|
20.11.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 309/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 99/2008
tas-26 ta' Settembru 2008
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2008 tas-6 ta' Ġunju 2008 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 61/2008 tal-24 ta' Jannar 2008 li jemenda l-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 li jistabbilixxi proċedura tal-Komunità għal iffissar ta’ limiti massimi ta’ residwi ta’ prodotti mediċinali veterinarji fi prodotti tal-ikel li joriġina mill-annimali, fir-rigward ta’ dinoprostone (2) għandu jkun inkorporat mal-Ftehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied f'punt 14 (Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2377/90) tal-Kapitolu XIII tal-Anness II tal-Ftehim:
|
“— |
32008 R 0061: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 61/2008 tal-24 ta' Jannar 2008 (ĠU L 22, 25.1.2008, p. 8).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 61/2008 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-27 ta' Settembru 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Settembru 2008.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
L-A.S.T. Prinz Nikolaus von LIECHTENSTEIN
(1) ĠU L 257, 25.9.2008, p. 25
(*1) M’huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.