31999D0343



Official Journal L 131 , 27/05/1999 P. 0070 - 0071


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-25 ta’ Mejju 1999

li temenda d-Deċiżjoni 97/468 KE dwar it-tfassil ta’ listi proviżorji ta’ stabbilimenti f’pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ laħam tas-selvaġġina

(notifikata bid-dokument numru C(1999) 1373)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(1999/343/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Kumitat Veterinarju Ewropew Permanenti,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/408/KE tat-22 ta’ Ġunju 1995 dwar il-kondizzjonijiet biex jitfaslu, għal perjodu interim, listi proviżorji ta’ organizzazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi li minnhom Stati Membri huma awtorizzati li jimportaw xi prodotti li joriģinaw mill-annimali, prodotti tas-sajd jew molluski bivalvi ħajjin [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 98/603/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 2(1) tagħha,

(1) Billi listi proviżorji ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam tas-selvaġġina ġew stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/468/EC [3];

(2) Billi t-Tuniżija bagħtet lista ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam tas-selvaġġina u li għalihom l-awtoritajiet responsabbli jiċċertifikaw li l-istabbilimenti jkunu skond ir-regoli tal-Komunita;

(3) Billi lista proviżorja ta’ stabbilimenti li jipproduċu laħam tas-selvaġġina tista titfassal għat-Tuniżija;

(4) Billi l-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jaqblu ma’ l-opinjoni tal-Komunita

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI

L-Artikolu 1

It-test ta’ l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huwa miżjud ma’ l-Anness tad-Deċiżjoni 97/468/KE.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-25 ta’ Mejju 1999.

L-Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fil-25 ta’ Mejju 1999.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 243, tal-11.10.1995, p.17.

[2] ĠU L 289, tat-28.10.1998, p.36.

[3] ĠU L 199, tas-26.7.1997, p.30.

--------------------------------------------------

ANNEXOBILAGANHANGΠAPAPTHMAANNEXANNEXEALLEGATOBIJLAGEANNEXOLIITEBILAGA

"Pais: TUNEZLand: TUNESIENLand: TUNESIENXwpa: TYNHEIACountry: TUNISIA/Pays: TUNISIEPaese: TUNISIALand: TUNESIEPais: TUNISIAMaa: TUNISIALand: TUNISIEN

1 | 2 | 3 | 4 | 5 |

G 001 | Sotex-Luda | La Mornaghia | | C" |

--------------------------------------------------