31994D0324



Official Journal L 145 , 10/06/1994 P. 0023 - 0029
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0029
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 58 P. 0029


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta' Mejju 1994

li tistabbilixxi kondizzjonijiet speċjali li jirregolaw importazzjonijiet ta' prodotti ta'sajd u akwakultura li ġejjin mill-Indoneżja

(94/324/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta' saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tas-sajd [1], u b'mod partikolari Artikoli 11 dwar dan,

Billi espert tal-Kummissjoni żar l-Indoneżja sabiex jagħmel spezzjoni sabiex jivverifika l-kondizzjonijiet li taħthom jiġu magħmula, maħżuna u mibgħuta prodotti tas-sajd lill-Komunità;

Billi d-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni Indoneżjana dwar spezzjoni ta' saħħa u kontroll fuq prodotti tas-sajd jistgħu jitqiesu ekwivalenti għal dawk stabbiliti f'Direttiva 91/493/KEE;

Billi l-Ministeru ta' l-Agrikoltura, Direttorat Ġenerali dwar is-Sajd, l-awtorità kompetenti Indoneżjana, u d-dipartiment ta' l-ispezzjoni fil-Laboratorju tal-Provinċja għal Spezzjoni ta' Ħut u Kontroll tal-Kwalità, kapaċi jivverifikaw b'mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ;

Billi l-proċedura sabiex jinkiseb iċ-ċertifikat ta' saħħa li hemm referenza għalih f'Artikolu 11 (4) (a) ta' Direttiva 91/493/KEE għandha tkopri wkoll id-definizzjoni ta' ċertifikat abbozz, il-ħtiġijiet minimi dwar il-lingwa(/i) li fih ikun abbozzat u l-kwalifiki tal-persuna awtorizzata li tiffirmah;

Billi, b'mod konformi ma' l-Artikolu 11 (4) (b) ta' Direttiva 91/493/KEE, għandha titqiegħed marka fuq pakketti ta' prodotti tas-sajd li tagħti l-isem tat-tielet pajjiż u n-numru ta' approvazzjoni tad-ditta ta' oriġini;

Billi, b'mod konformi ma' Artikolu 11 (4) (ċ) ta' Direttiva 91/493/KEE, għandu jkun hemm lista ta' ditti approvati; billi dik il-lista għandha tinkiteb abbażi ta' komunikazzjoni mill-Ministeru ta' l-Agrikoltura, Direttorat Ġenerali tas-Sajd, lill-Kummissjoni; billi huwa f'idejn il-Ministeru ta' l-Agrikoltura, Direttorat Ġenerali dwar is-Sajd, li jiżgura konformità mad-disposizzjonijiet stabbiliti għal dak il-għan f'Artikolu 11 (4) ta' Direttiva 91/493/KEE;

Billi l-Ministeru ta' l-Agrikoltura, Direttorat Ġenerali dwar is-Sajd, ipprovda assigurazzjonijiet uffiċjali dwar konformità mar-regoli stabbiliti f'Kapitolu V ta' l-Anness għal Direttiva 91/493/KEE u dwar li jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ekwivalenti għal dawk stabbiliti b'dik id-Direttiva għall-approvazzjoni tad-ditti;

Filwaqt li l-miżuri li għalihom hemm provdut f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-fehma tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ministeru ta' l-Agrikoltura, Direttorat Ġenerali dwar is-Sajd (Laboratorju tal-Provinċja għal Spezzjoni tal-Ħut u Kontroll tal-Kwalità), għandu jkun l-awtorità kompetenti fl-Indoneżja li jivverifika u jiċċertifika l-konformita ta' prodotti ta' sajd u akkwakultura mal-ħtiġijiet ta' Direttiva 91/493/KEE.

Artikolu 2

Prodotti ta' sajd u akkwakultura li joriġinaw mill-Indoneżja, għandhom jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. kull kunsinna għandha tiġi akkumpanjata b'ċertifikat oriġinali tas-saħħa nnumerat, mimli, iffirmat, datat kif dovut u li jkun jinkludi folja waħda skond l-abbozz f'Anness A ta' din id-Deċiżjoni;

2. il-prodotti għandhom jaslu mingħand ditti approvati elenkati f'Anness B ta' din id-Deċiżjoni;

3. minbarra fil-każ ta' prodotti ta' sajd iffriżati fi kwantità u maħsuba għall-manifattura ta' ikel ippreservat, il-pakketti kollha għandhom juru l-kelma "Indoneżja" u n-numru ta' approvazzjoni tad-ditta ta' oriġini b'ittri li ma jitħasrux.

Artikolu 3

1. Iċ-ċertifikat li għalih hemm referenza f'Artikolu 2 (1) għandu jiġi fformulat f'ta' l-inqas lingwa uffiċjali waħda ta' l-Istat Membru fejn isiru l-kontrolli.

2. Iċ-ċertifikat għandu juri l-isem, kapaċità u firma tar-rappreżentant tal-Ministru ta' l-Agrikoltura, Direttorat Ġenerali dwar is-Sajd, u t-timbru uffiċjali ta' dan ta' l-aħħar b'kulur differenti minn dak ta' awtorizazzjonijiet oħra.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta' Awissu 1994.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 19 ta' Mejju 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 268, 24. 9. 1991, pġ. 15.

--------------------------------------------------

ANNESS A

ĊERTIFIKAT TA' SAĦĦA

għal prodotti tas-sajd u akwakultura li joriġinaw mill-Indoneżja u maħsuba għal esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Anness B

Lista ta' ditti approvati

A = Prodotti ta'sajd friski

B = Prodotti ta'sajd iffriżati

C = Prodotti ta'sajd ippriservati

D = Prodotti ta'sajd iffumigati, immelħin, imnixxfin jew immarinati.

Nru ta' approvazzjoni | Ditta | Indirizz | Approvazzjoni mogħtija sa |

001.09. B | PT Affi | Cirebon, West Java | Diċembru 1994 |

002.25. B | PT Asa Engineering | Minahasa, North Sulawesi | Mingħajr limitu |

003.07. B | PT Agung Jayasari Sakti | Palembang, South Sumatra | Diċembru 1994 |

004.13. B | PT Alam Niki Sakti | Tegal, Central Java | Diċembru 1994 |

005.27. B | PT Alfa Kurnia Fish Enterprise | Sorong, Irian Jaya | Mingħajr limitu |

006.11. B | PT Almina Utama | Cilacap, Central Java | Mingħajr limitu |

007.02. B | PT Amal Wahana | Medan, North Sumatra | Diċembru 1994 |

008.11. B | PT Aorta | Semarang, Central Java | Diċembru 1994 |

009.13. B | CV Armada Jaya | Pasuruan, East Java | Mingħajr limitu |

010.14. B | PT Balinusa Windumas | Denpasar, Bali | Mingħajr limitu |

011.24. B | PT Banggai Central Shrimp | Batui-Suwuh, Central Sulawesi | Mingħajr limitu |

012.22. B | PT Bonecom | Ujung Pandang, South Sulawesi | Diċembru 1994 |

013.10. B | PT Bonecom | Jakarta, Jakarta | Mingħajr limitu |

014.13. B | PT Buana Tirta Adijaya | Surabaya, East Java | Diċembru 1994 |

015.13. B | PT Bumi Menara Internusa | Surabaya, East Java | Mingħajr limitu |

016.09. B | PT Cahaya Windu | Kerawang, West Java | Mingħajr limitu |

017.13. B | PT Candi Jaya Amerta | Sidoarjo, East Java | Mingħajr limitu |

018.11. B | PT Cejamp | Semarang, Central Java | Diċembru 1994 |

019.11. B | PT Cenjaco | Cilacap, Central Java | Mingħajr limitu |

020.13. B | PT Central Windu | Sidoarjo, East Java | Mingħajr limitu |

021.22. B | PT Citra Arisco Mina | Ujung Pandang, South Sulawesi | Diċembru 1994 |

022.22. B | PT Dataran Bosowa | Ujung Pandang, South Sulawesi | Diċembru 1994 |

023.26. B | PT Daya Guna Samudra | Benjina, Ambon | Diċembru 1994 |

024.10. B | PT Dharma Mulia | Jakarta, Jakarta | Mingħajr limitu |

025.07. B | PT Dharma Niaga | Palembang, South Sumatra | Mingħajr limitu |

026.08. B | PT Dipasena Citra Darmaja | Lampung, Lampung | Mingħajr limitu |

027.13. B | PT Dua Mutiara | Sidoarjo, East Java | Mingħajr limitu |

028.27. B | PT Dwi Bina Utama | Sorong, Irian Jaya | Mingħajr limitu |

029.13. B | PT Emral Putera Mandiri | Surabaya, East Java | Mingħajr limitu |

030.13. B | PT Esgeha Utama | Situbondo, East Java | Diċembru 1994 |

031.09. B | PT Fega Aquafarmindo | Tangerang, West Java | Mingħajr limitu |

032.11. B | PT Fishindo Makmur Sentosa | Semarang, Central Java | Mingħajr limitu |

033.10. B | PT Galapagos Coindo | Jakarta, Jakarta | Diċembru 1994 |

034.13. B | PT Golden Great Wall Indonesia | Gresik, East Java | Mingħajr limitu |

035.02. B | PT Growth Pacific | Medan, North Sumatra | Mingħajr limitu |

036.10. B | PT Halimas Sakti Sejati | Jakarta, Jakarta | Mingħajr limitu |

037.18. B | PT Hipon Jaya Sakti | Pontianak, West Kalimantan | Diċembru 1994 |

038.10. B | PT Hotan Jaya Graha | Jakarta, Jakarta | Diċembru 1994 |

039.11. B | PT Ika Citra Fishtama | Pekalongan, Central Java | Diċembru 1994 |

040.13. B | PT Indaco Aneka Jaya | Pasuruan, East Java | Mingħajr limitu |

041.13. B | PT Indonusa Royal Seafood Corp. | Pasuruan, East Java | Mingħajr limitu |

042.09. B | PT Intimina Setiatama | Cirebon, West Java | Mingħajr limitu |

043.10. B | PT Irian Marine Product Development | Sorong, Irian Jaya | Mingħajr limitu |

044.13. B | PT Istana Cipta Sejahtera | Banyuwangi, East Java | Mingħajr limitu |

045.10. B | PT Jico Agung | Sumenep, East Java | Diċembru 1994 |

046.02. B | PT Juta Jelita | Medan, North Sumatra | Diċembru 1994 |

047.09. B | PT Kartika Abef Int. | Cirebon, West Java | Diċembru 1994 |

048.13. B | PT Karunia Terang Utama | Pasuruan, East Java | Diċembru 1994 |

049.13. B | PT Karya Manunggal Prima Sukses | Banyuwangi, East Java | Mingħajr limitu |

050.10. B | PT Kedamaian | Jakarta, Jakarta | Mingħajr limitu |

051.22. B | PT Kiju Shintaka | Ujung Pandang, South Sulawesi | Diċembru 1994 |

052.13. B | PT Ksatrya Bhakti | Surabaya, East Java | Mingħajr limitu |

053.07. B | PT Laura Indo | Palembang, South Sumatra | Diċembru 1994 |

054.07. B | PT Lestari Magris | Palembang, South Sumatra | Diċembru 1994 |

055.10. B | PT Lola Mina | Jakarta, Jakarta | Diċembru 1994 |

056.13. B | PT Mahkota Adinusa | Banyuwangi, East Java | Diċembru 1994 |

057.13. B | PT Makin Jaya Co. | Surabaya, East Java | Mingħajr limitu |

058.22. B | PT Marco Piposs | Ujung Pandang, South Sulawesi | Diċembru 1994 |

059.25. B | PT Mega Galaxy | Bitung, North Sulawesi | Mingħajr limitu |

060.13. B | PT Mega Marine | Pasuruan, East Java | Mingħajr limitu |

061.13. B | PT Minanusa Ikatama | Tarakan, East Kalimantan | Mingħajr limitu |

062.10. B | PT Merto International | Jakarta, Jakarta | Diċembru 1994 |

063.13. B | PT Mina Kencana Sejahtera | Sidoarjo, East Java | Mingħajr limitu |

064.13. B | PT Mina Mas Utama | Surabaya, East Java | Mingħajr limitu |

065.19. B | PT Misaja Mitra Co. | Kota Baru, South Kalimantan | Mingħajr limitu |

066.21. B | PT Misaja Mitra Sei Meriam | Samarinda, East Kalimantan | Diċembru 1994 |

067.21. B | PT Misaja Mitra Tarakan | Tarakan, East Kalimantan | Diċembru 1994 |

068.22. B | PT Mitra Kartika Sejati | Ujung Pandang, South Sulawesi | Diċembru 1994 |

069.13. B | PT Modern Sinar Jayantara | Surabaya, East Java | Mingħajr limitu |

070.13. B | PT Multi Prawn | Sidoarjo, East Java | Mingħajr limitu |

071.10. B | PT Naga Mas Sakti Perkasa | Jakarta, Jakarta | Mingħajr limitu |

072.13. B | PT Naga Mas Sakti Perkasa | Sidoarjo, East Java | Mingħajr limitu |

073.02. B | PT Native Prima | Medan, North Sumatra | Mingħajr limitu |

074.21. B | PT Nelayan Abadi Kalimantan | Tarakan, East Kalimantan | Diċembru 1994 |

075.13. B | PT Ocean Gemindo | Pasuruan, East Java | Diċembru 1994 |

076.10. B | PT Oerif Mangkudijaya | Jakarta, Jakarta | Diċembru 1994 |

077.10. B | PT Panggung Ent. | Jakarta, Jakarta | Diċembru 1994 |

078.25. B | PT Perikani Persero | Bitung, North Sumatra | Mingħajr limitu |

079.14. B | PT Perikanan Samudra Besar | Denpasar, Bali | Mingħajr limitu |

080.07. B | PT Prayasa Mina Tirta | Pangkal Pinang, South Sumatra | Diċembru 1994 |

081.13. B | PT Propita Bangun | Sidoarjo, East Java | Diċembru 1994 |

082.02. B | PT Pulau Salju Indah Lestari | Tj. Balai Asahan, North Sumatra | Mingħajr limitu |

083.10. B | PT Pumar | Jakarta, Jakarta | Mingħajr limitu |

084.14. B | PT Puri Rasa Food | Tabanan, Bali | Mingħajr limitu |

085.14. B | PT Puskund Mina Baruna | Semarang, Central Java | Diċembru 1994 |

086.25. B | PT Ratatotok | Bitung, North Sulawesi | Mingħajr limitu |

087.02. B | PT Red Ribbon | Medan, North Sumatra | Mingħajr limitu |

088.13. B | PT Ridla Alam | Surabaya, East Java | Diċembru 1994 |

089.21. B | PT Samarinda Cendana | Samarinda, East Kalimantan | Diċembru 1994 |

090.22. B | PT Samasan Multi Windu | Maros, South Sulawesi | Diċembru 1994 |

091.10. B | PT Sandimas Akuatek | Jakarta, Jakarta | Mingħajr limitu |

092.25. B | PT Sapta Forta Universal | Gorontalo, North Sulawesi | Mingħajr limitu |

093.13. B | PT Sari Tirta Jaya | Banyuwangi, East Java | Mingħajr limitu |

094.11. B | PT Sekar Abadi Jaya | Semarang, Central Java | Diċembru 1994 |

095.13. B | PT Sekar Bumi I | Sidoarjo, East Java | Mingħajr limitu |

096.13. B | PT Sekar Bumi II | Surabaya, East Java | Mingħajr limitu |

097.13. D | PT Sekar Laut | Sidoarjo, East Java | Mingħajr limitu |

098.10. B | PT Sekar Mulya Jakarta | Jakarta, Jakarta | Mingħajr limitu |

099.13. B | PT Sekar Mulya Sidoarjo | Sidoarjo, East Java | Mingħajr limitu |

100.18. B | PT Sekar Mulya Pontianak | Pontianak, West Kalimantan | Mingħajr limitu |

101.22. B | PT Sipu Mutiara Indah | Bone, South Sulawesi | Diċembru 1994 |

102.22. B | PT Sitto Mas | Ujung Pandang, South Sulawesi | Mingħajr limitu |

103.27. B | PT Sky Line Kurnia | Jayapura, Irian Jaya | Diċembru 1994 |

104.14. B | PT Soejasch Bali | Denpasar, Bali | Mingħajr limitu |

105.22. B | PT Sulawesi Agro Utama | Bone, South Sulawesi | Mingħajr limitu |

106.21. B | PT Sumber Kalimantan Abadi | Tarakan, East Kalimantan | Diċembru 1994 |

107.05. B | PT Sumber Laut Utama | Jambi, Jambi | Diċembru 1994 |

108.13. B | PT Suritani Pemuka | Banyuwangi, East Java | Mingħajr limitu |

109.13. B | PT Surya Adikumala Abadi | Sidoarjo, East Java | Mingħajr limitu |

110.13. B | PT Surya Alam Tunggal | Sidoarjo, East Java | Mingħajr limitu |

111.18. B | PT Surya Rejeki Kita | Pontianak, West Kalimantan | Mingħajr limitu |

112.22. B | PT South Suco | Ujung Pandang, South Sulawesi | Mingħajr limitu |

113.02. B | PT Tambak Sari Jalmorejo | Medan, North Sumatra | Diċembru 1994 |

114.22. B | PT Tani Abadi Sulawesi | Wetampone, South Sulawesi | Diċembru 1994 |

115.02. B | PT Tanjung Bedagai Indah | Medan, North Sumatra | Mingħajr limitu |

116.18. B | PT Tekad Andhika Dharma | Bima, West Nusa Tenggara | Mingħajr limitu |

117.27. B | PT Teluk Bintuni | Monokwari, Irian Jaya | Diċembru 1994 |

118.02. B | PT Timur Jaya Cs. | Tj. Balai Asahan, North Sumatra | Mingħajr limitu |

119.11. B | PT Tirta Raya Mina | Pekalongan, Central Java | Diċembru 1994 |

120.13. D | PT Titani Alam Semesta | Surabaya, East Java | Mingħajr limitu |

121.02. B | PT Udang Mas Inti Pertiwi | Medan, North Sumatra | Mingħajr limitu |

122.20. B | PT Ujung Timur (Kumai) | Kumai, Central Kalimantan | Mingħajr limitu |

123.18. B | PT Ujung Timur (Pontianak) | Pontianak, West Kalimantan | Mingħajr limitu |

124.01. B | PT Ujung Timur Unit Langsa | Langsa, Aceh | Mingħajr limitu |

125.09. B | PT Ujung Timur Cirebon | Cirebon, West Java | Mingħajr limitu |

126.13. B | PT Ujung Timur Sidoarjo | Sidoarjo, East Java | Mingħajr limitu |

127.13. B | PT Ujung Timur I | Banyuwangi, East Java | Diċembru 1994 |

128.13. B | PT Ujung Timur II | Banyuwangi, East Java | Diċembru 1994 |

129.10. B | PT Ujung Timur Jakarta | Jakarta, Jakarta | Diċembru 1994 |

130.27. B | PT Usaha Mina | Sorong, Irian Jaya | Mingħajr limitu |

131.13. B | PT Varia Indowin Perkasa | Surabaya, East Java | Mingħajr limitu |

132.22. B | PT Wahyu Utama Sakti | Ujung Pandang, South Sulawesi | Mingħajr limitu |

133.27. B | PT West Irian Fishing Industry | Sorong, Irian Jaya | Mingħajr limitu |

134.13. B | PT Windu Blambangan | Banyuwangi, East Java | Mingħajr limitu |

135.13. B | PT Windu Mutiara | Banyuwangi, East Java | Mingħajr limitu |

136.10. B | PT Wirontono Cs. | Jakarta, Jakarta | Mingħajr limitu |

137.19. B | PT Wirontono Cs. | Banjarmasin, South Kalimantan | Mingħajr limitu |

138.13. B | PT Aneka Tuna Indonesia | Malang, East Java | Mingħajr limitu |

138.13. C | PT Aneka Tuna Indonesia | Malang, East Java | Mingħajr limitu |

139.13. C | PT Avila Prima | Banyuwangi, East Java | Mingħajr limitu |

140.14. C | PT Bali Maya Permai | Pekalongan, Central Java | Diċembru 1994 |

141.14. C | PT Bali Maya Permai | Negara, Bali | Diċembru 1994 |

142.14. C | PT Bali Raya | Denpasar, Bali | Mingħajr limitu |

143.14. C | PT Bali Raya Cab Negara | Negara, Bali | Diċembru 1994 |

144.02. C | PT Medan Tropical Canning & Frozen Industries | Medan, North Sumatra | Mingħajr limitu |

144.13. C | PT Blambangan Raya | Banyuwangi, East Java | Diċembru 1994 |

145.25. C | PT Deho Canning | Bitung, North Sulawesi | Mingħajr limitu |

146.25. C | PT Esthada Pesca | Bitung, North Sulawesi | Diċembru 1994 |

147.08. C | PT Keong Nusantara Abadi | Lampung, Lampung | Mingħajr limitu |

148.13. C | PT Maya Muncar | Banyuwangi, East Java | Mingħajr limitu |

149.02. B | PT Medan Tropical Canning & Frozen Industries | Medan, North Sumatra | Mingħajr limitu |

150.02. C | PT Native Prima | Medan, North Sumatra | Mingħajr limitu |

151.13. C | PT Rex Canning | Pasuruan, East Java | Mingħajr limitu |

152.25. C | PT Sinar Pure Food | Bitung, North Sulawesi | Mingħajr limitu |

153.25. C | PT Union Pacific | Bitung, North Sulawesi | Diċembru 1994 |

--------------------------------------------------