|
15.2.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 41/24 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL
tat-12 ta’ Frar 2008
dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (id-Disa’ EDF) għas-sena finanzjarja 2006
(2008/118/KE)
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1) u emendat fil-Lussemburgu (il-Gran Dukat ta’ Lussemburgu) fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2),
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta’ l-għajnuna Komunitarja taħt il-Protokoll Finanzjarju għall-Ftehim ta’ Sħubija ACP-KE (3) li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, id-Disa’ Fond Ewropew għall-Żvilupp (id-Disa’ EDF), u partikolarment l-Artikolu 32(3) ta’ dak il-Ftehim,
Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tas-27 ta’ Marzu 2003 applikabbli għad-9 Fond Ewropew għall-Żvilupp (4), u partikolarment l-Artikoli 96 sa 103 tiegħu,
Wara li eżamina l-kont tad-dħul u ta’ l-infiq u l-balance sheet relatati ma’ l-operazzjonijiet tad-Disa’ EDF kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2006 u r-rapport tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2006 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),
Billi:
|
(1) |
Skond l-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tad-Disa’ EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill. |
|
(2) |
L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni ta’ l-operazzjonijiet tad-Disa’ EDF matul is-sena finanzjarja 2006 kienet sodisfaċenti, |
B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tad-Disa’ EDF għas-sena finanzjarja 2006.
Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
A. BAJUK
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(2) ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4.