossima l-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar prattiċi kummerċjali żleali li jagħmlu ħsara lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29 jiddefinixxi l-istedina għax‑xiri bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>komunikazzjoni kummerċjali li tindika karatteristiċi tal-prodott u l-prezz f’mod adegwat għall-mezzi ta’ komunikazzjoni kummerċjali li ntużaw u li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1), (4), (5) u (6) jipprevedi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għal prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur, kif stabbilit fl-Artikolu 5, qabel, matul jew wara tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta’ xi prodott.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ konflitt bejn id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u regoli Komunitarji oħra li jirregolaw aspetti speċifiċi ta’ prattiċi kummerċjali żleali, dawn ta’ l-aħħar għandhom jipprevalixxu u japplikaw għal dawk l-aspetti speċifiċi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Għal perjodu ta’ sitt snin minn <DATE ISO="20070612">12 ta’ Ġunju 2007</DATE>, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali fil-qasam approssimat minn din id-Direttiva li huma iktar restrittivi jew preskrittivi u jimplimentaw direttivi li fihom klawżoli ta’ armonizzazzjoni minima. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe dispożizzjonijiet nazzjonali applikati abbażi tal‑paragrafu 5.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) u (2) tad-Direttiva 2005/29 huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-prattiċi kummerċjali żleali għandhom ikunu projbiti.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Prattika kummerċjali tkun żleali jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>hija kuntrarja għar-rekwiżiti tad-diliġenza professjonali, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>toħloq distorsjoni sostanzjali jew tista’ toħloq distorsjoni sostanzjali fl-imġieba ekonomika, fir-rigward tal-prodott, tal-konsumatur medju li tilħaq jew li lilu tkun indirizzata […].<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29 huwa redatt kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa meta, fil-kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ-ċirkostanzi kollha tagħha u tal-limitazzjonijiet tal-mezz ta’ komunikazzjoni, tħalli barra tagħrif importanti li l-konsumatur medju għandu bżonn, skond il‑kuntest, sabiex jieħu deċiżjoni transazzjonali [kummerċjali] informata u għaldaqstant tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Prattika kummerċjali għandha titqies ukoll bħala ommissjoni qarrieqa meta kummerċjant jaħbi jew jipprovdi b’manjiera mhux ċara, mhux intelliġibbli, ambigwa u/jew mhux f’waqtha, dak it-tagħrif importanti msemmi fil-paragrafu 1, b’kont meħud tal-kwistjonijiet deskritti f’dak il-paragrafu, jew jonqos milli jidentifika l-intenzjoni kummerċjali wara l-prattika kummerċjali jekk din ma tkunx diġà apparenti mill-kuntest u fejn, fi kwalunkwe każ, din tikkawża jew x’aktarx tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="007.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>F’każ ta’ stedina għax-xiri, it-tagħrif li ġej għandu jitqies bħala importanti, jekk ma jkunx diġà apparenti mill-kuntest:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-prezz inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-prodott tfisser li l-prezz ma jistax b’mod raġonevoli jiġi kalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz hu kalkolat, kif ukoll, fejn ikun xieraq, kull ammont ta’ ħlas addizzjonali għat‑trasport ta’ merkanzija, ħlas ta’ kunsinna jew ħlas postali jew, fejn dawn l-ammonti ta’ ħlas ma jistgħux jiġu raġonevolment kalkolati minn qabel, il-fatt li tali ammonti ta’ ħlas addizzjonali jistgħu jkunu dovuti[;]</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="007.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Ir-rekwiżiti ta’ tagħrif stabbiliti mill-liġi Komunitarja fir-rigward ta’ komunikazzjonijiet kummerċjali inklużi r-reklamar jew il‑kummerċjalizzazzjoni li jinsabu f’lista mhux eżawrjenti fl-Anness II, għandhom jitqiesu bħala importanti<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-Anness II tad-Direttiva 2005/29 jagħti l-lista tad‑dispożizzjonijiet Komunitarji li jistabbilixxu regoli għar‑reklamar u għall-komunikazzjoni kummerċjali. F’din il-lista jinsab l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 98/6.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Ġermaniż</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Skont il-Liġi kontra l-kompetizzjoni żleali (Gesetz gegen den unlauteren Wettbewerb, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>UWG<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Emendata fl-aħħar lok mill-BGBl. 2004 I, p. 1414.</P></NOTE>), il-prattiċi kummerċjali żleali huma pprojbiti jekk huma tali li jaffetwaw b’mod sinjifikattiv l-interessi tal-konsumaturi, tal-kompetituri jew ta’ atturi oħra fis-suq<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Artikolu 3(1) tal-UWG.</P></NOTE>. Kull min jikser dispożizzjoni legali intiża, b’mod partikolari, sabiex tirregola, fl-interess tal-atturi fis-suq, l-aġir fis-suq jikkommetti att ta’ kompetizzjoni żleali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Artikolu 4(11) tal-UWG.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament dwar l-indikazzjonijiet ta’ prezz (Preisangabenverordnung, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>PAngV<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Emendata fl-aħħar lok mill-BGBl. 1985 I, p. 580.</P></NOTE>) ittraspona, fl-ordinament ġuridiku Ġermaniż, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 98/6. Huwa jistipula li kull min joffri b’titolu kummerċjali jew professjonali, jew joffri regolarment b’xi mod ieħor, oġġetti lil konsumaturi finali jew, bħala bejjiegħ, jagħmel reklami lill-konsumaturi finali filwaqt li jindika prezzijiet, għandu jindika l-prezzijiet li għandhom jitħallsu inkluża t‑taxxa fuq il-valur miżjud u l-komponenti l-oħra tal-prezz.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-tilwima fil-kawża prinċipali, id-domanda preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, Citroën Commerce GmbH (iktar 'il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Citroën Commerce<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, hija kumpannija ta’ distribuzzjoni ta’ vetturi bil-mutur fil-Ġermanja. Fit-<DATE ISO="20110330">30 ta’ Marzu 2011</DATE>, hija ppubblikat avviż f’ġurnal ta’ kuljum Ġermaniż għal vetturi offruti mill-fergħa tagħha tal-Land ta’ Bayern. Ir-reklamar kien jagħti eżempju ta’ mudell deskritt hekk: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Pereżempju Citroën C4 VTI 120 Exclusive: EUR <FT TYPE="NUMBER">21800</FT> <HT TYPE="SUP">1</HT><QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>bl-extras kollha inklużi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Tnaqqis ta’ prezz massimu: EUR <FT TYPE="NUMBER">6170</FT> <HT TYPE="SUP">1</HT><QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>. L-esponent <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/><HT TYPE="SUP">1</HT><QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> qed jirreferi għat-test li ġej, redatt b’ittri iżgħar in-naħa ta’ isfel tal‑avviż: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Minbarra EUR 790 ta’ spejjeż ta’ trasferiment […]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Iż-Zentralvereinigung des Kraftfahrzeuggewerbes zur Aufrechterhaltung lauteren Wettbewerbs e.V. (grupp li jiddefendi l‑kompetizzjoni leali fis-settur awtomobilistiku, iktar ’il quddiem iż‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>ZLW<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>) ippreżenta rikors kontra r-rikorrenti fil-kawża prinċipali abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-UWG, moqrija flimkien mal-Artikolu 1 tal-PAngV, bil-għan li tiġi ordnata tieqaf mir-reklamar mingħajr ma tindika l-prezz finali effettiv tal-vettura, jiġifieri l-prezz li jinkludi l‑ispejjeż mandatorji ta’ trasferiment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Il-qorti tal-ewwel istanza laqgħet ir-rikors ta’ ZLW. Citroën Commerce appellat. Il-qorti adita ċaħdet l-appell. Citroën Commerce għaldaqstant ippreżentat rikors ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Reviżjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li, skont ġurisprudenza stabbilita dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tal-PAngV, huwa l-prezz finali tal‑vettura li għandu, bħala regola, jiġi indikat fir-reklamar, jiġifieri l‑prezz li jinkludi l-ispejjeż ta’ trasferiment għaliex il-pubbliku jipperċepixxi dawn l-ispejjeż mhux bħala spiża supplimentari iżda, għall-kuntrarju, bħala parti integrali mill-prezz. L-indikazzjoni separata tal-prezz ma hijiex possibbli ħlief jekk il-konsumatur għandu l-għażla ta’ żewġ possibbiltajiet, jiġifieri jmur jiġbor il-vettura mill-fabbrika tal‑manifattur jew jitlob il-kunsinna tal-karozza fl-istabbiliment li fih ġie konkluż il-bejgħ, jew jekk ma jkunx possibbli li jiġi antiċipat l-ammont tal-imsemmija spejjeż. Fil-każ tar-reklamar inkwistjoni fil-kuntest tat-tilwima fil-kawża prinċipali, l-ebda waħda minn dawn iż-żewġ kundizzjonijiet ma ġiet issodisfatta. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-fatt jekk din il-linja ġurisprudenzjali nazzjonali hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, hija tirrileva li d-dritt nazzjonali hekk interpretat jista’ jikkostitwixxi miżura “iktar restrittiva jew iktar rigoruża, fis-sens tal-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2005/29, minn dak li l-Istati Membri setgħu jżommu fl-ordinamenti ġuridiċi tagħhom sat-<DATE ISO="20130612">12 ta’ Ġunju 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Fuq dan il-punt, madankollu nirrileva li l-Istati Membri għandhom tali possibbiltà bil-kundizzjoni li jkunu nnotifikaw l-imsemmija miżuri lill-Kummissjoni (ara l Artikolu 3(5) u (6) tad-Direttiva 2005/29). Issa, mill-proċess ma jirriżultax li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja għamlet tali notifika tad-dritt nazzjonali tagħha rilevanti għas soluzzjoni tat-tilwima tal-kawża prinċipali.</P></NOTE>. Wara dan it-terminu, id-Direttiva 2005/29 tqieset li wasslet għal armonizzazzjoni totali f’dan is-suġġett. Għalhekk il‑kunċett nazzjonali tal-kundizzjonijiet tal-preżentazzjoni tal-prezz ma jistax ikompli ħlief jekk ma jkunx jirrifletti l-istat tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk ir-reklamar ippubblikat minn Citroën Commerce jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/6 u jekk jikkostitwixxix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>offerta ta’ prodott<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens ta’ din tal-aħħar. Jekk dan huwa l-każ, hija tistaqsi jekk il-prezz ta’ bejgħ li għandu jiġi indikat skont it-termini tad-Direttiva 98/6 għandux jinftiehem bħala li jinkludi l-ispejjeż mandatorji ta’ trasport tal-vettura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Iżda l-qorti <HT TYPE="ITALIC">a quo</HT> tistaqsi wkoll dwar l-applikabbiltà tad‑Direttiva 2005/29 u ma teskludix li dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari għandu jiġi deċiż abbażi ta’ din id-direttiva. F’dan il-każ, hija tistaqsi jekk il-prezz li għandu jiġi indikat meta ssir <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>stedina għax‑xiri<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-Artikolu 7(4)(c) tal-imsemmija direttiva, għandux ikun prezz globali, jiġifieri li jinkludi l-imsemmija spejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Quddiem din id-diffikultà marbuta mal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Bundesgerichtshof (Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u, permezz ta’ deċiżjoni li waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20141027">27 ta’ Ottubru 2014</DATE>, tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja, abbażi tal‑Artikolu 267 TFUE, it-tliet domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>1.</NO.P><TXT>Reklam għal prodott li jindika l-prezz li għandu jitħallas għalih jikkostitwixxi offerta fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva [98/6]?</TXT><P>Fil-każ li għall-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv:</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ offerta fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva [98/6], il-prezz tal-bejgħ li għandu jiġi indikat skont l-Artikolu 1 u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 3(1) għandu jinkludi wkoll l-ispejjeż neċessarjament sostnuti li huma marbuta mat-trasferiment ta’ vettura bil-mutur mill‑manifattur lin-negozjant [bejjiegħ]?</TXT><P>Fil-każ li għall-ewwel jew għat-tieni domanda tingħata risposta negattiva:</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ stedina għax-xiri fis-sens tal-Artikolu 2(i) tad‑Direttiva [2005/29], il-’prezz inklużi t-taxxi' li għandu jiġi indikat skont id-dispożizzjoni li tirregola l-ewwel xenarju previst fl‑Artikolu 7(4)(ċ) tad-Direttiva 2005/29/KE għandu jinkludi wkoll, fil‑każ ta’ vettura bil-mutur, l-ispejjeż neċessarjament sostnuti li huma marbuta mat-trasferiment tal-vettura bil-mutur mill-manifattur lin‑negozjant?<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, iż-ZLW, il-Gvern Awstrijak u dak Ungeriż u l-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw noti ta’ osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Waqt is-seduta, li nżammet fit-<DATE ISO="20150930">30 ta’ Settembru 2015</DATE>, ir-rikorrenti fil‑kawża prinċipali u l-Kummissjoni għamlu oralment l-osservazzjonijiet tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi ġuridika</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Qabel xejn, għandha tiġi delimitata l-portata tad-domandi li saru lill-Qorti tal-Ġustizzja. Kif fakkar ir-rappreżentant tar-rikorrenti fil‑kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju ma hijiex qed tfittex li tistabbilixxi jekk ir-reklamar inkwistjoni fil-kuntest tat-tilwima fil-kawża prinċipali huwiex kuntrarju għad-Direttiva 98/6 u/jew jekk jikkostitwixxix prattika kummerċjali żleali pprojbita bid-Direttiva 2005/29. Hija tfittex li tikseb l-istat tad-dritt tal-Unjoni sabiex tivverifika jekk l-interpretazzjoni li hija tagħti lid-dritt nazzjonali tagħha hijiex kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Imfakkra fil-punt 26 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Skont dak li tgħid il-qorti tar-rinviju, ir-reklamar ippubblikat fl-istampa mir‑rikorrenti fil-kawża prinċipali kien jikser id-dritt Ġermaniż, li jirrikjedi li, fir-reklamar, ikun jidher il-prezz globali tal-prodotti, jiġifieri, f’dak li jirrigwarda ċ-ċirkustanzi ta’ dan il-każ, il-prezz ikun jinkludi l‑ispejjeż ta’ trasferiment tal-vettura sal-istabbiliment tal‑konċessjonarju minħabba n-natura mandatorja tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata l-kompatibbiltà tad-dritt nazzjonali mad‑dritt tal-Unjoni, għandha tingħata risposta għal żewġ settijiet ta’ mistoqsijiet. L-ewwel nett, għandu jiġi stabbilit liema direttiva tirregola l-kundizzjonijiet li fihom il-prezz għandu jiġi indikat fir-reklamar u tiddefinixxi l-livell ta’ rekwiżit, l-istandard Komunitarju f’dan ir‑rigward. Għal dan il-għan, u fid-dawl tar-regola ta’ prijorità li tinsab fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2005/29, ser tiġi eżaminata l-ewwel id‑Direttiva 98/6. Insegwitu, fil-każ fejn id-dritt Ġermaniż jintwera li jipproteġi iktar lill-konsumaturi mid-dritt tal-Unjoni, ikun hemm bżonn li iktar tard jiġi vverifikat jekk dan tal-aħħar jawtorizzax lill-Istati Membri jżommu jew jistabbilixxu miżuri iktar ristrettivi meta mqabbla ma’ dak li huwa jipprevedi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Rimarka preliminari dwar l-esklużjoni tad-Direttiva 2006/114</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Qabel xejn għandu jiġi spjegat li t-tilwima fil-kawża prinċipali ma taqax fil‑kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="376" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2006">ĠU L 376, p. 21</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>. Il-fatt li l-kawża ma tressqitx minn assoċjazzjoni li tipproteġi l-konsumaturi iżda minn grupp li jirrappreżenta l-interessi tal-kompetituri tas-settur awtomobilistiku seta’ jħalli x’jifhem li kienet applikabbli d-Direttiva 2006/114 peress li l-għan tagħha huwa b’mod partikolari li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>tipproteġi lill-kummerċjanti minn reklamar qarrieqi u mill-konsegwenzi żleali tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Artikolu 1 tad-Direttiva 2006/114. Ara wkoll is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Posteshop</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑52/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:150">EU:C:2014:150</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, dwar il-mertu, id‑Direttiva 2006/114 ma fiha l-ebda dispożizzjoni li tistabbilixxi l‑kundizzjonijiet li fihom l-prezz għandu jkun indikat fir-reklamar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>L-Artikolu 3(b) tad-Direttiva 2006/114 jillimita ruħu sabiex jindika li, sabiex jiġi stabbilit jekk reklamar huwiex qarrieqi, għandhom jiġu kkunsidrati l-prezz jew il‑mod li bih il-prezz jiġi kkalkolat, u l-kundizzjonijiet li bihom il‑merkanzija tkun ipprovduta.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda, dwar il-kamp ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/6</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tfittex li tistabbilixxi jekk ir-reklamar inkwistjoni fil-kuntest tat-tilwima fil-kawża prinċipali jistax jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/6, li l-Artikolu 1 tal-PAngV ittraspona. Għal dan il-għan, ikun biżżejjed, skont il-qorti tar‑rinviju, jekk l-imsemmi reklamar jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>offerta ta’ prodotti<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> fis-sens tal-Artikolu 1 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Huwa possibbli li r-reklamar ippubblikat mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali jikkostitwixxi offerta ta’ prodotti fis-sens wiesa’ u komuni tat‑terminu. Madankollu, fil-kuntest tad-Direttiva 98/6, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>prodotti offruti mill-negozjanti lill-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> imsemmi fl‑Artikolu 1 tad-Direttiva 98/6 għandu jiġi interpretat fil-limiti stess tal‑għan ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>B’hekk, filwaqt li jitfakkar li l-qorti tar-rinviju qed tfittex li tistabbilixxi liema huma d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar l‑indikazzjoni tal-prezz imsemmija fir-reklamar, għandu jiġi kkonstatat li l-ewwel għan tad-Direttiva 98/6 ma huwiex dan. Fil-verità, diversi fatturi jwassluni sabiex niddubita r-rilevanza <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> ta’ din id‑direttiva għas-soluzzjoni tat-tilwima l-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Huwa veru li mit-titolu tad-Direttiva 98/6 jirriżulta li din hija ddedikata għall-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ indikazzjoni ta’ prezzijiet ta’ prodotti offruti lilhom. Madankollu, dan l-għan huwa speċifikat fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/6 li jistipula <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>indikazzjoni tal‑prezz tal-bejgħ u l-prezz għal kull unità ta’ kejl ta’ prodotti offruti […] lill-konsumaturi sabiex titjieb l-informazzjoni lill-konsumatur u tiffaċilita l-paragun tal-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>B’hekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa obbligu ġenerali – dak li għandu jiġi indikat kemm il-prezz tal-bejgħ u l-prezz għal kull unità ta’ kejl<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara l-premessa 7 tad-Direttiva 98/6.</P></NOTE> – iżda limitat għall- każijiet li fihom din l-indikazzjoni doppja hija rilevanti jew, tal-inqas, tippermetti li jintlaħaq b’mod iktar effikaċi l-għan li tiġi ffaċilitata l-komparabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Minkejja li dan l-obbligu ma huwiex espliċitament speċifikat u huwa fformulat, <HT TYPE="ITALIC">prima facie</HT>, għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>prodotti kollha offruti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, l-analiżi tal-kamp lessikali tad-Direttiva 98/6 twassalni sabiex nikkonkludi li hija madankollu kienet intiża għall-prodotti msejħa ta’ konsum frekwenti, filwaqt li hu mifhum li jistgħu jkunu prodotti tal-ikel kif ukoll prodotti mhux tal-ikel<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Id-Direttiva 98/6 issostitwixxiet id-Direttivi tal-Kunsill 79/581/KEE, tad-<DATE ISO="19790619">19 ta’ Ġunju 1979</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ indikazzjoni ta’ prezzijiet ta’ ikel (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="158" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="1979">ĠU L 158, p. 19</REF.DOC.OJ>) u 88/314/KEE, tas-<DATE ISO="19880607">7 ta’ Ġunju 1988</DATE>, dwar il‑protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ indikazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti mhux tal-ikel (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="142" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="1988">ĠU L 142, p. 19</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Fi kwalunkwe każ, dan huwa l-mod kif nifhem ir-referenzi differenti li saru fid-Direttiva 98/6 għal prodotti mibjugħin bil-massa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara l-premessa 7 u l-Artikoli 2(c) u 3(3) tad-Direttiva 98/6.</P></NOTE>, għall-ippakkjar jew għall-ippakkjar minn qabel tal-prodotti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara l-premessi 5 u 10 u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/6.</P></NOTE>, għall-piż nett u għall-piż nett xott tal-prodotti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 98/6.</P></NOTE> jew inkella għal ċerti negozji bl-imnut żgħar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara l-premessi 9 u 14 u l-Artikolu 6 tad-Direttiva 98/6.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-fatt li d-Direttiva 98/6 ma kinitx intenzjonata bħala tip ta’ direttiva qafas dwar l-indikazzjoni tal-prezzijiet jew ir-reklamar b’mod ġenerali iżda iktar bħala test li jirregola l-kundizzjonijiet li fihom il‑prezz tal-prodotti għandu, bħala regola, jintwera b’żewġ modi meta jiġu eżebiti jew proposti għall-konsum f’punt ta’ bejgħ huwa kkonfermat ukoll mix-xogħol preparatorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>L-ispjegazzjoni tal-motivi tal-proposta ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward tal-indikazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti offruti lill-konsumaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>COM(95) 276 finali, tat-<DATE ISO="19950712">12 ta’ Lulju 1995</DATE>.</P></NOTE> tagħmel, fil-fatt, riferiment għal numru ta’ preokkupazzjonijiet marbuta mal-prattiki ta’ distribuzzjoni medja u wiesgħa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Il-punt 20 tal-ispjegazzjoni tal-motivi jagħmel riferiment b’mod partikolari għall‑<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>ixkaffar għall-espożizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</P></NOTE> f’dak li jirrigwarda l‑ittikketjar tal-prodotti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Ara l-punt 17 tal-ispjegazzjoni tal-motivi tal-proposta ta’ direttiva.</P></NOTE> jew ukoll l-iżvilupp tal-qari tal-prezz permezz ta’ bar codes<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Ara l-punt 20 tal-ispjegazzjoni tal-motivi tal-proposta ta’ direttiva.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Huwa daqstant interessanti li jiġi rrilevat li, minkejja li l‑Artikolu 1 tal-proposta ta’ direttiva ġie redatt fis-sens li l-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ bejgħ u tal-prezz ta’ unità ta’ kejl għandu jiġi previst għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>prodotti offruti mill-kummerċjanti lill-konsumaturi finali<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, il‑Kummissjoni kienet żiedet li dan għandu jkun il-każ meta din l‑indikazzjoni doppja kienet rilevanti. Hija b’hekk irrikonoxxiet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>kien hemm numru ta’ sitwazzjonijiet fejn il-paragun tal-prezzijiet ma jagħtix tagħrif importanti lill-konsumatur b’mod partikolari meta l‑prodotti għandhom karatteristiċi differenti ħafna jew meta jissodisfaw bżonnijiet differenti tal-konsumaturi. Dan huwa l-każ pereżempju tal-prodotti personalizzati, ta’ oġġetti ta’ lbies, <HT TYPE="ITALIC">ta’ vetturi bil-mutur</HT>, ta’ għamara u tal-prodotti kollha li għalihom indikazzjoni ta’ unità […] ma tagħtix tagħrif utili sabiex jiġu pparagunati l-prezzijiet<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Punt 27 tal-ispjegazzjoni tal-motivi tal-proposta ta’ direttiva. Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>B’hekk, minħabba l-karatteristiċi individwali tagħhom stess li huma varjati ħafna, il-karozzi ma humiex prodotti li fil-konfront tagħhom paragun tal-prezzijiet esposti skont id-Direttiva 98/6 huwa immedjatament rilevanti għall-konsumatur. Sabiex inkun iktar ċar, id-Direttiva 98/6 hija intiża sabiex tiffaċilita l-paragun, għall‑konsumatur, tal-prezz ta’ kilogramm ta’ tadam – peress li t-tadam huwa prodott li faċilment jista’ jkun ipparagunat u, fi kwalunkwe każ, strettament ekwivalenti għat-tadam mibjugħ f’ħanut ieħor – bl-istess mod, għall-prodotti tat-tip ta’ karozzi, l-indikazzjoni tal-prezz fil‑kundizzjonijiet deskritti fid-Direttiva 98/6 ma tistax isservi tali għan fid-dawl tal-livell ta’ partikolarità ta’ kull vettura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>U dan, barra minn hekk, li l-karozzi jkollhom ċertu numru ta’ extras.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-obbligu li jiġi indikat il-prezz ta’ bejgħ u l-prezz ta’ unità tal-kejl impost bid-Direttiva 98/6 għandu jiġi ssostitwit fil‑kuntest tal-għan li għandu jintlaħaq mil-leġiżlatur li huwa li jiżgura tagħrif tal-istess xorta u trasparenti fir-rigward tal‑kwantifikazzjoni tal‑prodotti bl-għajnuna ta’ sistema uniformi ta’ miżuri li jippermettu li jiġi ddeterminat il-prezz tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara l-punt 60 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑421/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:769">EU:C:2013:769</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> sabiex jiġi ffaċilitat il-paragun. Il‑Qorti tal-Ġustizzja ma ddeċidietx mod ieħor meta fil-kawża Il‑Kummissjoni vs Il-Belġju ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>l-għan tad‑Direttiva 98/6 huwa l-protezzjoni tal-konsumaturi mhux fil-qasam tal-indikazzjoni tal‑prezzijiet, b’mod ġenerali jew fir-rigward tar-realtà ekonomika tat‑tħabbiriet ta’ tnaqqis fil-prezz, iżda fil-qasam tal‑indikazzjoni tal‑prezzijiet tal-prodotti b’riferiment għal diversi tipi ta’ unitajiet tal‑kejl<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑421/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2064">EU:C:2014:2064</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll il-punti 58 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil‑Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑421/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:769">EU:C:2013:769</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) li għalihom barra minn hekk tirreferi l-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Bħall-Kummissjoni, għandi tendenza li nikkunsidra li l-għan ewlieni tad-Direttiva 98/6 ma huwiex li tiggarantixxi l-protezzjoni tal‑konsumaturi f’dak li jirrigwarda l-indikazzjonijiet ta’ prezz b’mod ġenerali iżda iktar li tippermetti tagħrif biżżejjed lill-konsumaturi, billi b’mod partikolari tagħmel il-paragun tal-prezzijiet possibbli, meta l-prezz tal-prodotti huwa indikat b’riferiment għal unitajiet ta’ kejl differenti. Dan it-tagħrif suffiċjenti huwa mitlub meta l-istess prodott huwa mibjugħ fi kwantitajiet u f’ippakkeġġjar differenti u meta l-konsumaturi għandhom interess jipparagunaw il-prezz tal-prodott inkwistjoni abbażi tal-istess unità ta’ kejl.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 98/6 għalhekk ma tikkostitwixxix ir-regola ta’ referenza, fid‑dritt tal-Unjoni, fir-rigward ta’ indikazzjoni tal-prezzijiet b’mod ġenerali għall-offerti kollha ta’ prodotti. Lanqas hija intiża sabiex tirregola, b’mod ġenerali, il-kundizzjonijiet li fihom il-prezzijiet għandhom ikunu indikati fir-reklamar<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Fil-fatt, jidhirli li jekk l-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/6 jiġi interpretat fis-sens li prodotti huma offruti meta jkun hemm ir-reklamar, l-ispjegazzjoni fl-Artikolu 3(4) tal-istess direttiva issir kompletament superfluwa.</P></NOTE>. Għalhekk, ma hijiex l‑istandard li miegħu għandha tiġi evalwata l-kompatibbiltà tal‑leġiżlazzjoni nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li peress li l-għan tad-Direttiva 98/6 huwa l-protezzjoni tal-konsumaturi, mhux fir-rigward ta’ indikazzjoni tal-prezzijiet b’mod ġenerali, iżda fir-rigward ta’ indikazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti offruti b’riferiment għal diversi tipi ta’ unitajiet ta’ kejl, dispożizzjoni nazzjonali interpretata fis-sens li hija pprojbita, f’kull ċirkustanza, il-prattika ta’ kummerċjant li jindika b’mod separat, fir-reklamar, il-prezz ta’ vettura, minn naħa, u l‑ammont tal-ispejjeż mandatorji ta’ trasferiment tal-imsemmija vettura lill-konsumatur, min-naħa l-oħra, ma tistax taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Preċiżament għaliex id-dispożizzjoni Ġermaniża kif interpretata mill-qorti tar-rinviju ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad‑Direttiva 98/6, hija ma għandhiex fuq kollox titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>dispożizzjoni iktar favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> li l-Istati Membri kellhom id-dritt li jżommu jew li jadottaw fis-sens tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 98/6, peress li din tal-aħħar ma wettqitx armonizzazzjoni kompleta tal-qasam.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jiena għal darb’oħra naqbel perfettament mal‑analiżi li għamel l-Avukat Ġenerali Cruz Villalón, fil‑konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, li fihom huwa kkunsidra li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>dawn id-dispożizzjonijiet iktar favorevoli jistgħu loġikament jirreferu biss għall-qasam li huwa s-suġġett tad‑Direttiva 98/6, jiġifieri, l-informazzjoni tal-konsumaturi fir-rigward tal-kriterji użati bħala punt ta’ riferiment għall-fissazzjoni tal-prezzijiet tal-prodotti, sabiex jiġi ffaċilitat il-paragun tal-prezzijiet, [...] , imma b’riferiment għal sistemi differenti ta’ kejl<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑421/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:769">EU:C:2013:769</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. F’dawn il-kundizzjonijiet, l-Artikolu 10 tad‑Direttiva 98/6 ma jistax jiġġustifika ż-żamma tad-dispożizzjoni nazzjonali kif interpretata mill-qorti tar‑rinviju, peress li tali dispożizzjoni ma tirreferix għall-qasam li huwa s-suġġett tad‑Direttiva 98/6<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, b’analoġija, il-punt 64 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cruz Villalón fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑421/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:769">EU:C:2013:769</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda, dwar il-kunċett ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ prezz fis-sens tad-Direttiva 98/6</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta li nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti għall-ewwel domanda preliminari magħmula mill-qorti tar‑rinviju, ser nagħmel biss żewġ argumenti qosra b’mod sussidjarju għal din id-domanda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja fuq il-fatt dwar jekk il-prezz li għalih jirreferu l-Artikoli 1 u 3(1) tad-Direttiva 98/6 għandux jinkludi l-ispejjeż mandatorji ta’ trasferiment tal-vettura. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinqraw fid-dawl tal-Artikolu 2(a) ta’ din id-direttiva li tiddefinixxi l-prezz bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>il-prezz finali għal unità tal‑prodott, jew kwantità mogħtija tal-prodott, li jinkludi l-VAT u t‑taxxi l-oħra kollha<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-prezz finali huwa kompost mill-prezz tal-prodott, tal-VAT u tat-taxxi l-oħra kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Jien inxaqleb lejn li nikkunsidra li l-ispejjeż ta’ trasferiment inkwistjoni fil-kuntest tat-tilwima fil-kawża prinċipali effettivament ma jaqgħu bl‑ebda mod taħt id-Direttiva 98/6, u dan għal diversi raġunijiet differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-qorti tar-rinviju, li indikat li l-ispejjeż ta’ trasferiment jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li għandhom ikunu inklużi fil-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>prezz ta’ bejgħ<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> tal-prodott, fis-sens tad-Direttiva 98/6, minħabba n‑natura mandatorja tagħhom, għandha tiġi mwieġba li l-analiżi tal‑ġenesi tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/6 twassal sabiex jiġi kkunsidrat li ma din ma kinitx l-għażla li għamel il-leġiżlatur, meta, madankollu, kellu l-okkażjoni li jispjegaha fit-test tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Fil-fatt, inizjalment, il-proposta ta’ direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 19 hawn fuq ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE> llimitat id‑definizzjoni tal-prezz ta’ bejgħ bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>il-prezz għal kwantità speċifika ta’ prodott<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Artikolu 2 tal-proposta ta’ direttiva. L-ispejjeż mandatorji ta’ trasferiment ta’ vettura jistgħu preċiżament jaqgħu taħt din il-kategorija.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Fil-proposta emendata tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Proposta emendata ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il‑protezzjoni tal-konsumaturi fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill‑konsumaturi COM(96) 264 finali tal-<DATE ISO="19960624">24 ta’ Ġunju 1996</DATE>.</P></NOTE>, il-Kummissjoni pproponiet li tespandi b’mod sinjifikattiv din id-definizzjoni billi speċifikat li l-prezz finali kien jinkludi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>il-VAT, it-taxxi l-oħra kollha u l-ispejjeż tas‑servizzi mħallsa b’mod mandatorju mill-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara l-Artikolu 2(a) u (b) tal-proposta emendata.</P></NOTE>. Madankollu, fil-Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 60/96 deċiża mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fis-<DATE ISO="19960927">27 ta’ Settembru 1996</DATE> sabiex tiġi adottata d-direttiva dwar il‑protezzjoni fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill‑konsumaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P><REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="333" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="1996">ĠU C 333, p. 7</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>,<?PAGE NO="11"?> il-Kunsill ma żammx din il-formulazzjoni u llimita ruħu sabiex jipproponi li l-prezz ta’ bejgħ għandu jinftiehem bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>il‑prezz għal unità tal-prodott, jew kwantità mogħtija tal-prodott<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara l-Artikolu 2(a) tal-Pożizzjoni Komuni Nru 60/96.</P></NOTE> filwaqt li ppreċiża, ftit iktar ’il quddiem fl-abbozz ta’ direttiva, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>il‑prezz ta’ bejgħ u l-prezz ta’ unità ta’ kejl jirrelataw mal-prezz finali tal-prodott <HT TYPE="ITALIC">skont il-kundizzjonijiet iddefiniti mill-Istati Membri</HT><QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara l-Artikolu 4(2) tal-Pożizzjoni Komuni Nru 60/96. Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Parlament Ewropew adotta emenda sabiex ir-riferiment li kien hemm fil-proposta emendata għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>ispejjeż tas‑servizzi mħallsa b’mod mandatorju mill-konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> jerġa’ jidħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara l-emenda 11 tad-deċiżjoni dwar il-Pożizzjoni Komuni deċiża mill-Kunsill fid‑dawl tal-adozzjoni ta’ direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il‑protezzjoni tal-konsumaturi fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill‑konsumaturi, Dok. A4-0015/97 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="085" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="1996">ĠU C 85, p. 26</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Issa, il-verżjoni finali tal-Artikolu 2(a) tad‑Direttiva 98/6 baqgħet mingħajr dan ir-riferiment. Dan jidhirli li juri d-diffikultà li jintlaħaq ftehim fuq eventwali definizzjoni leġiżlattiva iktar preċiża tal-kunċett ta’ prezz u tal-komponenti differenti tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>It-tieni nett, għandu jiġi nnotat li l-leġiżlatur semma, meta speċifika l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>prezz<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> skont id-Direttiva 98/6, it-taxxi, u mhux l-ispejjeż. Issa, anki hawn, din l-għażla ma hijiex newtrali. Fil-fatt, eżami rapidu ta’ kampjun ta’ verżjonijiet lingwistiċi differenti itendi li jikkonferma n-natura <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>pubblika<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> ta’ dawn it-taxxi. Il-verżjoni Spanjoli ssemmi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>todos los demás impuestos<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, il-verżjoni Taljana <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>ogni oltra imposta<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, il-verżjoni Ingliża <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>all other taxes<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> u l-verżjoni Ġermaniża <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>alle sonstigen Steuern einschließt<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>. Issa, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, taxxa hija kull piż finanzjarju, anki jekk minimu, impost unilateralment, ikun xi jkun l-isem tiegħu u l-mod ta’ kif jiġi applikat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara, b’mod partikolari, f’dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ taxxa b’effett ekwivalenti għal dazju doganali, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bakker Hillegom</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑111/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1990:177">EU:C:1990:177</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Kernkraftwerke Lippe-Ems</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑5/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:354">EU:C:2015:354</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0088">88</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE> riċevuta mill-Istat jew minn korp pubbliku. Peress li l-ispejjeż ta’ trasport huma riċevuti mill-manifattur awtomobilistiku, ma għandhomx jiġu kkwalifikati jew assimilati ma’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>taxxa<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> fis-sens tal‑Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/6.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, u fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 98/6 li jien fakkart iktar ’il fuq, jiena nibqa’ konvint li tali spejjeż ta’ trasferiment finalment ma jaqgħux taħt l-imsemmija Direttiva 98/6. Tali konstatazzjoni tidher, barra minn hekk, kompletament koerenti jekk jiġi kkunsidrat, kif insostni, li din tal-aħħar hija intiża sabiex tapplika essenzjalment f’kuntest ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni immedjat tal‑prodotti offruti, imsejħa ta’ konsum frekwenti, kif inhu l-każ f’negozji bl-imnut żgħar jew f’distribuzzjoni medja u wiesgħa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Sabiex ikun kompletament ċar, ma hijiex kwistjoni li mill-analiżi tiegħi jiġi dedott li ser ikun possibbli, minħabba lakuni tad-Direttiva 98/6 fir-rigward tad‑definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>prezz finali<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, li jiġi espost b’mod separat il-prezz ta’ flixkun ta’ litru ħalib u l-ammont tal-ispejjeż mgħoddi fuq il-konsumatur mid-distributur talli wassal il-flixkun sal-ħanut. L-ispejjeż inkwistjoni fil-kuntest tal-kawża prinċipali huma ta’ natura kompletament differenti, li jixbhu iktar l-ispejjeż ta’ kunsinna ta’ prodott li ma jistax jingħad li huwa ta’ konsum frekwenti. Fi kwalunkwe każ, id-Direttiva 98/6 ma tispeċifikax l-kundizzjonijiet li fihom il-prezz finali għandu jiġi indikat.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Peress li, wara l-analiżi tiegħi, ma jidhirx li d-Direttiva 98/6 hija rilevanti għas-soluzzjoni tat-tilwima fil-kawża prinċipali, jeħtieġ issa li ssir l-analiżi tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda, dwar il-kunċett ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’</HT> <HT TYPE="ITALIC"><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>prezz</HT><HT TYPE="ITALIC"><QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> fis-sens tal-Artikolu 7(4)(c) tad‑Direttiva 2005/29 )</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2005/29 hija ddedikata għall-prattiki kummerċjali żleali. Fiha ċertu numru ta’ indikazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet li fihom il-kummerċjanti jistgħu jikkomunikaw, fir-rigward tal‑konsumaturi, billi jindikaw, jekk ikun il-każ, il-prezz tal-prodott. B’mod partikolari, l-Artikolu 7(4) tal-imsemmija direttiva jagħti l-lista ta’ tagħrif meqjusa importanti li ma jistax jitħalla barra, jinħeba jew jiġi ppreżentat b’mod li jiżgwida lill-konsumatur fil-mument li fih tittieħed <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>deċiżjoni transazzjonali [kummerċjali]<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, fis-sens tad-Direttiva 2005/29.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Il-prezz <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>bit-taxxi kollha inklużi<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> jagħmel parti minn dan it‑tagħrif importanti u l-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal‑Ġustizzja dwar il-fatt jekk dan il-kunċett, iddefinit fl-Artikolu 7(4)(c) tad‑Direttiva 2005/29, għandux jiġi interpretat fis-sens li jinkludi l‑ispejjeż mandatorji ta’ trasferiment ta’ vettura awtomobilistika mill‑manifattur għall-konsumatur. Madankollu, qabel ma jsir l-analiżi tal-imsemmija dispożizzjoni, ser niftaħ l-analiżi tiegħi b’żewġ settijiet ta’ rimarki preliminari.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Preċiżazzjonijiet preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Minn naħa waħda, insostni li d-Direttiva 2005/29 għandha l-għan li tapprossima l-liġijiet tal-Istati Membri dwar prattiki kummerċjali żleali, inkluż ir-reklamar żleali, li jippreġudika b’mod dirett lill-interessi ekonomiċi tal-konsumaturi u b’hekk jagħmel ħsara b’mod indirett lill‑interessi ekonomiċi tal-kompetituri leġittimi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ving Sverige</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑122/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:299">EU:C:2011:299</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Hija wasslet għal armonizzazzjoni kompleta tas-suġġett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>VTB-VAB u Galatea</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑261/07 u C‑299/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:244">EU:C:2009:244</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Plus Warenhandelsgesellschaft</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑304/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:12">EU:C:2010:12</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mediaprint Zeitungs- und Zeitschriftenverlag</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑540/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:660">EU:C:2010:660</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Citroën Belux</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑265/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:498">EU:C:2013:498</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>RLvS</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑391/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:669">EU:C:2013:669</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑421/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2064">EU:C:2014:2064</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0061">61</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0064">64</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u d-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sdiscount</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑13/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:560">EU:C:2015:560</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, b’tali mod li l-Istati Membri ma humiex, bħala regola<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ħlief awtorizzazzjoni espressa mogħtija mid-Direttiva 2005/29 stess: ara l‑Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2005/29 u s-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Citroën Belux</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑265/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:498">EU:C:2013:498</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, awtorizzati jintroduċu jew iżommu fl‑ordinamenti ġuridiċi tagħhom miżuri iktar ristrettivi minn dawk iddefiniti bid-Direttiva 2005/29, anki jekk bil-għan li jiżguraw livell ogħla ta’ protezzjoni tal-konsumaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara d-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cdiscount</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑13/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:560">EU:C:2015:560</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l‑ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Minn naħa l-oħra, infakkar li, skont id-Direttiva 2005/29, il‑prattiki kummerċjali żleali jistgħu jieħdu żewġ forom. Jista’ jkun hemm azzjoni qarrieqa (Artikolu 6) jew ommissjoni qarrieqa (Artikolu 7). Peress li l-qorti tar-rinviju tagħmel riferiment espliċitu għall-kunċett ta’ stedina għax-xiri, li hija espressament imsemmija biss fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29, hija tissupponi li l-prattika kummerċjali tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali taqa’ fil-kategorija ta’ ommissjonijiet qarrieqa. Barra minn hekk, peress li l-imsemmija qorti ma tfittix, f’dan l-istadju, li tikkwalifika <HT TYPE="ITALIC">in concreto</HT> l-aġir ta’ Citroën Commerce fir-rigward tad-Direttiva 2005/29, ma hemmx lok li, f’dawn il-konklużjonijiet, terġa’ tissemma din il-premessa.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Fuq it-tagħrif importanti dwar il-prezz fil-kuntest ta’ stedina għax-xiri</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Prattika kummerċjali għandha titqies bħala qarrieqa meta, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>fil‑kuntest fattwali tagħha, b’kont meħud tal-karatteristiċi u ċ‑ċirkostanzi kollha tagħha u tal-limitazzjonijiet tal-mezz ta’ komunikazzjoni, tħalli barra tagħrif importanti li l-konsumatur medju għandu bżonn, skond il-kuntest, sabiex jieħu deċiżjoni transazzjonali informata u għaldaqstant tikkawża li l-konsumatur medju jieħu deċiżjoni transazzjonali li ma kienx jieħu f’ċirkostanzi oħra<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2005/29. L-Artikolu 7(2) ta’ din l-istess direttiva jiddefinixxi forma oħra ta’ ommissjoni qarrieqa, meta kummerċjant jaħbi tagħrif importanti msemmi fl-Artikolu 7(1) jew jipprovdih b’manjiera <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>mhux ċara, mhux intelliġibbli, ambigwa u/jew mhux f’waqtha<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>, li jwassal jew jista’ jwassal sabiex il‑konsumatur medju jieħu deċiżjoni kummerċjali li ma kienx jieħu f’ċirkustanzi oħra. Ir-reklamar inkwistjoni fil-kuntest tat-tilwima fil-kawża prinċipali aktar jista’ jaqa’ taħt din it-tieni kategorija ta’ ommissjoni qarrieqa, jekk jiġi kkunsidrat li l-indikazzjoni separata tal-prezz tal-vettura u tal-ammont tal-ispejjeż mandatorji ta’ trasferiment fin-nota ta’ qiegħ il-paġna tagħti tagħrif importanti b’mod li ma huwiex daqstant ċar. Iżda, anki hawn, dan ma huwiex l-argument li għandna quddiemna llum.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Stedina għax-xiri hija forma partikolari ta’ reklamar li miegħu hemm marbut obbligu għoli ta’ tagħrif, speċifikat taħt l-Artikolu 7(4) tad‑Direttiva 2005/29<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara l-punt 22 tal-konklużjonijiet tiegħi fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ving Sverige</NAME.CASE> (<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:47">EU:C:2011:47</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-imsemmija stedina hija ddefinita fl‑Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2005/29 bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>komunikazzjoni kummerċjali li tindika karatteristiċi tal-prodott u l-prezz <HT TYPE="ITALIC">f’mod adegwat</HT> għall-mezzi ta’ komunikazzjoni kummerċjali li ntużaw u li għalhekk tippermetti l-konsumatur jagħmel xirja<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE>. Minn dan, il-Qorti tal‑Ġustizzja ddeduċiet li din id-dispożizzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>ma t[j]eżiġix l‑indikazzjoni ta’ prezz finali<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ving Sverige</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑122/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:299">EU:C:2011:299</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Madankollu, waqt stedina għax-xiri, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>il-prezz inklużi t-taxxi, jew fejn in-natura tal-prodott tfisser li l-prezz ma jistax b’mod raġonevoli jiġi kalkolat minn qabel, il-mod li bih il-prezz hu kalkolat, kif ukoll, fejn ikun xieraq, kull ammont ta’ ħlas addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ħlas ta’ kunsinna jew ħlas postali jew, fejn dawn l-ammonti ta’ ħlas ma jistgħux jiġu raġonevolment kalkolati minn qabel, il-fatt li tali ammonti ta’ ħlas addizzjonali jistgħu jkunu dovuti<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Artikolu 7(4)(c) tad-Direttiva 2005/29.</P></NOTE> huma kkunsidrati bħala tagħrif importanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Jekk tibqa’ strettament mal-kliem tad-domanda magħmula, il‑qorti tar-rinviju sempliċement qed tfittex l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>prezz inklużi t-taxxi<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>. Issa, <HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT>, hija imposta l-istess konklużjoni bħal dik diġà misluta għall-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>taxxi l-oħra kollha<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> fil-kuntest tad-Direttiva 98/6 peress li, għal darb’oħra, analiżi rapida tal-verżjonijiet lingwistiċi tikkonferma n‑natura pubblika tar-riferiment magħmul għat-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>taxxi<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>. Il-verżjoni Spanjola tirreferi għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>el precio, incluidos los impuestos<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>, il-verżjoni Taljana għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>il prezzo comprensivo delle imposte<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>, il-verżjoni Ingliża għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0075" ID="QS0075"/>the price inclusive of taxes<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/>, il-verżjoni Ġermaniża għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0076" ID="QS0076"/>der Preis einschließlich aller Steuern und Abgaben<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> filwaqt li l-verżjoni Portugiża għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0077" ID="QS0077"/>[o] preço, incluindo impostos e taxas<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Għalhekk m’iniex konvint li l-ispejjeż mandatorji ta’ trasferiment ta’ vettura jistgħu jiġu interpretati bħala li għandhom ikunu integrati fi prezz <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0078" ID="QS0078"/>inklużi t-taxxi<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/> fis-sens tal-Artikolu 7(4)(c) tad‑Direttiva 2005/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, jeħtieġ li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tad-domanda magħmula, sabiex ma jkunx hemm enfasi fuq l‑espressjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0079" ID="QS0079"/>il-prezz inklużi t-taxxi<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/>, iżda, għall-kuntrarju, ikun hemm tentattiv sabiex l-istruttura tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/29 tinftiehem sabiex tiddefinixxi aħjar l-intensità tal-obbligi li jirriżultaw minnha f’termini ta’ indikazzjoni ta’ prezz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Meta jsir dan, jiġi nnotat, fl-ewwel lok, li l-Artikolu 7(4)(c) tad‑Direttiva 2005/29 ma jieqafx billi jsemmi biss il-prezz inklużi t‑taxxi, iżda jsemmi wkoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0080" ID="QS0080"/>il-mod li bih il-prezz hu kalkolat, kif ukoll, fejn ikun xieraq, kull ammont ta’ ħlas addizzjonali għat-trasport ta’ merkanzija, ħlas ta’ kunsinna jew ħlas postali<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/>. Mill-istruttura tat-test ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li l-prezz hemmhekk huwa indikat fil‑komponenti kollha tiegħu u li l-kliem tal-Artikolu 7(4)(c) tad‑Direttiva 2005/29, moqrija flimkien, jidhru qed jindikaw b’mod ċar il-prezz jew il-mod ta’ kif huwa kkalkolat, minn naħa waħda, u l‑komponenti l-oħra tal-prezz bħall-ispejjeż tat-trasport, minn naħa l‑oħra. Ikun x’ikun, minn qari tal-imsemmi Artikolu 7(4)(c), ma hemm xejn li jindika li l-prezz huwa maħsub bħala li għandu jinkludi l-ispejjeż ta’ trasport u li dan għandu jkun indikat b’mod finali u globali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi kkonstatat li l-ommissjoni ta’ tagħrif importanti, bħall-prezz kif iddefinit fl-Artikolu 7(4)(c) tad‑Direttiva 2005/29, fi kwalunkwe każ, ma hijiex bħala tali prattika kummerċjali żleali għaliex hemm bżonn li dejjem jiġi analizzat, każ b’każ,<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara, b’mod ġenerali, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ving Sverige</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑122/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:299">EU:C:2011:299</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Il-Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑421/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2064">EU:C:2014:2064</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u d-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cdiscount</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑13/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:560">EU:C:2015:560</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>, l-effett ta’ din l-ommissjoni fuq l-aġir tal-konsumatur u fuq it‑teħid tad-deċiżjoni kummerċjali tiegħu. Mit-termini tad‑Direttiva 2005/29 jirriżulta li dan l-analiżi jieħu inkunsiderazzjoni il-kuntest<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Artikolu 7(1), (2) u (4) tad-Direttiva 2005/29. Ara, ukoll, is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ving Sverige</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑122/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:299">EU:C:2011:299</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0073">73</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> stess tal-prattika kummerċjali inkwistjoni u l‑limitazzjonijiet inerenti, f’termini ta’ spazju jew ta’ żmien, tal-mezz użat għall-komunikazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2005/29. Ara wkoll is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ving Sverige</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑122/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:299">EU:C:2011:299</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>B’hekk il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0081" ID="QS0081"/>[i]l-portata tal‑informazzjoni dwar il-prezz ser tkun iddeterminata abbażi tan‑natura u tal-karatteristiċi tal-prodott iżda wkoll abbażi tal-mezz ta’ komunikazzjoni użat għall-istedina għax-xiri u b’kunsiderazzjoni għall‑informazzjoni addizzjonali eventwalment fornita mill‑kummerċjant. Is-sempliċi indikazzjoni ta’ prezz inizjali fl-istedina għax-xiri ma tistax għaldaqstant tiġi kkunsidrata, fiha nnifisha, li tikkostitwixxi ommissjoni qarrieqa.<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ving Sverige</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑122/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:299">EU:C:2011:299</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’dan il-mod, il-Qorti tal‑Ġustizzja ħalliet f’idejn il-qorti tar-rinviju l-obbligu li tivverifika jekk l-ommissjoni tal-modalitajiet ta’ kalkolu tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0082" ID="QS0082"/>prezz finali<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> tipprekludix, jew setgħetx tipprekludi lill-konsumatur milli jieħu deċiżjoni kummerċjali informata<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ving Sverige</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑122/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:299">EU:C:2011:299</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, anki jekk il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l‑ispejjeż ta’ trasport bħal dawk inkwistjoni fil-kuntest tat-tilwima fil-kawża prinċipali għandhom ikunu inklużi fil-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0083" ID="QS0083"/>prezz inklużi t-taxxi<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/> imsemmi fl‑Artikolu 7(4) tad-Direttiva 2005/29, xorta jibqa’ l-fatt li dispożizzjoni nazzjonali interpretata fis-sens li tipprekludi b’mod assolut l-istediniet għax-xiri li jippreżentaw b’mod separat il-prezz tal-prodotti u l-ammont tal-ispejjeż ta’ trasferiment mandatorji tmur lil hinn mil-livell ta’ protezzjoni offruta mid-Direttiva 2005/29 għaliex l-imsemmija direttiva jkollha bħala effett li tissanzjona, b’mod ġenerali, l-ommissjoni tat‑tagħrif importanti inkwistjoni – jiġifieri l-prezz inkluż l-ispejjeż mandatorji –, meta d-direttiva titlob evalwazzjoni każ b’każ tal‑konsegwenzi konkreti tal-imsemmija ommissjoni fuq l-aġir kummerċjali tal-konsumatur qabel ma tkun tista’ tikkwalifika l-prassi kummerċjali inkwistjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0084" ID="QS0084"/>żleali<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara, b’analoġija, il-punti 39 sa 41 tad-Digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cdiscount</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑13/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:560">EU:C:2015:560</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, id-dispożizzjoni Ġermaniża kif interpretata mill-qorti tar-rinviju twassal sabiex, fil-fatt, fiċ-ċirkustanzi kollha, tistabbilixxi prattika kummerċjali meqjusa żleali f’kull ċirkustanza; issa, tali prattiki huma elenkati b’mod limitat fl-Anness I tad-Direttiva 2005/29, li l-Artikolu 5(5) tagħha jipprevedi speċifikatament li l-imsemmi anness <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0085" ID="QS0085"/>[j]ista’ [t]ġi modifikat[...] biss permezz ta’ revizjoni tal-[imsemmija] direttiva<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Ara, b’analoġija, il-punti 38 u 39 tad-digriet <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Cdiscount</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑13/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:560">EU:C:2015:560</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jirriżulta li l‑Artikolu 7(4)(c) tad-Direttiva 2005/29 għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tagħrif importanti dwar il-prezz ma għandux, fil-kuntest ta’ stedina għax-xiri u jkunu xi jkunu ċ-ċirkustanzi, jieħu l-forma ta’ prezz finali globali li jinkludi mhux biss il-prezz tal-prodott iżda wkoll il‑komponenti l-oħra kollha tal-prezz finali li għandu jitħallas mill‑konsumatur. Fi kwalunkwe każ, in-natura żleali ta’ prattika kummerċjali fl-indikazzjoni tal-prezz fi stedina għax-xiri, kif iddefinita fl-imsemmi Artikolu 7(4)(c) għandha tiġi evalwata każ b’każ. Id‑Direttiva 2005/29 tipprekludi għalhekk dispożizzjoni nazzjonali interpretata fis-sens li tipprevedi projbizzjoni ġenerali, mingħajr evalwazzjoni każ b’każ li tippermetti li tiġi stabbilita n-natura żleali, ta’ reklam li jsemmi b’mod separat, il-prezz tal-vettura, minn naħa, u l-ammont tal-ispejjeż ta’ trasferiment mandatorji tal-imsemmija vettura, minn naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV –</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, nipproponi lill‑Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill‑Bundesgerichtshof (qorti federali tal-ġustizzja) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Dispożizzjoni nazzjonali interpretata fis-sens li tipprojbixxi, fi kwalunkwe ċirkustanza, il-prattika ta’ negozjant li jindika b’mod separat, f’reklam, il-prezz ta’ vettura, minn naħa, u l-ammont tal-ispejjeż mandatorji ta’ trasferiment tal-imsemmija vettura lill-konsumatur, min-naħa l-oħra, ma għandhiex taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal‑Kunsill, tas-<DATE ISO="19980216">16 ta’ Frar 1998</DATE>, dwar il‑protezzjoni tal-konsumatur fl‑indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi, li għandha bħala għan il-protezzjoni tal-konsumaturi, mhux dwar l‑indikazzjoni tal-prezzijiet b’mod ġenerali, iżda dwar l-indikazzjoni tal‑prezzijiet tal-prodotti offruti b’riferiment għal tipi differenti ta’ unitajiet tal‑kejl.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(4)(c) tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin‑negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal‑Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar il-prattiċi kummerċjali żleali”, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tagħrif importanti dwar il-prezz ma għandux, fil‑kuntest ta’ stedina għax-xiri u jkunu xi jkunu ċ-ċirkustanzi, jieħu l‑forma ta’ prezz finali globali li jinkludi mhux biss il-prezz tal-prodott iżda wkoll il-komponenti l-oħra kollha tal-prezz finali li għandu jitħallas mill-konsumatur. Fi kwalunkwe każ, in-natura żleali ta’ prattika kummerċjali fl-indikazzjoni tal-prezz fi stedina għax-xiri, kif iddefinita fl-imsemmi Artikolu 7(4)(c) għandha tiġi evalwata każ b’każ. Minn dan jirriżulta li d-Direttiva 2005/29 tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali interpretata fis-sens li tipprevedi projbizzjoni ġenerali, mingħajr evalwazzjoni każ b’każ li tippermetti li tiġi stabbilita n-natura żleali, ta’ reklam li jsemmi b’mod separat, il-prezz tal-vettura, minn naħa, u l-ammont tal-ispejjeż ta’ trasferiment mandatorji tal-imsemmija vettura, minn naħa l-oħra.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>