<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑152/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CC0152</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:294">EU:C:2014:294</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SZPUNAR — KAWŻA C‑152/13</P><P>HOLGER FORSTMANN TRANSPORTE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20140430">30 ta’ April 2014</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑152/13</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Holger Forstmann Transporte GmbH &amp; Co. KG</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Hauptzollamt Münster</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il‑Ġermanja)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti ta’ enerġija miżmuma fit-tankijiet standard ta’ vetturi kummerċjali u intenzjonati biex jintużaw bħala karburant mill-istess vetturi</KEYWORD><KEYWORD>Interpretazzjoni tal-kunċett <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>tankijiet standard<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Tankijiet installati minn rappreżentanti kummerċjali tal-manifattur jew minn garaxxijiet speċjalizzati</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Din il-kawża tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>tankijiet [ta’ karburant] standard<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> fil-kuntest tat-tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija. Dan il-kunċett, li ilu preżenti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni sa minn żmien ilu, huwa fil-fatt is-suġġett ta’ proposta għal emenda min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, dovuta prinċipalment għat-tibdil fil-kuntest tekniku u ekonomiku fis-suq tal-vetturi kummerċjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, tat‑<DATE ISO="20110413">13 ta’ April 2011</DATE> [COM (2011) 169 finali, <REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="189" PAGE.FIRST="5" DATE.PUB="2011">ĠU C 189, p. 5</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>proposta tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>].</P></NOTE>. Il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża ser ikun li tivverifika jekk dan it-tibdil fil-kuntest għandux jaffettwa wkoll l-interpretazzjoni tal-imsemmi kunċett fil-verżjoni attwali tagħha.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku ta’ din il-kawża fuq il-livell tad-dritt tal-Unjoni huwa kkostitwit mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.</P></NOTE>. Din id-direttiva tirregola t-tassazzjoni ta’ prodotti ta’ enerġija fl-Unjoni Ewropea. Hija tistabbilixxi fost oħrajn ċerti eżenzjonijiet minn din it-tassazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>B’hekk, l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96 jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="024.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Prodotti ta’ enerġija rilaxxati għal konsum f’xi Stat Membru, miżmuma f’tankijiet standard ta’ vetturi kummerċjali u intenzjonati biex jintużaw bħala karburant mill-istess vetturi, kif ukoll dawk f’kontejners speċjali, u intenzjonati biex jintużaw għall-operazzjoni, waqt it-trasport, tas-sistemi li għandhom dawn l-istess kontejners ma għandhomx ikunu suġġett għall-tassazzjoni fi kwalunkwe Stat Membru ieħor.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="2"?><PARAG IDENTIFIER="024.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-għanijiet ta’ dan l-Artikolu, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>tankijiet standard<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> għandhom ifissru:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>it-tankijiet mwaħħla b’mod permanenti mill-manifattur mal‑vetturi kollha ta’ l-istess tip ta’ vettura in kwestjoni u li l-apparat permanenti tagħhom jagħmel possibli li l-karburant jiġi użat direttament, kemm għall-iskop ta’ propulsjoni u, fejn xieraq, għall-operazzjoni, waqt it-trasport, ta’ sistemi li jkessħu u sistemi oħra. Tankijiet tal-gass mwaħħla ma’ vetturi ddisinjati għall-użu dirett tal-gass bħala karburant u tankijiet mwaħħla ma’ sistemi oħra li bihom vettura tista’ tkun armata għandhom ikunu kkonsidrati ukoll bħala tankijiet standard;</P></ITEM><ITEM><P>it-tankijiet mwaħħla b’mod permanenti mal-kontejners kollha ta’ l-istess tip ta’ kontejner in kwestjoni u li l-apparat permanenti tagħhom jagħmel possibli li l-karburant jiġi użat direttament għall-operazzjoni, waqt it‑trasport, tas-sistemi li jkessħu u sistemi oħra li bihom huma armati kontejners speċjali.</P></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kontejner speċjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> għandu jfisser kwalunkwe kontejner armat b’apparat speċifikament ddisinjat għall-sistemi li jkessħu, sistemi li jagħtu l-ossiġenu, sistemi termali ta’ insulazzjoni u sistemi oħra<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Hija din id-definizzjoni ta’ tankijiet standard li tinsab fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2003/96 li hija s-suġġett tad-domandi preliminari f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-leġiżlazzjoni Ġermaniża rilevanti, din tinsab fil‑Liġi tal-<DATE ISO="20060715">15 ta’ Lulju 2006</DATE> dwar it-taxxa fuq l-enerġija<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Energiesteuergesetz (BGBl. 2006 I, p. 1534), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-Artikolu 1 tal-Liġi tas-<DATE ISO="20090717">17 ta’ Lulju 2009</DATE> (BGBI. 2009 I, p. 1979).</P></NOTE> kif ukoll fir-Regolament ta’ implementazzjoni ta’ din il-liġi, tal-<DATE ISO="20060731">31 ta’ Lulju 2006</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Energiesteuer-Durchführungsverordnung (BGBl. 2006 I, p. 1753), fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mill-Artikolu 6 tar-Regolament tal-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE> (BGBl. 2009 I, p. 3262).</P></NOTE>. Id-dispożizzjonijiet li jittrasponu l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96 isegwu mill-qrib il-formulazzjoni tal-imsemmi artikolu. Kif tindika l-qorti tar-rinviju, il-Bundesfinanzhof (Qorti Federali tal-Finanzi) tinterpreta dawn id-dispożizzjonijiet b’mod ristrett.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-iżvolġiment tal-proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, Holger Forstmann Transporte GmbH &amp; Co. KG (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>HFT<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) hija impriża tat-trasport tat-triq li għandha s-sede tagħha fil-Ġermanja. Hija akkwistat, għall-bżonnijiet tal-attività tagħha, vettura kummerċjali bil-mutur mingħand Daimler AG, manifattur ta’ vetturi kummerċjali. Din il-vettura kienet oriġinarjament mgħammra b’tank tal-karburant ta’ 780 litru. Peress li l-użu tal-vettura intiż minn HFT kien jeħtieġ l-installazzjoni ta’ tagħmir speċifiku, dan il-kompitu ġie fdat f’idejn R&amp;S Fahrzeugbau, impriża involuta fil-bini tal-body ta’ karozza. Meta kienet qed twettaq din l-installazzjoni, l-impriża involuta fil-bini tal-body ta’ karozza kellha, għal raġunijiet tekniċi, tissostitwixxi t-tank tal-karburant oriġinarjament installat mill-manifattur tal-vettura (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>tank 1<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>). Waqt din il-modifika, l-impriża involuta fil-bini tal-body ta’ karozza installat ukoll it-tieni tank ta’ 780 litru, akkwistat preċedentement mingħand Hoppe Truck-Tank GmbH &amp; Co. KG (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>tank 2<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>). It‑tieni tank seta’ ġie installat ukoll mill-manifattur tal-vettura, iżda din is-soluzzjoni ma kinitx ekonomikament vijabbli, għax dan it-tank kien ikollu jiġi ssostitwit ukoll waqt il-modifika finali fuq il-vettura.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20091202">2 ta’ Diċembru 2009</DATE> u fl-<DATE ISO="20110214">14 ta’ Frar 2011</DATE>, sewwieq mela l-vettura inkwistjoni bil-karburant fil-Pajjiżi l-Baxxi u immedjatament reġa’ rritorna biha fit-territorju Ġermaniż. Il-karburant kien użat biss għall-propulsjoni tal-vettura.</TXT></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, HFT iddikjarat quddiem il-Hauptzollamt Münster, konvenuta fil-kawża prinċipali, il-kwantitajiet ta’ karburant importati fit-tank 2. Wara din id-dikjarazzjoni, il-Hauptzollamt Münster talbet, permezz ta’ avviż tat-<DATE ISO="20120703">3 ta’ Lulju 2012</DATE>, il-ħlas tas-somma ta’ EUR 501,22 bħala taxxa fuq l-enerġija għall-karburant importat fit-tank 2 u, permezz ta’ avviż tad-<DATE ISO="20120919">19 ta’ Settembru 2012</DATE>, il-ħlas tas-somma ta’ EUR 291,14 bħala l-istess taxxa għall-karburant importat fit-tank 1. Fil-fatt, il-Hauptzollamt Münster ikkunsidrat li la t-tank 1, issostitwiet mill-impriża involuta fil-bini tal-body ta’ karozza, u lanqas it-tank 2, installat oriġinarjament minn din l-impriża, ma kienu twaħħlu b’mod permanenti mill-manifattur tal-vettura u għalhekk ma jissodisfawx id-definizzjoni ta’ tankijiet standard fis-sens tad-dispożizzjonijiet tad-dritt Ġermaniż implementat għat-traspożizzjoni tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96. Il-karburant li kien jinsab f’dawn it-tankijiet ma setax għalhekk ikun eżentat skont dawn l-istess dispożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Peress illi l-oġġezzjonijiet ta’ HFT ġew miċħuda mill-Hauptzollamt Münster, hija ppreżentat rikors għall-annullament tal-imsemmija avviżi quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Kif tindika l-qorti tar-rinviju, skont l-interpretazzjoni mogħtija lid-dispożizzjonijiet rilevanti mill-Bundesfinanzhof, ir-rikors għandu jiġi miċħud. Fil-fatt, skont din l-interpretazzjoni, it-tankijiet installati minn rappreżentanti kummerċjali tal-manifattur jew minn garaxxijiet speċjalizzati ma humiex koperti mill-kunċett ta’ tankijiet standard. Skont il-qorti tar-rinviju, il-Bundesfinanzhof tibbaża ruħha prinċipalment fuq l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza Schoonbroodt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>C‑247/97, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:586">EU:C:1998:586</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, tal-Artikolu 112(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-<DATE ISO="19830328">28 ta’ Marzu 1983</DATE>, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjonijiet minn dazju doganali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 1, p. 419.</P></NOTE>, li huwa essenzjalment ifformulat, b’mod identiku għall-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi għalhekk jekk huwiex iktar xieraq li tiġi adottata interpretazzjon iktar wiesgħa għall-kunċett ta’ tankijiet standard, sabiex tkopri wkoll tankijiet installati minn rappreżentanti kummerċjali tal-manifattur u minn garaxxijiet speċjalizzati, bħal pereżempju dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li tali interpretazzjoni wiesgħa tista’ tkun ispirata mill-approċċ adottat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Meiland Azewijn<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>C‑292/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:499">EU:C:2004:499</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ manifattur fis-sens tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva [2003/96] għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll [il‑]garaxxijiet speċjalizzati jew ir-rappreżentanti kummerċjali tal-manifattur tal-vetturi meta, fil-kuntest tal-proċess tal-manifattura tal-vettura bil-mutur ikunu inkorporaw it-tank tal-karburant u meta, minħabba raġunijiet tekniċi u/jew ekonomiċi, il-proċess tal-manifattura jitwettaq minn diversi impriża indipendenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: f’dawn il-każijiet, kif għandu jiġi interpretat l-kriterju stabbilit fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2003/96 meta jkollu jiġi applikat għal vetturi bil-mutur <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>ta’ l-istess tip<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Id-deċiżjoni tar-rinviju waslet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20130326">26 ta’ Marzu 2013</DATE>. HFT, il-Hauptzollamt Münster, ir-Repubblika Ċeka u l-Kummissjoni ppreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. Ma saritx seduta.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fid-domandi preliminari, l-interpretazzjoni mitluba mill-qorti tar-rinviju tirrigwarda l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>manifattur<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> u ta’ vetturi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>tal-istess tip<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Madankollu, jiena naħseb li kif ippropona barra minn hekk il-Gvern Ċek, ikun aħjar li tiġi analizzata d-definizzjoni ta’ tankijiet standard fl-intier tagħha, u b’mod iktar preċiż li tiġi diskussa l-interpretazzjoni li għandha tingħata lil din id-definizzjoni fil-kuntest ekonomiku u tekniku attwali sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-oriġini tad-dispożizzjoni inkwistjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Id-definizzjoni ta’ tankijiet standard ta’ vetturi kummerċjali għall-finijiet ta’ eżenzjoni mid-dazji u mit-taxxi fuq il-karburant li tinsab fiha dehret għall-ewwel darba, jekk mhux sejjer żball, fl‑Artikolu 112(2)(ċ) tar-Regolament Nru 918/83. Din id-definizzjoni kienet ifformulata, essenzjalment, b’mod identiku għal dak li attwalment jinsab fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Id-definizzjoni hekk ifformulata hija bbażata fuq il-premessa, li mingħajr dubju kienet vera fl-epoka tal-adozzjoni tagħha, li l-manifatturi ta’ vetturi kummerċjali joffru tipi ta’ vetturi li huma standardizzati għal dak li jirrigwarda l-parti l-kbira tal-karatteristiċi tekniċi tagħhom, inkluż in-numru u t-tip ta’ tankijiet ta’ karburant. Għalhekk kien faċli li jiġi identifikat tip konkret ta’ vettura u vverifikat jekk it-tank tal-karburant ta’ vettura partikolari jissodisfax il‑karatteristiċi speċifiċi tal-kategorija li fiha kienet taqa’ l-vettura. Fil-kuntest tar-relazzjonijiet kummerċjali mal-Istati terzi, dan kien jippermetti li tiġi evitata l-importazzjoni — għad-detriment tal-interessi fiskali tal-Istati Membri — ta’ kwantitajiet eċċessivi ta’ karburant li ġej minn pajjiżi fejn il-prezz tiegħu, minħabba raġunijiet ta’ rati ta’ kambju u ta’ politika fiskali, huwa nettament inferjuri għal dak użat fis-suq Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Ir-riferiment għall-kunċett ta’ tankijiet standard hekk iddefinit kellu l-vantaġġ li jipprekludi mhux biss l-importazzjoni ta’ karburant fit-tankijiet portabbli (li kien permissibli għal dak li jirrigwarda l-vetturi tat-turiżmu) u kontenituri oħra diversi, iżda wkoll f’tankijiet addizzjonali speċifikatament installati fil-vetturi kummerċjali fid-dawl tal-importazzjoni tal-karburant fit-territorju doganali tal-Komunità. L‑eżistenza ta’ kontrolli fil-fruntieri esterni kienu jiżguraw l-effettività ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-importazzjoni, bl-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa, tal-karburant li kien jinsab fit-tankijiet tal-vetturi kummerċjali fir‑relazzjonijiet intra-Komunitarji, l-istess definizzjoni — diġà ppreżentata fit-tieni inċiż tal-Artikolu 2 tad‑Direttiva tal‑Kunsill 68/297/KE, tad-<DATE ISO="19680719">19 ta’ Lulju 1968</DATE>, dwar l‑istandardizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw id-dħul mingħajr dazju ta’ karburant kontenut fit-tankijiet tal-karburant ta’ vetturi bil-mutur<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 17.</P></NOTE>, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 85/347/KEE, tat-<DATE ISO="19850708">8 ta’ Lulju 1985</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 221.</P></NOTE> — kienet riprodotta prattikament kelma b’kelma fl-Artikolu 8a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/81/KEE, tad-<DATE ISO="19921019">19 ta’ Ottubru 1992</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq iż-żjut minerali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="12" DATE.PUB="1992">ĠU L 316, p. 12</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE>, introdotta bid-Direttiva tal-Kunsill 94/74/KE, tat-<DATE ISO="19941222">22 ta’ Diċembru 1994</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 264.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Skont id-dsatax-il premessa tad-Direttiva 94/74, l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fi Stat Membru tal-karburant ikkunsmat fi Stat Membru ieħor u miżmum fit-tankijiet tal-vetturi kummerċjali hija mogħtija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>sabiex ma jkunx impedit l-moviment liberu ta’ individwi u merkanzija u sabiex tkun evitata tassazzjoni doppja<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 92/81 kienet tħassret u ssostitwita bid‑Direttiva 2003/96 u l-Artikolu 8a tagħha sar, mingħajr emendi sostanzjali, l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Is-sentenza Schoonbroodt</P></TI></TITLE><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kellha, darba, l-okkażjoni tinterpreta d-definizzjoni ta’ tankijiet standard fis-sens tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, fis-sentenza Schoonbroodt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:586">EU:C:1998:586</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>. Għalkemm il-kawża li tat lok għal din is-sentenza kienet tirrigwarda, bħala f’dan il-każ, id-dħul ta’ karburant li jinsab fit-tankijiet ta’ vetturi kummerċjali b’eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fil-kuntest tar-relazzjonijiet intra-Komunitarji, permezz tal-leġiżlazzjoni Belġjana, l-interpretazzjoni mitluba mill-qorti tar-rinviju kienet tirrigwarda madankollu l-kunċett ta’ tankijiet standard kif iddefinit fl-Artikolu 122 tar-Regolament Nru 918/83, jiġifieri fil-qasam tal-eżenzjonijiet minn dazji doganali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Sentenza Schoonbroodt, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:586">EU:C:1998:586</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 18 u 20. Għalkemm il-kawża li tat lok għal din is-sentenza kienet tirrigwarda d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 918/83, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1315/88, tat-<DATE ISO="19880503">3 ta’ Mejju 1988</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 3), din l-emenda ma affettwatx essenzjalment id-definizzjoni ta’ tankijiet standard imwaħħla fil-vetturi.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja adottat interpretazzjoni stretta tal-kunċett ta’ tankijiet standard. B’mod partikolari hija eskludiet mill-kamp ta’ dan il-kunċett it-tankijiet imwaħħla b’mod permanenti mir-rappreżentant kummerċjali tal-manifattur jew minn garaxx speċjalizzat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Sentenza Schoonbroodt (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:586">EU:C:1998:586</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, dispożittiv).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Bħala motivazzjoni għad-deċiżjoni tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet riferiment għall-prinċipji li jirriżultaw mill-ġurisprudenza fil-qasam tal-eżenzjonijiet minn dazju doganali, li jipprovdu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>meta jadotta dispożizzjonijiet li jagħtu sospensjonijiet mid-dazji doganali, il-Kunsill għandu jikkunsidra r-rekwiżiti ta’ ċertezza legali u d-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-amministrazzjonijiet doganali nazzjonali […]. Għaldaqstant tali dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati b’mod ristrett, skont il-formulazzjoni tagħhom, b’tali mod li ma huwiex possibbli li jiġu applikati, lil hinn mit-termini tagħhom, għal prodotti li huma ma jsemmux<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Sentenza Schoonbroodt, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:586">EU:C:1998:586</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23. Ara wkoll il-konklużjonijiet fil-kawża Schoonbroodt (C‑247/97, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:323">EU:C:1998:323</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 38, 41 u 42), li fihom l-Avukat Ġenerali Jacobs żviluppa kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq il-ġurisprudenza stabbilita fil-qasam tad-dazji doganali.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Is-sentenza Meiland Azewijn</P></TI></TITLE><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Fis-sentenza Meiland Azewijn<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:499">EU:C:2004:499</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8a tad-Direttiva 92/81, dispożizzjoni li sussegwentement ġiet issostitwita minn dik inkwistjoni f’din il-kawża. Madankollu, il-kawża li tat lok għal din is-sentenza ma kinitix tirrigwarda d‑definizzjoni ta’ tankijiet standard, iżda l-kunċett ta’ vettura kummerċjali, li ma huwiex iddefinit f’dan l-artikolu, kif ukoll dwar jekk il-karburant kontenut fit-tankijiet ta’ dawn il-vetturi u eżentat mid-dazju tas-sisa jistax ikun użat unikament għall-propulsjoni tal-vettura jew inkella jistax iservi wkoll sabiex jitħaddmu magni u sistemi installati fil-vettura, bħal magni agrikoli.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Għalkemm is-suġġett ta’ interpretazzjoni partikolari fis-sentenza Meiland Azewijn<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:499">EU:C:2004:499</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> huwa differenti minn dak ta’ din il-kawża, ċerti soluzzjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja jistgħu jkunu ta’ interess għalina. Fl-ewwel lok, għal dak li jirrigwarda l-kunċett ta’ vetturi kummerċjali, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet ir-riferimenti għad-definizzjonijiet ta’ dan il-kunċett li jinsabu — fil-kuntest tal-eżenzjoni<?PAGE NO="6"?> tal-karburant — fid-Direttiva 68/297 u r-Regolament Nru 918/83<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Din il-kawża kienet kwistjoni ta’ karburant f’tankijiet ta’ makkinarju agrikolu, filwaqt li d-Direttiva 68/297 u r-Regolament Nru 918/83 jiddefinixxu l-vettura kummerċjali bħala intiża għat-trasport ta’ persuni jew merkanzija.</P></NOTE>. Hija ppreferiet tirreferi għall-istruttura u l-għan tad-dispożizzjoni inkwistjoni, jiġifieri l-protezzjoni tal-moviment liberu tal-persuni u tal-merkanzija u l-ħsieb li tiġi evitata t-taxxa doppja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Sentenza Meiland Azewijn, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:499">EU:C:2004:499</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 39 sa 41. Il-Qorti tal-Ġustizzja rreferiet għall-istruttura u l-iskop tal-Artikolu 8a tad-Direttiva 92/81, kif imsemmi fid-dsatax-il premessa tad-Direttiva 94/74.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-Artikolu 8a tad-Direttiva 92/81 għandu jingħata interpretazzjoni wiesgħa<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenza Meiland Azewijn, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:499">EU:C:2004:499</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, dwar l-użu tal-karburant importat b’eżenzjoni mid-dazju tas-sisa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan jista’ jintuża mhux biss għall-propulsjoni tal-vettura iżda wkoll għal finijiet oħra, pereżempju għax-xogħol agrikolu. Din is-soluzzjoni hija partikolarment interessanti, fid-dawl tal-formulazzjoni tad-definizzjoni ta’ tankijiet standard li rridu nanalizzaw f’din il-kawża. Fil-fatt, din id-definizzjoni tipprovdi b’mod espliċitu li t-twaħħil tal-imsemmija tankijiet għandu jippermetti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>karburant biex ikun użat direttament, <HT TYPE="ITALIC">kemm għall-fini ta’ propulsjoni</HT> u, fejn xieraq, għat-tħaddim, <HT TYPE="ITALIC">waqt il-vjaġġ</HT>, ta’ sistemi ta’ refri[ġerazzjoni] u sistemi oħra<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>. Jidhirli li huwa ċar, li litteralment, din id-definizzjoni tirrigwarda biss il-karburant użat fil-kuntest tat-trasport, kemm għall-propulsjoni tal-vettura, kif ukoll għall-funzjonament, fil-kuntest tat-trasport, tas-sistemi tal-vettura. Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja telqet b’mod ċar mill-formulazzjoni tal-Artikolu 8a.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Evalwazzjoni ġuridika</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Wara li b’hekk ġie espost il-kuntest storiku u ġurisprudenzjali tad-definizzjoni ta’ tankijiet standard fis-sens tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2003/96, ser nipproċedi issa għall-evalwazzjoni tal-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fid-dawl taċ-ċirkustanzi fattwali tal-kawża prinċipali. Din l-evalwazzjoni ser issir f’żewġ stadji, b’distinzjoni bejn it-tank 1 u t-tank 2, kif deskritt fil-punt 6 ta’ dawn il-konklużjonijiet, sabiex nasal, madankollu, għal konklużjoni komuni.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-każ tat-tank 1</P></TI></TITLE><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Infakkar li t-tank 1 kien ġie installat fil-vettura mill-manifattur, qabel kien issostitwit, fil-kuntest ta’ aġġustament finali, minn garaxx speċjalizzat.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Il-Hauptzollamt Münster ma tatx l-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa għall-karburant li kien jinsab f’dan it-tank, billi kkunsidrat li dan tal‑aħħar ma jaqax fid-definizzjoni ta’ tankijiet standard fis-sens tad‑Direttiva 2003/96. Il-Hauptzollamt Münster ikkunsidrat li, minħabba s-sostituzzjoni tiegħu minn terz, it-tank inkwistjoni ma kienx twaħħal fil-vettura mill-manifattur, kif jeħtieġ, dejjem skont din l-awtorità, l-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Il-Hauptzollamt Münster issostni din l-interpretazzjoni fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha. Hija tibbaża prinċiparjament fuq qari letterali tad-dispożizzjoni inkwistjoni, fuq is-sentenza Schoonbroodt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:586">EU:C:1998:586</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> kif ukoll fuq il-prinċipju ta’ ċertezza legali. Madankollu, jiena għandi dubji serji dwar jekk dawn it-tliet elementi jistgħux effettivament ikunu l-bażi tal-approċċ sostnut mill-awtorità fiskali Ġermaniża.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għal dak li jirrigwarda l-kliem tad-definizzjoni li tinsab fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2003/96, imkien ma jissemma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>tank imwaħħal mill-manifattur<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> fuq vettura partikolari. Għall-kuntrarju, il-formulazzjoni użata tuża l-plural, billi tiddefinixxi tankijiet standard bħala t-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/><HT TYPE="ITALIC">tankijiet</HT> mwaħħla b’mod permanenti mill-manifattur mal-vetturi <HT TYPE="ITALIC">kollha</HT> ta’ l-istess tip ta’ vettura in kwestjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Enfasi miżjuda minni. Verżjonijiet oħra lingwistiċi tad-Direttiva 2003/96 jużaw formulazzjoni simili — <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>die vom Hersteller für alle Kraftfahrzeuge desselben Typs fest eingebauten Behälter<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> bil-Ġermaniż, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>zbiorniki trwale zamontowane przez wytwórcę we wszystkich pojazdach silnikowych tego samego rodzaju jak dany pojazd<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> bil-Pollakk, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>the tanks permanently fixed by the manufacturer to all motor vehicles of the same type as the vehicle in question<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> bl-Ingliż.</P></NOTE>.Din għalhekk hija, kif ġustament tosserva l-Kummissjoni, kategorija ġenerali ta’ tankijiet, u mhux kwistjoni dwar jekk tank partikolari kienx fiżikament installat fil-vettura mill-manifattur.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Il-fatt li l-leġiżlatur sostna tali soluzzjoni huwa faċilment spjegat mill-għan tad-dispożizzjoni inkwistjoni, li huwa li jipproteġi l‑moviment liberu tal-persuni u tal-merkanziji kif ukoll li jevita taxxa doppja, waqt li jiżgura l-protezzjoni tal-interessi fiskali leġittimi tal-Istati Membri. Mill-perspettiva ta’ dan il-għan, l-element rilevanti ma huwiex il-persuna li tinstalla t-tank partikolari f’vettura partikolari, iżda l-funzjoni tat-tank, jiġifieri għall-propulsjoni tal-vettura u għall-funzjonament tas-sistemi tagħha fil-kuntest ta’ użu normali. Interpretazzjoni li teskludi t-tank sempliċement minħabba l-fatt li kien issostitwit jew anki mneħħi biss fl-okkażjoni ta’ tiswija jew tibdil fil‑vettura minn persuna oħra li mhix il-manifattur ma hijiex konformi mal-kliem u lanqas mal-għan tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni lanqas tirriżulta mis-sentenza Schoonbroodt. Il-kawża li tat lok għal din is-sentenza ma kinitx tirrigwarda tank issostitwit jew imneħħi, iżda tankijiet addizzjonali, miżjuda fil-vetturi minn rappreżentanti kummerċjali tal-manifattur jew minn garaxxijiet speċjalizzati sabiex tiżdied l-awtonomija tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza Schoonbroodt (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:586">EU:C:1998:586</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 7, 12 u 19).</P></NOTE>. Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat, abbażi tal-interpretazzjoni litterali tad-dispożizzjoni analizzata, li din ma tirrigwardax tankijiet imwaħħla mill-manifattur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>fuq il-vetturi kollha ta’ l-istess tip ta’ vettura in kwestjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, għaliex fil-fatt il-manifattur normalment ma kienx jarma l-vetturi tiegħu b’tali tankijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-definizzjoni ta’ tankijiet standard li tinsab fl-Artikolu 112(2)(ċ) tar‑Regolament Nru 918/83, ma tkoprix it-tankijiet li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>kienu mwaħħla b’mod permanenti minn rappreżentant kummerċjali tal‑manifattur jew minn garaxx speċjalizzat sabiex jintlaħqu ċerti għanijiet ta’ natura ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza Schoonbroodt (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:586">EU:C:1998:586</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, dispożittiv).</P></NOTE>. Għalkemm il-qari tad-dispożittiv tas-sentenza Schoonbroodt waħdu jista’ jissuġġerixxi li huma esklużi mill-kamp tad-definizzjoni ta’ tankijiet standard it-tankijiet kollha installati minn persuni li ma humiex il-manifatturi, il-motivazzjonijiet ta’ din is-sentenza jwasslu għal konklużjoni b’iktar sfumaturi. B’mod partikolari, ma naħsibx li jista’ jiġi kkunsidrat, abbażi tal-imsemmija sentenza, li huma esklużi mid-definizzjoni inkwistjoni t-tankijiet imwaħħla minn terzi mhux <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>sabiex jintlaħqu ċerti għanijiet ta’ natura ekonomika<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, iżda sempliċement sabiex jistabbilixxu mill-ġdid l-operazzjonijiet tal-vettura jew fil-kuntest ta’ tibdil ta’ dawn il-funzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-prinċipju ta’ ċertezza legali lanqas ma jimmilita, fl-opinjoni tiegħu, favur l-argument sostnut mill-Hauptzollamt Münster. Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-prinċipju ta’ ċertezza legali, li huwa parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, jeżiġi, b’mod partikolari, li r-regoli ta’ dritt ikunu ċari, preċiżi u prevedibbli fl-effetti tagħhom, b’mod partikolari meta huma jista’ jkollhom effetti li ma humiex favorevoli fuq l-individwi u fuq l-impriżi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza Förster (C‑158/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:630">EU:C:2008:630</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 67).</P></NOTE>. Għalhekk dan il-prinċipju huwa intiż, fil-kawżi rilevanti għall-qasam fiskali, sabiex jipproteġi fl-ewwel lok l-interessi tal-persuni taxxabbli, u mhux dawk tal-awtoritajiet fiskali, billi jiżgura b’mod partikolari l-prevedibbiltà tal-konsegwenzi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-liġi.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-kawża prinċipali, għandu jiġi osservat li jekk HFT iddikjarat lill-awtorità fiskali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>bħala miżura preventiva<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> kif hija enfasizzat, il-karburant importat fit-tank 2, hija ma għamlitx l-istess għall-karburant importat fit-tank 1. Fl-opinjoni tiegħi dan huwa dovut għall-fatt li HFT ma setgħetx tipprevedi li l-karburant importat fit-tank 1 seta’ ma jibbenefikax mill-eżenzjoni tad-dazju tas-sisa.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-prevedibbiltà inerenti għall-prinċipju ta’ ċertezza legali teżiġi li l-interpretazzjoni tar-regoli tad-dritt ma twassalx għal riżultati assurdi u kuntrarji għas-sens komun. Dan ikun preċiżament il‑każ jekk il-benefiċċju tal-eżenzjoni mid-dazju tas-sisa jkun jiddependi fuq ċirkustanzi frivoli u li mhux rilevanti mill-perspettiva tal-għan tad‑dispożizzjoni inkwistjoni, bħall-fatt li ġie ssostitwiet jew imneħħi, wara l‑akkwist tal-vettura, it-tank oriġinarjament imwaħħal mill-manifattur. Jekk tingħata tali interpretazzjoni, imprenditur jista’ jibbenefika mill‑eżenzjoni tal-karburant importat fit-tank tal-vettura tiegħu, filwaqt li imprenditur ieħor, fl-istess sitwazzjoni, jiċċaħħad minn din il‑possibbiltà unikament minħabba l-fatt li wettaq tiswijiet jew tibdiliet fil-vettura tiegħu. Tali riżultat ma jkunx biss illoġiku, iżda joħloq barra minn hekk differenza tat-trattament mhux ġustifikata li tista’ tikkawża distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. L-interpretazzjoni ta’ regola tad-dritt li twassal għal tali riżultat ma għandhiex, fl-opinjoni tiegħi, tkun ikkusidrata konformi mal-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, jiena nqis li d-definizzjoni ta’ tankijiet standard li tinsab fl-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2003/96, anki interpretata litteralment, tinkludi t-tankijiet imwaħħla minn persuni oħra li ma humiex il-manifattur tal-vettura fil-każijiet biss fejn dawn il-persuni jissostitwixxu jew ineħħu t-tankijiet imwaħħla oriġinarjament minn dan il-manifattur.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-każ tat-tank 2</P></TI></TITLE><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Infakkar li t-tank 2, tal-istess kapaċità tat-tank 1, ġie akkwistat mingħand bejjiegħ awtonomu u installat fil-vettura mill-garaxx speċjalizzat li neħħa t-tank 1. It-tank 2 seta’ faċilment jitwaħħal mill‑manifattur matul il-manifatturar tal-vettura, iżda dan ma kienx vijabbli, għaliex dan it-tank kien ikollu jerġa’ jitneħħa wara minħabba l-modifika finali fuq il-vettura.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni tat-tank 2 hija simili għal dik tat-tankijiet inkwistjoni fis-sentenza Schoonbroodt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:586">EU:C:1998:586</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> sa fejn, b’mod simili, huwa qatt ma twaħħal fuq il-vettura mill-manifattur. Huwa għalhekk faċli li jiġi konkluż, kemm abbażi tal-interpretazzjoni litterali tad-definizzjoni li tinsab fl-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2003/96 kif ukoll fuq din is-sentenza li, għall-kuntrarju tat-tank 1, it-tank 2 ma jaqax fil-kamp kopert minn din id-definizzjoni. Jien naħseb għalhekk li huwa iktar xieraq li jkun hemm reżistenza għal din it-tentazzjoni. Fil-fatt, tali soluzzjoni faċli ħafna ma tidhirx li hija iktar sostenibbli, fid-dawl kemm taċ-ċirkustanzi ekonomiċi attwali kif ukoll tal-għanijiet tad-dispożizzjoni analizzata tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Skont id-dikjarazzjoni magħmula minn HFT fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, ikkonfermata mill-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha, illum huwa komuni li l-manifatturar tal-vetturi kummerċjali sseħħ f’diversi stadji, billi l-manifattur jipproduċi biss ix-chassis u l-kabina, u l-bqija jiġi armat minn impriżi speċjalizzati. L-istess prinċipju japplika għat-tankijiet tal-karburant. Għalhekk, il-manifatturi ma jipproponux tip wieħed ta’ tank għal kull tip ta’ vettura, iżda tankijiet differenti skont l-użu previst tal-vettura, is-suq li għalih il-vettura hija intiża jew ix-xewqat tal-klijent. Jista’ jkun ukoll, kif inhu l-każ fil-kawża prinċipali, li t-tank ma jkunx installat mill-manifattur, iżda minn terzi fi stadju ulterjuri tal-manifattur tal-vettura.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, isir diffiċli ħafna, jew saħansitra impossibbli, li jiġi evalwat jekk tank partikolari fil-fatt jagħmilx parti mill-kategorija ta’ tankijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>mwaħħla b’mod permanenti mill-manifattur mal-vetturi kollha ta’ l-istess tip ta’ vettura in kwestjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, kif jirriżulta mill-formulazzjoni eżatta tad-definizzjoni ta’ tankijiet standard. Jista’ jkun ukoll li, għal tip partikolari ta’ vettura, ebda tank ma jissodisfa din id-definizzjoni u li, konsegwentement, l-utenti ta’ din il-vettura jiċċaħħdu mill-benefiċċju tal-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Il-Hauptzollamt Münster stess donnu ma jagħmilx tali analiżi, billi jibbaża ruħu fuq il-premessa li tank imwaħħal direttament mill-manifattur jaqa’ fid-definizzjoni ta’ tankijiet standard, filwaqt li tank imwaħħal minn terz ma jaqax fil-kamp ta’ din id-definizzjoni. Għalhekk ma għadnix fil-kuntest ta’ applikazzjoni litterali tad-Direttiva 2003/96, iżda ta’ approssimazzjoni. Madankollu, tali approssimazzjoni twassal neċessarjament għal inugwaljanza fit-trattament. Hija għandha wkoll bħala konsegwenza l-fatt li tillimita l-kompetizzjoni, fis-sens li hija tinkoraġġixxi l-impriżi tat-trasport li jixtru spare parts mingħand manifatturi ta’ vetturi u jarmawhom huma stess pjuttost milli terzi. Jista’ jingħad, <HT TYPE="ITALIC">dura lex sed lex</HT>, iżda naħseb li tali differenza fit-trattament ma għandha ebda ġustifikazzjoni la fil-kuntest ta’ interpretazzjoni litterali u lanqas mill-perspettiva tal-għan tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Sabiex tissolva din il-problema, il-Kummissjoni tipproponi li jiġi vverifikat, każ b’każ, liema huma t-tipi ta’ tankijiet proposti mill‑manifattur għal tip partikolari ta’ vettura u li dawn it-tipi ta’ tankijiet kollha jiġu kkunsidrati bħala koperti mid-definizzjoni analizzata. Din is-soluzzjoni fil-fehma tiegħi ma hijiex konvinċenti. Peress li ħafna drabi l-manifatturi jipproponu varjanti għall-vetturi tagħhom, li huma differenti mhux biss skont l-użu previst, iżda wkoll skont is-suq li fih dawn il-vetturi jitpoġġew għall-bejgħ, il-verifika tal-possibbiltajiet kollha offruti, fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, teħtieġ li l-awtoritajiet amministrattivi u l-qrati jwettqu konstatazzjonijiet fattwali kumplessi ħafna u jistgħu jwasslu għal riżultati diverġenti fi Stati Membri differenti. B’hekk dan imur kontra r-raġuni li għaliha saret id‑Direttiva 2003/96, li hija sabiex jiġu armonizzati d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrigwardaw it-tassazzjoni ta’ prodotti ta’ enerġija. Barra minn hekk, il-proposta tal-Kummissjoni ma tiħux inkunsiderazzjoni tankijiet li jistgħu jkunu proposti mhux mill-manifatturi tal-vetturi, iżda minn terzi. Madankollu, kif qed tiġi skartata b’kull mod interpretazzjoni litterali tad-dispożizzjoni inkwistjoni billi jiġu ammessi t-tankijiet proposti bħala għażla mill-manifatturi, jidhirli li huwa inqas iġġustifikat li jiġu skartati dawk proposti minn bejjiegħa indipendenti.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, HFT tipproponi li jsir riferiment għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20070905">5 ta’ Settembru 2007</DATE>, li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU L 263, p. 1</REF.DOC.OJ>.</P></NOTE> għall-interpretazzjoni tal‑kunċett tat-tip ta’ vettura fis-sens tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96. Madankollu, apparti l-kwistjoni dwar jekk huwiex korrett li tinqeda b’att ġuridiku posterjuri adottat f’qasam ta’ dritt partikolari sabiex jiġi interpretat att preċedenti li jirrigwarda qasam differenti, jiena ma naħsibx li d-Direttiva 2007/46 tista’ verament tkun utili f’dan il-każ. Fil-fatt, in-numru, it-tip u l-kapaċità tat-tankijiet ta’ karburant ma humiex fost il-karatteristiċi komuni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>tip ta’ vettura<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, elenkati fil-Parti B tal-Anness II tal-imsemmija direttiva. Fi kliem ieħor, il-vetturi tal-istess <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>tip<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> fis-sens tad-Direttiva 2007/46 jista’ jkollhom tankijiet differenti, li jerġa’ jpoġġina fil-punt tat-tluq għal dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tad-definizzjoni ta’ tankijiet standard fis-sens tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Pjuttost, jiena nipproponi, bħalma għamlet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Meilan Azewijn<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:499">EU:C:2004:499</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>. Ara l-punti 24 sa 26 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, li d-definizzjoni ta’ tankijiet standard fis-sens tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96 tiġi interpretata billi jsir riferiment għall-għan u l-istruttura ta’ din id-dispożizzjoni. Infakkar li dan l-għan huwa li jiġi protett il-moviment liberu tal-persuni u tal‑merkanzija kif ukoll li tiġi evitata t-taxxa doppja<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Id-dsatax-il premessa tad-Direttiva 94/74, li introduċiet l-Artikolu 8a tad-Direttiva 92/81, li sar l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96.</P></NOTE>. Għal<?PAGE NO="10"?> dan il‑għan, il-leġiżlatur ma stipulax proprjament eżenzjoni mid-dazju tas-sisa, iżda biss addattament, li jipprovdi, b’eċċezzjoni għar-regola ġenerali, li l-prodott ta’ enerġija taħt il-forma ta’ karburant f’tankijiet ta’ vetturi kummerċjali ma huwiex intaxxat mhux fl-Istat Membru li fih ser jintuża, iżda f’dak li fih ikun rilaxxat għall-konsum. Fil-fatt, l-obbligu li jiġi ddikjarat f’kull fruntiera interna l-kwantità ta’ karburant kontenut fit-tankijiet tal-vettura u n-neċessità li tintalab imbagħad, sabiex tiġi evitata taxxa doppja, il-ħelsien mid-dazju tas-sisa fl-Istat Membru tax‑xiri tal-karburant jikkostitwixxu ostakolu kunsiderevoli fit-trasport bit-triq bejn l-Istati Membri, u għalhekk ostakolu għall-kummerċ fi ħdan is-suq intern. Huwa sabiex tissolva din il-problema li l-leġiżlatur adotta l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Mill-perspettiva ta’ dan il-għan, l-element rilevanti ma huwiex l‑oriġini tat-tank tal-karburant, iżda l-punt dwar jekk il-karburant iservix għall-propulsjoni tal-vettura jew, eventwalment, għall-funzjoni tas-sistemi li għandha l-vettura. It-tank għandu għalhekk ikun installat b’mod li jippermetti l-provvista diretta tal-vettura bil-karburant. Mill‑banda l-oħra, il-persuna li installatu kif ukoll l-oriġini tiegħu ma humiex importanti. Għalhekk huwa b’mod ċar kontra l-għan tad‑Direttiva 2003/96 li l-għoti tal-eżenzjoni jkun suġġett għal ċirkustanza li, mill-perspettiva ta’ dan il-għan, ma għandha ebda rilevanza.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Din l-analiżi hija kkorroborata mit-tieni sentenza tal-ewwel inċiż tal‑Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2003/96, li tipprovdi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>[t]ankijiet tal-gass mwaħħla ma’ vetturi […] għandhom ikunu kkonsidrati ukoll bħala tankijiet standard<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>. Fil-fatt dawn it-tankijiet tal-gass normalment ma jitwaħħlux mill-manifatturi, u inqas u inqas <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>mal-vetturi kollha ta’ l-istess tip<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, għaliex il-vetturi bil-mutur normalment ma humiex intiżi oriġinarjament jużaw il-gass għall-propulsjoni, iżda karburant derivat mill-petrol. It‑tankijiet tal-gass huma għalhekk installati minn impriżi speċjalizzati, indipendenti mill-manifatturi.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>B’dan ir-riferiment, li diġà kien preżenti fir-Regolament Nru 918/83, il-leġiżlatur juri l-volontà tiegħu li jirrendi d-definizzjoni ta’ tankijiet standard flessibbli, sabiex ma jeskludix, b’mod mhux ġustifikat, ċerti persuni taxxabbli mill-benefiċċju tal-eżenzjoni. F’epoka fejn it-tankijiet tal-petrol jew diżil kienu normalment manifatturati b’mod standard, din il-flessibbiltà setgħet tkun limitata għat-tankijiet tal-gass. Fil-kuntest ekonomiku attwali tal-kostruzzjoni tal-vetturi fi stadji differenti, dan ma huwiex suffiċjenti. Għalhekk, jekk id-Direttiva 2003/96 tipprovdi espressament l-eżenzjoni tal-gass f’tankijiet imwaħħla minn terzi, jiena ma narax raġunijiet li jippermettu li jiġi ddikjarat li l-petrol jew id-diżil kontenuti f’tali tankijiet ma għandhomx jibbenefikaw mill-istess eżenzjoni. Għal darb’oħra, tali dikjarazzjoni hija bbażata fuq ċirkustanzi li ma għandhom ebda rilevanza fir-rigward tal-għanijiet tad-dispożizzjoni inkwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda l-prevenzjoni ta’ eventwali abbuż, naħseb li r-riskju ta’ tali abbuż ma huwiex marbut mal-oriġini tat-tankijiet tal‑karburant. Il-fatt li jintuża karburant mixtri fi Stat Membru waqt il‑passaġġ fi Stat Membru ieħor ma jikkostitwixxix abbuż. Il-fatt li tixtri karburant fi Stat Membru fejn il-prezz tiegħu huwa orħos sabiex jintuża fi Stat Membru ieħor lanqas ma huwa abbuż, jekk il-prossimità tal-fruntiera tirrendi tali operazzjoni vijabbli. Dan huwa mekkaniżmu ekonomiku naturali, inerenti għas-suq intern. Abbuż jista’ eventwalment jikkonsisti fl-użu tal-karburant importat f’tank ta’ vettura għall-finijiet oħra li ma humiex il-propulsjoni tal-istess vettura jew l-operazzjoni tas-sistema li hija għandha. Iżda tali abbuż huwa possibbli wkoll bil-għajnuna biss tat-tankijiet imwaħħla mill-manifatturi. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiġġieldu dawn l-abbużi permezz ta’ mezzi oħra u mhux billi jissuġġettaw l-għoti tal-eżenzjoni għall-oriġini tat-tank.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Wieħed jista’ wkoll jopponi l-interpretazzjoni li jiena nipproponi tal-fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha Schoonbroodt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P><REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:586">EU:C:1998:586</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-għanijiet li wasslu lil-leġiżlatur tal-Komunità jadotta l-Artikolu 8a tad-Direttiva 92/81, billi żammet interpretazzjoni stretta tad-definizzjoni ta’ tankijiet standard. Madankollu, għandu jitfakkar li, f’dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ma interpretatx id‑dispożizzjoni ta’ direttiva li tirrigwarda t-tassazzjoni ta’ prodotti ta’ enerġija fi ħdan is-suq intern, iżda, permezz tal-leġiżlazzjoni Belġjana<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara l-punt 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, dispożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni fil-qasam doganali, jiġifieri r-Regolament Nru 918/83. Il-Qorti tal-Ġustizzja, ċertament iddikjarat fis-sentenza tagħha li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>d-definizzjonijiet tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>tankijiet standard<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> mogħtija fid-dispożizzjonijiet differenti li jistgħu jkunu rilevanti ma jippreżentawx diverġenzi sinjifikattivi fil-kuntest tal-kawża prinċipali<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenza Schoonbroodt (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:586">EU:C:1998:586</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 20).</P></NOTE>. Xorta jibqa’ l-fatt li l-argument tal-Qorti tal-Ġustizzja huwa bbażat fuq ġurisprudenza stabbilita fil-qasam doganali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Ara l-punt 23 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, u mhux fuq l-għan ta’ dispożizzjoni adottata fil-kuntest tas-suq intern. Għall‑kuntrarju tal-opinjoni ppreżentata mill-Avukat Ġenerali Jacobs fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Schoonbroodt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara l-konklużjonijiet fil-kawża Schoonbroodt (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:323">EU:C:1998:323</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45).</P></NOTE>, jien naħseb li jistgħu jiġu kkunsidrati kunsiderazzjonijiet oħra għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni li tinsab f’direttiva fil-qasam tas-suq intern minbarra dawk kkunsidrati għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ regolament fil-qasam doganali, anki jekk, barra minn hekk, il-formulazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija essenzjalment identika. B’mod partikolari, għandu jiġi nnotat li, jekk id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti għandhom applikazzjoni diretta, dawk tad-direttivi huma vinkolanti biss għal dak li jirrigwarda r-riżultat li jrid jintlaħaq. Għalhekk fl-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni ta’ direttiva, għandha tingħata attenzjoni lill-għan li jrid jintlaħaq, iktar milli l-formulazzjoni eżatta tagħha. Dan bl-ebda mod ma jippreġudika l-interpretazzjoni tal-istess definizzjoni li tinsab fir-regolament fil-qasam doganali.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat ukoll li l-argument dwar il-prattika tal‑kostruzzjoni tal-vetturi f’diversi stadji diġà kien tqajjem fil-kawża Schoonbroodt. Hawn hekk il-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet billi ddikjarat li huwa l-leġiżlatur tal-Unjoni li għandu jasal għall‑konklużjonijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza Schoonbroodt (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:586">EU:C:1998:586</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27).</P></NOTE>. Issa, fil-fatt il-leġiżlatur wasal għall‑konklużjonijiet għaliex, fil-proposta tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>, il-Kummissjoni pproponiet emenda tad‑definizzjoni ta’ tankijiet standard fis-sens tal-Artikolu 24(2) tad‑Direttiva 2003/96, sabiex tieħu inkunsiderazzjoni t-tibdil fil-metodu tal-manifatturar tal-vetturi kummerċjali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Skont il-premessa 26 tal-proposta tal-Kummissjoni: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Sabiex ikun żgurat moviment ħieles waqt li fl-istess ħin jiġu rrispettati r-rekwiżiti tas-sigurtà applikabbli għall‑vetturi kummerċjali […], id-definizzjoni ta’ tankijiet standard ta’ tali vetturi fl-Artikolu 24 tad-Direttiva [2003/96] għandha tkun <HT TYPE="ITALIC">aġġornata</HT> sabiex tirrifletti l‑fatt li t-tankijiet tal-fjuwil ma jkunux imwaħħla b’mod esklużiv ma’ vetturi kummerċjali mill-manifattur tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. (Enfasi miżjud minni).</P></NOTE>. Skont il-proposta tal-Kummissjoni, din id-definizzjoni għandha tkopri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>it-tankijiet imwaħħla b’mod permanenti mal-karozza mill-manifattur jew minn parti terza<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u li josservaw ir-rekwiżiti tekniċi u jippermettu l-provvista diretta tal-vettura bil-karburant<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Artikolu 1, punt 18 tal-proposta tal-Kummissjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Il-proposta tal-Kummissjoni għadha ma ġietx adottata, iżda jiena tal-opinjoni li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjoni inkwistjoni fil‑formulazzjoni attwali tagħha għandu jkollha l-istess sens. Barra minn hekk, jiena ma naqbilx mal-argument <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT> mressaq mill‑Hauptzollamt Münster, li l-emenda proposta mill-Kummissjoni tfisser li t-test attwali tad-dispożizzjoni għandu kontenut normattiv differenti, dak li ma jippermettix li tiġi interpretata skont din il-proposta. Fil-fatt, il-volontà tal-Kummissjoni ma hijiex li temenda l-effetti tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96, iżda preċiżament li żżommhom, filwaqt li tadatta l-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni għar-realtà ekonomika. B’hekk, huwa possibbli li jintlaħaq dan l-għan mil-lum, billi tiġi adottata interpretazzjoni tad-definizzjoni ta’ tankijiet standard konformi mar-rekwiżiti attwali tas-suq tal-karozzi.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Evalwazzjoni globali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Kif jiena diġà indikajt fil-punt 14 ta’ dawn il-konklużjonijiet, jiena naħseb li għandha tingħata risposta komuni għaż-żewġ domandi mqajma mill-Finanzgericht Düsseldorf, jiġifieri li tingħata interpretazzjoni koerenti tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ tankijiet standard fis-sens tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva 2003/96. Din id‑definizzjoni għandha tinftiehem b’mod li tkopri t-tankijiet kollha mwaħħla b’mod permanenti fil-vetturi kummerċjali li jservu għall‑provvista diretta tal-imsemmija vetturi bil-karburant. Għalhekk dawn it-tankijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tekniċi kollha.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Nammetti li din is-soluzzjoni tista’ tidher riskjuża, peress li ssegwi l-formulazzjoni eżatta tad-dispożizzjoni inkwistjoni u lanqas l-unika sentenza li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja interpretat din id‑dispożizzjoni. Jidhirli madankollu li din hija l-unika interpretazzjoni li tista’ tiżgura kemm l-effett utili tal-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/96, l‑applikazzjoni uniformi tiegħu fl-Unjoni kollha kif ukoll iċ‑ċertezza legali tal-persuni taxxabbli.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Finanzgericht Düsseldorf bil-mod segwenti:</TXT><P>L-ewwel inċiż tal-Artikolu 24(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-<DATE ISO="20031027">27 ta’ Ottubru 2003</DATE>, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ tankijiet standard ikopri t-tankijiet kollha mwaħħla b’mod permanenti fil-vetturi kummerċjali li jservu għall-provvista diretta tal-karburant ta’ dawn il-vetturi.</P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>