23.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 280/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1038/2008

tat-22 ta’ Ottubru 2008

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 fir-rigward tal-limiti tal-qbid għall-istokk tal-laċċ ikħal fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa u IV

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 tas-16 ta' Jannar 2008 li jistabbilixxi għall-2008 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limit[azzjonijiet] tal-qbid (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Limiti preliminari għall-qbid għal-laċċ ikħal fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa u IV huma stipulati fl-Annessi IA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008.

(2)

Skond l-Artikolu 5(5) ta' dak ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tirrevedi l-limiti tal-qbid fid-dawl ta' l-informazzjoni xjentifika miġbura matul l-ewwel semestru ta' l-2008.

(3)

Fid-dawl ta' l-informazzjoni xjentifika miġbura fl-ewwel semestru ta' l-2008, il-limiti tal-qbid għal-laċċ ikħal fiż-żoni konċernati għandhom jiġu aġġustati.

(4)

Il-laċċ ikħal hija speċi li ma tgħix għal żmien twil. Għaldaqstant, il-limiti tal-qbid għandhom jiġu implimentati malajr kemm jista' jkun, sabiex jiġi evitat dewmien li jista' jwassal għal sajd żejjed ta' l-istokk.

(5)

L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

(6)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 huwa emendat skond l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 40/2008,

L-annotazzjoni dwar l-istokk tal-laċċ ikħal fl-ilmijiet tal-KE taż-żoni ICES IIa u IV għandha tinbidel b'li ġej:

“Speċi

:

Laċċ ikħal

Sprattus sprattus

Żona

:

l-ilmijiet tal-KE taż-żoni IIa u IV

SPR/2AC4-C

Il-Belġju

1 729

 

Id-Danimarka

136 826

 

Il-Ġermanja

1 729

 

Franza

1 729

 

L-Olanda

1 729

 

L-Iżvezja

1 330  (1)

 

Ir-Renju Unit

5 705

 

Il-KE

150 777

 

In-Norveġja

10 063  (2)

 

Il-Gżejjer Faroe

9 160  (3)  (4)  (5)

 

TAC

170 000

TAC Prekawzjonali
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.
L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

(1)  Inkluż iċ-ċiċċirell.

(2)  Jistgħu jinqabdu biss fl-ilmijiet tal-KE taż-żona ICES IV.

(3)  Din il-kwantità tista' tiġi mistada fiż-żoni ta' l-ICES IV u VIa fit-Tramuntana ta' 56°30′N. Kwalunkwe qabdiet inċidentali ta' stokkafixx għandhom jinqatgħu mill-kwota għall-istokkafixx stabbilita għaż-żoni ta' l-ICES VIa, VIb u VII.

(4)  Jistgħu jinqabdu 1 832 tunnellata bħala aringi fis-sajd bi xbieki bil-qies tal-malji iżgħar minn 32mm. Jekk il-kwota ta' 1 832 tunnellata ta' aringi tiġi eżawrita, is-sajd kollu bi xbieki bil-qies tal-malji iżgħar minn 32mm huwa pprojbit.

(5)  Qabdiet li jsiru fis-sajd ta' monitoraġġ, li jikkorispondu għal 2 % ta' l-isforz li jsir mill-Istati Membri u sa massimu ta' 2 500 tunnellata jistgħu jkunu ċiċċirell.”