20.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 425/161


P9_TA(2020)0310

Ħatra ta' Julia Laffranque fil-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2020 dwar il-ħatra ta' Julia Laffranque fil-kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2020/2238(INS))

(2021/C 425/19)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra t-tieni paragrafu tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (B9-0368/2020),

A.

billi Julia Laffranque tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

1.

Jipproponi li Julia Laffranque tinħatar fil-kumitat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja.