|
17.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10056 — PSPIB/Tishman Speyer/Carré Saint Germain)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 392/04)
1.
Fl-10 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Tishman Speyer Crown Equities 2007 L.L.C. (“Tishman Speyer”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada), |
|
— |
Carré Saint Germain (“il-Kumpanija fil-Mira”, Franza) |
Tishman Speyer u PSPIB jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Tishman Speyer: is-sjieda, l-iżvilupp, il-ġestjoni tal-fondi u t-tħaddim ta’ proprjetà immobbli kummerċjali u residenzjali fl-Istati Uniti tal-Amerka, fl-Ewropa, fl-Amerka Latina u fl-Asja. |
|
— |
PSPIB: ġestjoni ta’ portafoll globali diversifikat li jinkludi stokks u bonds, u investiment ta’ kontribuzzjonijiet netti għal fondi tal-pensjonijiet taħt il-ġestjoni tagħha f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat. |
|
— |
il-Kumpanija fil-Mira: sjieda ta’ proprjetà immobbli kummerċjali, Carré Saint Germain , li tinsab f’Pariġi, Franza attwalment mikrija lil taħlita ta’ utenti bl-imnut u tal-uffiċċju. Qabel il-konċentrazzjoni, il-Kumpanija fil-Mira hija finalment proprjetà ta’ AXA Real Estate. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10056 — PSPIB/Tishman Speyer/Carré Saint Germain
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).