IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 13.4.2018
COM(2018) 227 final
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 2
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2018
LI JDAĦĦAL IS-SURPLUS TAS-SENA FINANZJARJA 2017
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 13.4.2018
COM(2018) 227 final
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 2
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2018
LI JDAĦĦAL IS-SURPLUS TAS-SENA FINANZJARJA 2017
Wara li kkunsidrat:
–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
–ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni 1 , u b’mod partikolari l-Artikoli 18(3) u 41 tiegħu,
–il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018, kif adottat fit-30 ta' Novembru 2017 2 ,
–l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2018 3 , adottat fit-22 ta' Frar 2018,
Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk qed tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz tal-Baġit Emendatorju Nru 2 tal-baġit tal-2018.
BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA TAQSIMA B’TAQSIMA
Il-bidliet fid-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa taqsima b’taqsima huma disponibbli fil-EUR-Lex ( http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ). Il-verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f'dan ir-rapport hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju.
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
Dan l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 2/2018 huwa maħsub li jdaħħal is-surplus li rriżulta mill-implimentazzjoni tal-baġit tas-sena 2017 fil-baġit tal-2018. Kif previst fl-Artikolu 18(3) tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni 4 , is-surplus huwa l-uniku objettiv ta’ dan l-ABE u għandu jiġi ppreżenat fi żmien 15-il jum wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet proviżorji fl-aħħar ta’ Marzu 2018.
1.L-implimentazzjoni tas-sena baġitarja 2017 turi surplus ta' EUR 555 542 325, li huwa għalhekk imdaħħal bħala dħul fil-baġit tal-2018..
(f'EUR)
|
Tqassim tal-eżitu tal-2017 |
|
|
Surplus tad-Dħul |
338 578 242 |
|
Surplus tan-Nefqa |
216 964 083 |
|
Surplus totali |
555 542 325 |
2.L-ibbaġitjar tas-surplus se jnaqqas kif xieraq il-kontribuzzjoni globali tal-Istati Membri għall-iffinanzjar tal-baġit tal-UE tal-2018. Il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri se jkunu influwenzati wkoll mill-previżjoni aġġornata tar-riżorsi proprji (Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT), it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT) u l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING)) inkluż l-ammont aġġornat tal-korrezzjoni tar-Renju Unit li se jkun disponibbli wara l-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji f’Mejju 2017 u se jiġi inkluż fl-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju sussegwenti.
3.It-tabella hawn taħt tippreżenta tqassim tal-eżitu tal-2017 f’termini tal-implimentazzjoni tad-dħul:
(f'EUR)
|
Tqassim tal-eżitu tal-2017 |
Baġit
|
Eżitu |
Varjazzjoni |
|
|
Subtotal tad-Dħul |
126 770 711 153 |
127 109 289 395 |
338 578 242 |
|
|
— |
Titolu 1 - Riżorsi proprji |
115 483 788 464 |
115 415 936 798 |
-67 851 666 |
|
|
Imposti u dazji oħra fis-settur taz-zokkor |
133 300 000 |
133 705 778 |
405 778 |
|
|
Dazji doganali |
20 374 000 000 |
20 325 353 382 |
-48 646 618 |
|
|
Riżorsi proprji ġejjin mill-VAT |
16 620 148 350 |
16 584 027 142 |
-36 121 208 |
|
|
Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING |
78 356 340 114 |
78 279 403 346 |
-76 936 768 |
|
|
Korrezzjoni tal-iżbilanċi tal-baġit mogħtija lir-Renju Unit |
0 |
93 838 118 |
93 838 118 |
|
|
Tnaqqis gross fil-kontribuzzjoni annwali bbażata fuq l-ING mogħtija lil xi Stati Membri |
0 |
-390 968 |
-390 968 |
|
— |
Titolu 3 - Surpluses, bilanċi u aġġustamenti |
6 404 529 791 |
6 416 271 649 |
11 741 858 |
|
— |
Titolu 4 - Persuni li jaħdmu mal-Istituzzjonijiet |
1 490 262 072 |
1 485 257 588 |
-5 004 484 |
|
— |
Titolu 5 - Operat amministrattiv tal-istituzzjonijiet |
70 200 866 |
26 114 195 |
-44 086 671 |
|
— |
Titolu 6 - Rifużjonijiet konnessi ma’ ftehimiet u programmi tal-Unjoni |
60 000 000 |
157 090 216 |
97 090 216 |
|
— |
Titolu 7 - Mgħax ta’ inadempjenza u multi |
3 230 000 000 |
3 572 609 579 |
342 609 579 |
|
— |
Titolu 8 - Operazzjonijiet ta’ self u tislif |
6 928 960 |
28 396 476 |
21 467 516 |
|
— |
Titolu 9 - Mixxellanji |
25 001 000 |
7 612 894 |
-17 388 106 |
4.Id-differenzi fit-Titolu 1 (Riżorsi Proprji) jirrappreżentaw 0,06 % tal-previżjoni. Huma jikkonsistu fi dħul aktar baxx ta’ EUR 48 miljun mir-riżorsi proprji tradizzjonali (inġabar 99,8 % tal-previżjoni) u ta’ EUR 20 miljun minħabba fluttwazzjonijiet fir-rata tal-kambju (peress li r-riżorsi proprji jitħallsu fil-munita nazzjonali iżda huma bbaġitjati u kkontabilizzati f’EUR). Fit-Titolu 3 (Surpluses, bilanċi u aġġustamenti), marbutin mal-aġġustamenti tar-riżorsi proprji, id-differenza hija limitata għal EUR 11-il miljun.
5.L-akbar differenza (EUR 343 miljun) tinsab fit-Titolu 7 (Imgħax ta’ inadempjenza u multi). L-eżitu huwa magħmul minn EUR 3 273 miljun ta’ multi tal-kompetizzjoni u EUR 300 miljun marbuta mal-imgħax ta’ inadempjenza, pagamenti ta’ penali oħrajn u multi u imgħax marbutin ma’ multi u pagamenti ta’ penali.
6.It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta t-tqassim tal-eżitu tal-2017 f’termini tal-implimentazzjoni tal-baġit dwar in-nefqa, għall-Istituzzjonijiet kollha:
(f'EUR)
|
Tqassim tal-eżitu tal-2017 |
Baġit
|
Eżitu |
Varjazzjoni |
|
|
Subtotal tan-Nefqa |
126 770 711 153 |
126 553 747 069 |
-216 964 083 |
|
|
Approprjazzjonijiet tal-eżitu awtorizzati fil-baġit |
126 770 711 153 |
126 486 573 860 |
-284 137 292 |
|
|
— |
Il-Kummissjoni Ewropea |
122 849 648 693 |
122 648 159 028 |
-201 489 665 |
|
|
Intestatura 1a – Kompetittività għat-tkabbir u għall-impjiegi |
20 064 937 314 |
20 053 126 487 |
-11 810 827 |
|
|
Intestatura 1b - Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali |
29 775 078 105 |
29 766 215 736 |
-8 862 370 |
|
|
Intestatura 2 - Tkabbir sostenibbli: Riżorsi naturali |
54 467 015 484 |
54 450 165 619 |
-16 849 864 |
|
|
Intestatura 3 - Sigurtà u Ċittadinanza |
2 793 205 540 |
2 782 591 803 |
-10 613 736 |
|
|
Intestatura 4 - Ewropa Globali |
8 937 589 174 |
8 925 596 636 |
-11 992 537 |
|
|
Intestatura 5 - Amministrazzjoni |
5 471 071 063 |
5 428 991 135 |
-42 079 928 |
|
|
Strumenti speċjali oħra |
1 340 752 013 |
1 241 471 611 |
-99 280 402 |
|
— |
Istituzzjonijiet Oħrajn |
3 921 062 460 |
3 838 414 833 |
-82 647 627 |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
1 909 590 000 |
1 889 574 057 |
-20 015 943 |
|
|
Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew |
561 576 000 |
517 762 473 |
-43 813 527 |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
399 344 000 |
394 095 585 |
-5 248 415 |
|
|
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri |
141 240 000 |
138 039 689 |
-3 200 311 |
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
133 807 338 |
129 096 473 |
-4 710 865 |
|
|
Il-Kumitat tar-Reġjuni |
93 294 946 |
91 463 960 |
-1 830 986 |
|
|
L-Ombudsman Ewropew |
10 905 441 |
10 241 301 |
-664 140 |
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
11 324 735 |
10 075 534 |
-1 249 201 |
|
|
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna |
659 980 000 |
658 065 760 |
-1 914 240 |
|
Kanċellament ta' approprjazzjonijiet ittrasferiti 'l quddiem mis-snin preċedenti |
0 |
-99 258 260 |
-99 258 260 |
|
|
— |
Il-Kummissjoni Ewropea |
0 |
-53 513 927 |
-53 513 927 |
|
— |
Istituzzjonijiet Oħrajn |
0 |
-45 744 333 |
-45 744 333 |
|
Varjazzjonijiet tar-rata tal-kambju fuq in-nefqa |
0 |
166 431 469 |
166 431 469 |
|
7.L-implimentazzjoni mill-Kummissjoni laħqet 99,9 % tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament awtorizzati. L-ammont mhux implimentat kien ta’ EUR 201 miljun, li EUR 99 miljun minnhom huma mir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza.
8.In-nuqqas ta’ implimentazzjoni tal-istituzzjonijiet oħrajn ta’ EUR 83 miljun kienet inqas minn dik fis-sentejn li għaddew (EUR 103 miljun fl-2016 u EUR 94 miljun fl-2015).