8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 111/3


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10637 – CERTAS / ENGIE SOLUTIONS / SSEC JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 111/03)

1.   

Fit-28 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Certas Energy France (“Certas”, Franza), ikkontrollata minn DCC plc (“DCC”, l-Irlanda),

—

Engie Energies Service - Engie Solutions (“Engie Solutions”, Franza), ikkontrollata minn Engie SA (“Engie”, Franza),

—

SSEC (Franza).

Certas u Engie jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ SSEC.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Certas: it-tħaddim ta’ stazzjonijiet ta’ servizz fi Franza fuq in-network tal-awtostrada u tat-toroq. Il-kumpanija prinċipali tagħha DCC hija attiva globalment f’erba’ diviżjonijiet f’diversi oqsma tal-industrija bħat-teknoloġija, il-kura tas-saħħa, l-LPG mibjugħ bl-imnut u ż-żejt,

—

Engie Solutions: il-forniment ta’ servizzi relatati mal-ġestjoni tal-enerġija fi Franza. Il-kumpanija prinċipali tagħha Engie hija attiva globalment fil-provvista ta’ gass, elettriċità u servizzi relatati mal-ġestjoni tal-enerġija,

—

SSEC: impriża bi sħab (joint venture, JV) li għadha kif ġiet stabbilita, li se tkun attiva fl-installazzjoni u t-tħaddim ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi fi Franza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10637 – CERTAS / ENGIE SOLUTIONS / SSEC JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Postal address:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.