|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2236 |
9.11.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 80/2023
tat-28 ta’ April 2023
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/2236]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2086 tal-5 ta’ Lulju 2021 li jemenda l-Annessi II u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-għan li jiżdiedu l-imlieħ tal-fosfat preċipitati u d-derivati tagħhom bħala kategorija ta’ materjal komponent fil-prodotti fertilizzanti tal-UE (1) għabdu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2087 tas-6 ta’ Lulju 2021 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bil-għan li jiżdiedu l-materjali tal-ossidazzjoni termali u d-derivati tagħhom bħala kategorija ta’ materjal komponent fil-prodotti fertilizzanti tal-UE (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2088 tas-7 ta’ Lulju 2021 li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bil-għan li jiżdiedu l-materjali ta’ piroliżi u ta’ gassifikazzjoni bħala kategorija ta’ materjal komponent fil-prodotti fertilizzanti tal-UE (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-ŻEE. |
|
(4) |
Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 1 (ir-Regolament (KE) Nru 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIV tal-Anness II tal-Ftehim dwar iż-ŻEE:
|
“- |
32021 R 2086: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2086 tal-5 ta’ Lulju 2021 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 120), |
|
- |
32021 R 2087: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2087 tas-6 ta’ Lulju 2021 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 130), |
|
- |
32021 R 2088: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/2088 tas-7 ta’ Lulju 2021 (ĠU L 427, 30.11.2021, p. 140).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti Delegati (UE) 2021/2086, (UE) 2021/2087 u (UE) 2021/2088 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li se jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-29 ta’ April 2023, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*1), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 77/2022 tat-28 ta’ April 2023 (4), skont liema data tkun l-iżjed tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2023.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Nicolas VON LINGEN
(1) ĠU L 427, 30.11.2021, p. 120.
(2) ĠU L 427, 30.11.2021, p. 130.
(3) ĠU L 427, 30.11.2021, p. 140.
(*1) Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.
(4) ĠU L, 2023/2233, 9.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/2023/2233/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2236/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)