<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-449/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021TO0449</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2022:394">EU:T:2022:394</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal-20/6/2022 – Kawża T‑449/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Natixis vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti Ġenerali</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20220620">20 ta’ Ġunju 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Kwistjoni proċedurali</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ rappreżentanza minn avukat awtorizzat sabiex jeżerċita biss quddiem il-qrati tar-Renju Unit f’waħda mill-ipoteżijiet previsti b’mod eżawrjenti mill-Artikolu 91(2) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u mill-Euratom</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ rappreżentanza minn avukat awtorizzat sabiex jipprattika quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor li huwa parti għall-Ftehim ŻEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża T‑449/21,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Natixis</HT>, stabbilita f’Pariġi (Franza), irrappreżentata minn J.‑J. Lemonnier, L. Ghebali, avukati, J. Stratford, E. Neil, barristers, u M. García, solicitor,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P>Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn M. Farley, T. Franchoo u I. Söderlund, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn J. Svenningsen (Relatur), President, R. Barents u C. Mac Eochaidh, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat it-talba tar-rikorrenti ppreżentata, skont l-Artikolu 130(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, fl‑<DATE ISO="20220314">14 ta’ Marzu 2022</DATE> u intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tirrikonoxxi lil R. Howell, barrister, u E. Davis, solicitor, bħala r-rappreżentanti tagħha f’din il-kawża, kif ukoll l-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni fuq din it-talba,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, Natixis, titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021) 3489 finali tal‑<DATE ISO="20210520">20 ta’ Mejju 2021</DATE> dwar proċediment taħt l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.40324 – Bonds tal-Gvernijiet Ewropej) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), sa fejn din tikkonċernaha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20200201">1 ta’ Frar 2020</DATE> daħal fis-seħħ il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="029" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 29, p. 7</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Ftehim dwar il-ħruġ<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), skont l-Artikolu 185 tiegħu. Konsegwentement, sa minn din id-data, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq ma għadux Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-Ftehim dwar il-ħruġ kien ippreveda, fl-Artikolu 126 tiegħu, perijodu tranżitorju, li ntemm fil‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>, li matulu d-dritt tal-Unjoni kien applikabbli għar-Renju Unit, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja prevista f’dan il-ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni u r-Renju Unit huma issa rregolati, b’mod partikolari, mill-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2021">ĠU 2021, L 149, p. 10</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fid‑dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fir-rikors ippreżentat, fil-kuntest ta’ din l-azzjoni, fit‑<DATE ISO="20210730">30 ta’ Lulju 2021</DATE>, ir-rikorrenti indikat li kienet irrappreżentata minn J. Stratford, R. Howell, barristers, J.-J. Lemonnier, avukat, E. Davis u M. García, solicitors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ R. Howell, E. Davis u M. Garcia, il-Qorti Ġenerali rċeviet, bħala dokumenti ta’ leġittimazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 51(2) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, attestazzjoni mill-General Council of the Bar of England and Wales (il-Kunsill Ġenerali tal-Kamra tal-Avukati tal-Ingilterra u ta’ Wales, ir-Renju Unit) li tiddikjara li R. Howell għandu status ta’ barrister, attestazzjoni mis-Solicitors Regulation Authority (l-Awtorità Regolatorja tas-Solicitors, ir-Renju Unit) li tiddikjara li E. Davis għandu l-istatus ta’ solicitor u kif ukoll attestazzjoni minn din l-istess awtorità li tiddikjara li M. García għandha l-istatus ta’ solicitor u attestazzjoni mill-Kamra tal-Avukati ta’ Pariġi li tiddikjara li M. García hija rreġistrata ma’ din il-kamra bit-titolu ta’ oriġini tagħha (solicitor) skont id-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="19980216">16 ta’ Frar 1998</DATE> sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 83).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20211011">11 ta’ Ottubru 2021</DATE>, ir-rikorrenti talbet lill-Qorti Ġenerali tagħti spjegazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw id-deċiżjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali tas‑<DATE ISO="20210907">7 ta’ Settembru 2021</DATE> li permezz tagħha dan irrifjuta li jawtorizza lil R. Howel, E. Davis u M. García sabiex jirrappreżentawha f’din il-proċedura, għar-raġuni li, fid-dawl tad-dokumenti ta’ leġittimazzjoni prodotti, dawn kienu awtorizzati jipprattikaw il-professjoni tagħhom biss quddiem il-qrati tar-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, adottati fuq il-bażi tal-Artikoli 89 u 90 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha kif ukoll tal-Artikolu 24(2) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ġenerali, minn naħa waħda, staqsiet lill-partijiet dwar is-sitwazzjoni ta’ M. García, li bbażat ruħha fuq dokument ta’ leġittimazzjoni stabbilit mill-Kamra tal-Avukati ta’ Pariġi skont id-Direttiva 98/5, u, min-naħa l-oħra, talbet lill-Gvern Franċiż informazzjoni dwar l-eventwali fakultà rrikonoxxuta lil avukat awtorizzat jipprattika l-professjoni tiegħu fir-Renju Unit li jipprattika quddiem il-qrati Franċiżi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Bi tweġiba, ir-rikorrenti informat lill-Qorti Ġenerali li M. García kienet ukoll awtorizzata tipprattika l-professjoni tagħha quddiem il-qrati Irlandiżi u pprovdiet id-dokument ta’ leġittimazzjoni li jikkonferma dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan l-element ġdid, M. García ġiet awtorizzata tirrappreżenta lir-rikorrenti f’din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑<DATE ISO="20220314">14 ta’ Marzu 2022</DATE>, ir-rikorrenti talbet mill-ġdid lill-Qorti Ġenerali tipprovdilha spjegazzjonijiet dwar ir-raġunijiet li għalihom R. Howell u E. Davis ma kinux ġew awtorizzati jirrappreżentawha f’din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 130(2), (5) u (7) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk parti titlob, permezz ta’ att separat, li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi dwar kwistjoni proċedurali, din għandha tiddeċiedi mill-iktar fis possibbli dwar din it-talba, wara li tkun iffissat terminu għall-partijiet l-oħra sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub dwarha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fit-terminu stabbilit, hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba tar-rikorrenti intiża sabiex din tkun irrappreżentata minn R. Howell u E. Davis, li għalihom ġew ippreżentati lill-Qorti Ġenerali biss dokumenti ta’ leġittimazzjoni li jiċċertifika li huma awtorizzati jipprattikaw il-professjoni tagħhom quddiem il-qrati tar-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li, fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti hija validament irrappreżentata minn diversi avukati, barristers u solicitor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Għaldaqstant, din il-kwistjoni proċedurali ma għandha ebda konsegwenza fuq l-ammissibbiltà tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-mertu, għandu jitfakkar, għal dak li jikkonċerna r-rappreżentanza quddiem il-qrati tal-Unjoni ta’ parti mhux imsemmija fl-ewwel żewġ paragrafi tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li t-tielet u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 19 ta’ dan l-Istatut, applikabbli għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali konformement mal-Artikolu 56 tal-imsemmi Statut, jipprevedu żewġ kundizzjonijiet distinti u kumulattivi, jiġifieri, l-ewwel waħda, li l-partijiet mhux previsti mill-ewwel żewġ paragrafi tal-imsemmi Artikolu 19 għandhom ikunu rrappreżentati minn avukat u, it-tieni waħda, li avukat awtorizzat jipprattika quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor parti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 52, p. 3) biss jista’ jirrappreżenta jew jassisti parti quddiem il-qrati tal-Unjoni (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20220324">24 ta’ Marzu 2022</DATE>, <NAME.CASE>PJ u PC vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑529/18 P u C‑531/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:218">EU:C:2022:218</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u d-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211207">7 ta’ Diċembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Daimler vs EUIPO – Volkswagen (IQ)</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑422/21</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:888">EU:T:2021:888</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward ta’ rikors bħal dan ir-rikors, għandhom qabelxejn jittieħdu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet eventwalment rilevanti tal-ftehimiet internazzjonali bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni, jiġifieri l-Ftehim dwar il-ħruġ u kif ukoll il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li l-Artikoli 87, 90 sa 92 u 95 tal-Ftehim dwar il-ħruġ, moqrija flimkien, jipprevedu, essenzjalment, li avukat awtorizzat jipprattika l-professjoni tiegħu quddiem il-qrati tar-Renju Unit jista’ jirrappreżenta jew jassisti parti quddiem il-Qorti Ġenerali f’każijiet elenkati b’mod eżawrjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-ewwel, skont l-Artikolu 91(1) tal-Ftehim dwar il-ħruġ u fl-istat tat-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali, avukat li kien jirrappreżenta parti fil‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE> jista’ jkompli jirrappreżentaha jew jassistiha f’rikors ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>It-tieni, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 91(2) tal-Ftehim dwar il-ħruġ, moqri flimkien mal-Artikolu 95(1) u (3) ta’ dan il-ftehim, u fl-istat tat-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali, avukat awtorizzat jipprattika l-professjoni tiegħu quddiem il-qrati tar-Renju Unit jista’ jirrappreżenta jew jassisti lil parti quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kuntest ta’ rikorsi għal annullament diretti kontra d-deċiżjonijiet adottati mill-istituzzjonijiet, korpi u organi tal-Unjoni qabel il‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE> u li tagħhom ir-Renju Unit jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi residenti jew stabbiliti fir-Renju Unit huma destinatarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-istess japplika fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet, tal-korpi u tal-organi tal-Unjoni li tagħhom ir-Renju Unit jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrisjedu jew li huma stabbiliti fir-Renju Unit huma destinatarji u li ġew adottati wara l‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>, jew fil-kuntest ta’ proċeduri li japplikaw l-Artikoli 107 u 108 TFUE għal għajnuna mogħtija qabel l‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE> u miftuħa qabel l‑<DATE ISO="20241231">31 ta’ Diċembru 2024</DATE>, jew, bħal f’dan il-każ, fil-kuntest ta’ proċeduri li japplikaw l-Artikoli 101 jew 102 TFUE miftuħa qabel il‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>, jew fil-kuntest ta’ proċeduri li japplikaw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal‑<DATE ISO="20040120">20 ta’ Jannar 2004</DATE> dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40), miftuħa qabel il‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>, jew fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) dwar ċerti allegati okkorrenzi ta’ ksur elenkati b’mod eżawrjenti u miftuħa qabel il‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>, jew fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) miftuħa qabel il‑<DATE ISO="20241231">31 ta’ Diċembru 2024</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>It-tielet, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 91(2) tal-Ftehim dwar il-ħruġ, moqri flimkien mal-Artikolu 90 tiegħu, u fl-istat tat-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali, avukat awtorizzat jipprattika l-professjoni tiegħu quddiem il-qrati tar-Renju Unit jista’ jirrappreżenta jew jassisti lil dan l-Istat quddiem il-Qorti Ġenerali fil-proċeduri li fihom dan l-Istat iddeċieda li jintervjeni skont il-punt (c) tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 90 tal-Ftehim dwar il-ħruġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Issa, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, dan ir-rikors ma jikkorrispondi għal ebda waħda mill-ipoteżijiet previsti b’mod eżawrjenti mill-Ftehim dwar il-ħruġ u mfakkra fil-punti 18 sa 22 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Ċertament, dan ir-rikors ġie ppreżentat wara l‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE> u huwa dirett kontra deċiżjoni adottata fi tmiem proċedura li kienet pendenti fil‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE> u li tapplika l-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, mid-deċiżjoni kkontestata kif ukoll mid-dokumenti ppreżentati mir-rikorrenti skont l-Artikolu 78(4) tar-Regoli tal-Proċedura jirriżulta li din hija kumpannija b’responsabbiltà limitata rregolata mid-dritt Franċiż u stabbilita fi Franza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għaldaqstant, id-deċiżjoni kkontestata ma tistax titqies, fir-rigward tar-rikorrenti, li għandha bħala destinatarja persuna ġuridika stabbilita fir-Renju Unit, kif meħtieġ mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 91(2) tal-Ftehim dwar il-ħruġ, moqri flimkien mal-Artikolu 95(1) u (3) ta’ dan il-ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax titqiegħed f’dubju mill-fatt li destinatarji oħra tal-istess deċiżjoni, jiġifieri NatWest Group plc u Nomura International plc, huma, min-naħa tagħhom, stabbiliti fir-Renju Unit, billi, skont ġurisprudenza stabbilita, deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 101 TFUE, minkejja li tkun redatta u ppubblikata fil-forma ta’ deċiżjoni waħda, għandha tiġi analizzata bħala ġabra ta’ deċiżjonijiet individwali li jikkonstataw fir-rigward ta’ kull waħda mill-kumpanniji destinatarji l-ksur jew l-okkorrenzi ta’ ksur imputabbli lilha u li jimponulha, skont il-każ, multa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021015">15 ta’ Ottubru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Limburgse Vinyl Maatschappij <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑238/99 P, C‑244/99 P, C‑245/99 P, C‑247/99 P, C‑250/99 P sa C‑252/99 P u C‑254/99 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:582">EU:C:2002:582</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-istess jgħodd għall-allegazzjoni tar-rikorrenti li din tal-aħħar hija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>stabbilita<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> fir-Renju Unit bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>overseas company<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, peress li jirriżulta mid-dokumenti pprovduti minnha, u b’mod partikolari minn dak maħruġ mill-Companies House (ir-Reġistru tal-Kummerċ u tal-Kumpanniji, ir-Renju Unit), li hija biss irreġistrata u mhux stabbilita f’dan l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, bl-ebda mod ma jirriżulta mid-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211207">7 ta’ Diċembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>IQ</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑422/21</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:888">EU:T:2021:888</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li huma biss l-avukati awtorizzati jipprattikaw il-professjoni tagħhom quddiem il-qrati tar-Renju Unit li jistgħu jirrappreżentawha fil-kuntest ta’ dan ir-rikors. Fil-fatt, ir-rikors fil-kawża li tat lok għal dak id-digriet ġie miċħud bħala manifestament inammissibbli, fin-nuqqas ta’ rappreżentanza tar-rikorrenti minn avukat awtorizzat jipprattika l-professjoni tiegħu quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor li huwa parti għall-Ftehim ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, jekk jitqies li r-rikorrenti qiegħda tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 94(2) tal-Ftehim dwar il-ħruġ, huwa biżżejjed li jiġi rrilevat, kif jirriżulta mit-titolu li taħtu jinsab dan l-artikolu, li d-dritt ta’ rappreżentanza jew ta’ assistenza rrikonoxxut minn din id-dispożizzjoni lill-avukati awtorizzati jipprattikaw il-professjoni tagħhom quddiem il-qrati tar-Renju Unit japplika biss fil-kuntest tal-proċeduri amministrattivi msemmija fl-Artikoli 92 u 93 tal-Ftehim dwar il-ħruġ, bl-esklużjoni ta’ eventwali proċeduri ġudizzjarji sussegwenti, irregolati mill-Artikolu 91 ta’ dan l-istess ftehim (ara, b’analoġija, id-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211207">7 ta’ Diċembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>IQ</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑422/21</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:888">EU:T:2021:888</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif sostniet il-Kummissjoni, ir-rikorrenti ma tistax validament issostni li, skont il-Ftehim ta’ ħruġ, R. Howell u E. Davis, li huma awtorizzati jipprattikaw il-professjoni tagħhom biss quddiem il-qrati tar-Renju Unit, għandhom id-dritt li jirrappreżentawha quddiem il-Qorti Ġenerali fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti lanqas ma tista’ tinvoka xi dispożizzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>L-Artikolu 194(1) tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni jipprevedi, ċertament, li parti għal dan il-ftehim għandha tawtorizza avukat tal-parti l-oħra għall-imsemmi ftehim sabiex jipprovdi fit-territorju tagħha servizzi legali taħt it-titolu professjonali ta’ oriġini tiegħu, skont l-Artikoli 128, 129, 135, 137 u 143 ta’ dan l-istess ftehim. Madankollu, l-Artikolu 193(a) u (g) ta’ dan il-ftehim jistabbilixxi li huma esklużi mill-benefiċċju ta’ din is-sistema s-servizzi legali relatati mad-dritt tal-Unjoni, li taħtu jaqa’ l-Artikolu 101 TFUE inkwistjoni fid-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll ir-rappreżentanza legali quddiem, b’mod partikolari, il-qrati u tribunali oħra uffiċjali debitament ikkostitwiti minn parti għall-imsemmi ftehim, fosthom il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Wara li eskludiet il-possibbiltà għar-rikorrenti li tinvoka l-Ftehim dwar il-ħruġ jew l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, għandu jiġi vverifikat, fit-tieni lok, jekk, skont l-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li għalih jirreferi l-Artikolu 51(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, R. Howell u E. Davis, barrister u solicitor, rispettivament, jistgħux madankollu jiġu awtorizzati jirrappreżentaw lir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, huma għandhom jiġu rrikonoxxuti bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>avukat<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> fis-sens tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-awtorizzazzjoni tagħhom li jipprattikaw il-professjoni tagħhom quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor li huwa parti miż-ŻEE, għandu jiġi rrilevat li dan ir-rikors ġie ppreżentat fit‑<DATE ISO="20210730">30 ta’ Lulju 2021</DATE>, jiġifieri wara l-iskadenza, fil‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>, tal-perijodu tranżitorju previst mill-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-ħruġ u li matulu, ħlief fil-każ ta’ dispożizzjoni kuntrarja ta’ dan il-ftehim, id-dritt tal-Unjoni kompla japplika għar-Renju Unit u fit-territorju tiegħu minkejja l-istatus tiegħu ta’ Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-kwistjoni dwar jekk avukati awtorizzati sabiex jipprattikaw il-professjoni tagħhom biss quddiem il-qrati tar-Renju Unit maħtura mir-rikorrenti għandhomx jitqiesu li huma awtorizzati jipprattikaw quddiem qorti ta’ Stat Membru jew ta’ Stat ieħor li huwa parti miż-ŻEE, għall-finijiet tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ma għadhiex tista’ tiġi eżaminata iktar fid-dawl tad-dispożizzjonijiet jew tal-atti tad-dritt tal-Unjoni, inklużi dawk applikabbli għall-professjoni tal-avukati, bħalma hija d-Direttiva 98/5 jew ukoll id-Direttiva tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="19770322">22 ta’ Marzu 1977</DATE> biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 52).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għalhekk, tali eżami għandu jsir fid-dawl ta’ eventwali leġiżlazzjoni speċifika ta’ Stat Membru li tawtorizza unilateralment lil dawn l-avukati jipprattikaw il-professjoni tagħhom quddiem il-qrati tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20220324">24 ta’ Marzu 2022</DATE>, <NAME.CASE>PJ vs EUIPO</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑529/18 P u C‑531/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:218">EU:C:2022:218</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Issa, ir-rikorrenti ma rreferiet għal ebda leġiżlazzjoni ta’ din in-natura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, jista’ jiġi rrilevat, fid-dawl tar-risposta tal-Gvern Franċiż għall-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, li tali leġiżlazzjoni ma teżistix fi Franza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-dritt Franċiż jippermetti lil tali avukat jirrappreżenta parti quddiem il-qrati Franċiżi jew jekk ikun ġie inkluż, qabel l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju, fir-reġistru ta’ Kamra tal-Avukati Franċiża taħt it-titolu ta’ avukat Franċiż, jew jekk ikun ippreżenta, qabel l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju, applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tiegħu u din il-applikazzjoni tkun qiegħda tiġi pproċessata, jew jekk ikun għadda, wara l-iskadenza<?PAGE NO="7"?> tal-perijodu tranżitorju, mill-eżami dwar l-għarfien tad-dritt Franċiż previst mil-leġiżlazzjoni applikabbli u jkun ġie validament inkluż fir-reġistru ta’ Kamra tal-Avukati Franċiża taħt it-titolu ta’ avukat Franċiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Konsegwentement, la R. Howell u lanqas E. Davis ma jistgħu jiġu rrikonoxxuti li għandhom il-kwalità ta’ rappreżentant tar-rikorrenti fil-kuntest tar-rikors ippreżentat minnha kontra d-deċiżjoni kkontestata, kemm jekk b’applikazzjoni tal-Ftehim dwar il-ħruġ jew tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni kif ukoll jekk b’applikazzjoni tal-Artikolu 51(1) tar-Regoli tal-Proċedura, moqri flimkien mar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li din it-talba għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn ir-raġunijiet,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (It-Tmien Awla)</P><P>tordna:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talba intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tirrikonoxxi lil R. Howell u lil E. Davis il-kwalità ta’ rappreżentant ta’ Natixis hija miċħuda.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-ispejjeż huma rriżervati.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Magħmul fil-Lussemburgu, fl‑<DATE ISO="20220620">20 ta’ Ġunju 2022</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Ir-Reġistratur</P><P>E. Coulon</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Il-President</P><P>J. Svenningsen</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>