<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑365/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0365</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:378">EU:C:2017:378</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20170517">17.5.2017</DATE> – KAWŻA C-65/16</P><P>ASSOCIATION FRANÇAISE DES ENTREPRISES PRIVÉES ET</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20170517">17 ta’ Mejju 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE><NOTE TYPE="ENDNOTE" NUMBERING="roman" NOTE.ID="E0002"><P>Fid-dispożittiv ta’ dan it-test saret modifika, wara li kien tqiegħed online għall-ewwel darba.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sistema fiskali komuni applikabbli għall-kumpanniji omm u għall-kumpanniji sussidjarji ta’ Stati Membri differenti</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2011/96/UE</KEYWORD><KEYWORD>Ħelsien mit-taxxa doppja</KEYWORD><KEYWORD>Kontribuzzjoni addizzjonali ta’ 3 % għat-taxxa fuq il-kumpanniji</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑365/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (kunsill tal-istat, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20160627">27 ta’ Ġunju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20160704">4 ta’ Lulju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Association française des entreprises privées (AFEP),</HT> </P><P><HT TYPE="BOLD">Axa SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Compagnie générale des établissements Michelin SCA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Danone SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">ENGIE SA</HT>, li kienet GDF Suez,</P><P><HT TYPE="BOLD">Eutelsat Communications SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">LVMH Moët Hennessy-Louis Vuitton SE,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Orange SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sanofi SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Suez Environnement Company SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Technip SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Total SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Vivendi SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Eurazeo SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Safran SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Scor SE,</HT></P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">Unibail-Rodamco SE,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Zodiac Aerospace SA,</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministre des Finances et des Comptes publics,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta, President tal-Awla, E. Regan, J.‑C. Bonichot, A. Arabadjiev u C. G. Fernlund (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Tanchev,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Association française des entreprises privées (AFEP), Axa SA, Compagnie générale des établissements Michelin SCA, Danone SA, ENGIE SA, li kienet GDF Suez, Eutelsat Communications SA, LVMH Moët Hennessy-Louis Vuitton SE, Orange SA, Sanofi SA, Suez Environnement Company SA, Technip SA, Total SA, Vivendi SA, Eurazeo SA, Safran SA, Scor SE, Unibail-Rodamco SE u Zodiac Aerospace SA, minn G. Blanluet, N. de Boynes u S. Austry, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u S. Ghiandoni, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn C. Pochet u M. Jacobs, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. Gossement u W. Roels, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1)(a) u tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE, tat-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE>, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal- kumpanniji prinċipali [omm] u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="345" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 345, p. 8</REF.DOC.OJ>), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2014/86/UE, tat-<DATE ISO="20140708">8 ta’ Lulju 2014</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="219" PAGE.FIRST="40" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 219, p. 40</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Direttiva omm-sussidjarji<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, l-Association française des entreprises privées (AFEP) u 17-il kumpannija (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>AFEP <HT TYPE="ITALIC">et</HT><QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), u min-naħa l-oħra, il-Ministre des Finances et des Comptes publics (ministru tal-finanzi u tal-kontijiet pubbliċi, Franza) dwar rikors intiż għall-annullament ta’ duttrina amministrattiva relattiva għall-kontribuzzjoni addizzjonali għat-taxxa fuq il-kumpanniji li kumpannija omm residenti hija suġġetta għaliha fil-mument tad-distribuzzjoni tal-profitti, inklużi dawk magħmula mis-sussidjarji tagħha mhux residenti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessa 3 tad-Direttiva omm-sussidjarji, l-għan ta’ din id-direttiva huwa li teżenta mit-taxxa f’ras il-għajn id-dividendi u t-tqassim ta’ profitti oħra mħallsa minn sussidjarji lill-kumpannija omm tagħhom, u li telimina t-taxxa doppja fuq dan id-dħul fil-livell tal-kumpannija omm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 7 u 9 ta’ din id-direttiva jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(7)</NO.P><TXT>Meta, bis-saħħa tal-assoċjazzjoni tagħha mal-kumpannija sussidjarja tagħha, il-kumpannija prinċipali [omm] tirċievi profitti mqassma, l-Istat Membru tal-kumpannija prinċipali jrid jew jibqa’ lura milli jintaxxa dan il-qligħ, jew jintaxxa dan il-qligħ filwaqt li jawtorizza lill-kumpannija prinċipali li tnaqqas mill-ammont tat-taxxa mistħoqqa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjoni mħallas mill-kumpannija sussidjarja li jkollha x’taqsam ma’ dan il-qligħ.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>Il-ħlas tad-distribuzzjonijiet tal-qligħ lil stabbiliment permanenti ta’ kumpannija prinċipali u l-irċevuta tagħhom minnha għandhom joħolqu l-istess trattament bħal dak li japplika bejn sussidjarja u l-kumpannija prinċipali tagħha. Dan għandu jinkludi s-sitwazzjoni meta kumpannija prinċipali u s-sussidjarja tagħha jkunu fl-istess Stat Membru u l-istabbiliment pemanenti jkun fi Stat Membru ieħor. Mill-banda l-oħra, jidher li s-sitwazzjonijiet meta l-istabbilment permanenti u s-sussidjarja jkunu fl-istess Stat Membru jistgħu jiġu ttrattati, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-prinċipji tat-Trattat, fuq il-bażi tal-leġislazzjoni nazzjonali mill-Istat Membru kkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) u (3) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Meta kumpannija prinċipali [omm] jew l-istabbiliment permanenti tagħha jirċievu qligħ imqassam bis-saħħa tal-assoċjazzjoni tal-kumpannija prinċipali mas-sussidjarja tagħha, l-Istat Membru tal-kumpannija prinċipali u l-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti tagħha għandhom, għajr meta s-sussidjarja tiġi llikwidata, jew:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ma jintaxxawx tali profitti sal-punt li tali profitti ma jkunux deduċibbli mis-sussidjarja, u jintaxxaw tali profitti sal-punt li tali profitti jkunu deduċibbli mis-sussidjarja; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jintaxxaw dan il-qligħ filwaqt li jawtorizzaw lill-kumpannija prinċipali u lill-istabbiliment permanenti li jnaqqsu mill-ammont mistħoqq tat-taxxa dak il-frazzjon tat-taxxa fuq il-korporazzjonijiet li jkollu x’jaqsam ma’ dan il-qligħ u mħallas mis-sussidjarja u minn kull sussidjara fi skala iktar baxxa, suġġett għall-kondizzjoni illi f’kull skala kumpannija u s-sussidjara tal-iskala iktar baxxa tagħha jaqgħu taħt id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u jissodisfaw il-ħtiġiet previsti fl-Artikolu 3, sal-limitu tal-ammont tat-taxxa mistħoqqa korrispondenti.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Kull Stat Membru għandu jżomm l-għażla li jipprovdi li kull spiża li jkollha x’taqsam mal-investiment u kull telf li jirriżulta mit-tqassim tal-qligħ tal-kumpannija sussidjarja ma jistgħux jitnaqqsu mill-qligħ taxxabbli tal-kumpannija prinċipali.</ALINEA><ALINEA>Meta l-ispejjeż tal-ġestjoni li jkollhom x’jaqsmu mal-investiment f’dan il-każ jiġu stabbiliti bħala rata fissa, l-ammont stabbilit ma jistax jaqbeż il 5 % tal-qligħ mqassam mill-kumpannija sussidjarja.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tad-Direttiva omm-sussidjarji jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-qligħ li sussidjarja tqassam lill-kumpannija prinċipali [omm] tagħha għandhom ikunu eżentati mit-taxxa fuq l-interessi.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Franċiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Mill-atti tal-proċess ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, f’dak li jirrigwarda t-trattament fiskali tal-profitti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva omm-sussidjarji, ir-Repubblika Franċiża għażlet sistema ta’ eżenzjoni tagħhom, bla ħsara għat-tassazzjoni ta’ proporzjon tal-ispejjeż u tal-onorarji, iffissata b’rata fissa għal 5 %, li tirrappreżenta l-ispejjeż u l-onorarji sostnuti mill-kumpannija omm, relatati mas-sehem tagħha fis-sussidjarja li qassmet dawn il-profitti. Għaldaqstant, dawn il-profitti huma għalhekk eżentati sa 95 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 235 ter ZCA tal-Code général des impôts (kodiċi ġenerali tat-taxxa, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>KĠT<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>I.</NO.P><TXT>Il-kumpanniji jew l-organi Franċiżi jew barranin suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji fi Franza, bl-esklużjoni tal-impriżi ta’ investiment kollettiv imsemmija fit-II tal-Artikolu L. 214‑1 tal-Code monétaire et financier (kodiċi monetarju u finanzjarju) kif ukoll ta’ dawk li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ impriżi mikro, żgħar u medji mogħtija fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014, tas-<DATE ISO="20140617">17 ta’ Ġunju 2014</DATE> li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat għandhom ikunu suġġetti għal kontribuzzjoni addizzjonali għal din it-taxxa fir-rigward tal-ammonti li huma jqassmu fis-sens tal-Artikoli 109 sa 117 ta’ dan il-kodiċi.</TXT><P>Il-kontribuzzjoni għandha tkun ekwivalenti għal 3 % tal-ammonti mqassma [...]</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></NP></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-AFEP <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ippreżentaw quddiem il-Conseil d’État (kunsill tal-istat, Franza) rikors intiż għall-annullament tad-duttrina amministrattiva, b’mod partikolari tal-paragrafu 70 tal-Istruzzjoni BOI-IS-AUT-<DATE ISO="20160330">30</DATE>-<DATE ISO="20160302">20160302</DATE> (Bulletin officiel des finances publiques-impôts, de 2 de marzo de 2016 [bulettin uffiċjali tal-finanzi pubbliċi-taxxi, tat-<DATE ISO="20160302">2 ta’ Marzu 2016</DATE>]), dwar il-kontribuzzjoni addizzjonali għat-taxxa fuq il-kumpanniji fir-rigward tal-ammonti mqassma (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>kontribuzzjoni addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) prevista fl-Artikolu 235 ter ZCA tal-KĠT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan ir-rikors, l-AFEP <HT TYPE="ITALIC">et</HT> qajmu kwistjoni prijoritarja ta’ kostituzzjonalità abbażi tal-Artikolu 61‑1 tal-Kostituzzjoni. Huma jsostnu wkoll li l-kontribuzzjoni addizzjonali hija, b’mod prinċipali, kuntrarja għall-Artikolu 4(1) tad-Direttiva omm-sussidjarji u, b’mod sussidjarju, kuntrarja għall-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Ministre des Finances et des Comptes publics (ministru tal-finanzi u tal-kontijiet pubbliċi) isostni li l-motivi mqajma mill-AFEP <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ma humiex fondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni hija deċiżiva għad-deċiżjoni tagħha dwar ir-rinviju tal-kwistjoni prijoritarja ta’ kostituzzjonalità lill-Conseil constitutionnel (kunsill kostituzzjonali, Franza). Min-naħa, hija tippreċiża li huma suġġetti għall-kontribuzzjoni addizzjonali għat-taxxa fuq il-kumpanniji, il-kumpanniji jew il-korpi li rċevew dħul<?PAGE NO="5"?> mill-ishma fis-sussidjarji tagħhom meta huma jqassmu mill-ġdid dan id-dħul. Barra minn hekk, il-modalitajiet ta’ rkupru u ta’ talba applikabbli għal din il-kontribuzzjoni addizzjonali u dawk previsti għat-taxxa fuq il-kumpanniji huma identiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-fatt li jiġġenera din il-kontribuzzjoni addizzjonali huwa differenti minn dak tat-taxxa fuq il-kumpanniji, peress li l-kontribuzzjoni ma tapplikax meta jiġu riċevuti d-dividendi, iżda fil-mument tat-tqassim mill-ġdid tagħhom mill-kumpannija li rċevithom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Hija teċċepixxi wkoll li l-bażi ta’ din l-istess kontribuzzjoni addizzjonali, li tieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-profitti mqassma li jirriżultaw minn profitti miżmuma, hija differenti minn dik tat-taxxa fuq il-kumpanniji. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-kwistjoni dwar jekk il-kontribuzzjoni addizzjonali tikkostitwixxix taxxa fuq il-profitti kuntrarja għall-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva omm-sussidjarji, tippreżenta, skont din il-qorti, diffikultà serja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, din il-qorti tar-rinviju tindika li, fid-dawl tal-fatt li l-fatt li jiġġenera din il-kontribuzzjoni addizzjonali huwa l-ħlas ta’ dividendi, tal-fatt li l-bażi tagħha hija kkostitwita mill-ammont tad-dividendi mħallsa, tal-fatt li l-persuna taxxabbli hija l-kumpannija li tqassam id-dividendi u tal-fatt li ma hemm ebda kreditu ta’ taxxa favur l-azzjonist, din il-kontribuzzjoni addizzjonali ma tidhirx li għandha, fir-rigward tal-kriterji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080626">26 ta’ Ġunju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Burda</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑284/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:365">EU:C:2008:365</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-karatteristiċi ta’ taxxa f’ras il-għajn. Madankollu, fid-dawl tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011004">4 ta’ Ottubru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Athinaïki Zythopoiïa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-294/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:505">EU:C:2001:505</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fil-każ li l-kontribuzzjoni addizzjonali ma tikkostitwixxix taxxa ipprojbita mill-Artikolu 4(1)(a) ta’ din id-direttiva, din tistax titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>taxxa fuq l-interessi [f’ras il-għajn]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, li minnha l-profitti mqassma għandhom jiġu eżentati taħt l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Conseil d’État (kunsill tal-istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva [omm-sussidjarji], u b’mod partikolari l-paragrafu (1)(a) tiegħu, jipprekludi taxxa bħal dik prevista fl-Artikolu 235b[ter] ZCA tal-[KĠT], li tinġabar fl-okkażjoni tat-tqassim tal-profitti minn kumpannija suġġetta għat-taxxa fuq il-kumpanniji fi Franza u li l-bażi tagħha hija kkostitwita mill-ammonti mqassma?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, taxxa bħal dik prevista fl-Artikolu 235b ZCA tal-[KĠT], għandha tiġi kkunsidrata bħala <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[taxxa fuq l-interessi [f’ras il-għajn]]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> li huma eżenti minnha l-profitti imqassma minn sussidjarja abbażi tal-Artikolu 5 tad-Direttiva?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-talba għall-ftuħ tal-proċedura orali</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20170331">31 ta’ Marzu 2017</DATE>, il-Gvern Franċiż talab il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura orali minħabba, essenzjalment, l-assenza ta’ diskussjoni dwar l-applikazzjoni fil-kawża prinċipali, tas-soluzzjonijiet proposti mill-Avukat Ġenerali Kokott fil-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>X</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑68/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:886">EU:C:2016:886</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura jipprevedi li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tordna l-ftuħ jew il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura, b’mod partikolari meta tqis li ma għandhiex informazzjoni biżżejjed jew meta waħda mill-partijiet tippreżenta, wara l-għeluq ta’ din il-fażi, fatt ġdid ta’ natura li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew inkella meta l-kawża jkollha tiġi deċiża fuq il-bażi ta’ argument li ma kienx indirizzat mill-partijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li għandha l-elementi neċessarji kollha sabiex tagħti deċiżjoni f’din il-kawża. Għaldaqstant, ma hemmx lok li jiġi ordnat il-ftuħ mill-ġdid tal-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva omm-sussidjarji għandux jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi miżura fiskali prevista mill-Istat Membru ta’ kumpannija omm, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-ġbir ta’ taxxa fl-okkażjoni tat-tqassim tad-dividendi mill-kumpannija omm u li l-bażi tagħha hija kkostitwita mill-ammonti tad-dividendi mqassma, inklużi dawk li joriġinaw mis-sussidjarji mhux residenti ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Mill-premessa 3 tad-Direttiva omm-sussidjarji jirriżulta li din id-direttiva trid tilħaq l-għan ta’ ħelsien mit-tassazzjoni doppja tal-profitti mqassma minn sussidjarja lill-kumpannija omm tagħha fuq il-livell tal-kumpannija omm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva omm-sussidjarji jħalli lill-Istati Membri l-għażla bejn żewġ sistemi, jiġifieri bejn is-sistema ta’ eżenzjoni u dik ta’ imputazzjoni. Fil-fatt, skont il-premessi 7 u 9 ta’ din id-direttiva, din id-dispożizzjoni tippreċiża li, meta kumpannija omm jew l-istabbiliment permanenti tagħha tirċievi, bis-saħħa tal-assoċjazzjoni bejn il-kumpannija omm u s-sussidjarja tagħha, profitti mqassma għajr meta din tal-aħħar tiġi llikwidata, l-Istat Membru tal-kumpannija omm u l-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti tagħha għandhom jew jastjenu milli jintaxxaw dawn il-profitti sa fejn dawn tal-aħħar ma jistgħux jitnaqqsu mis-sussidjarja, u jintaxxawhom sa fejn dawn jistgħu jitnaqqsu mis-sussidjarja, jew jintaxxawhom filwaqt li jippermettu lill-kumpannija omm u lill-istabbiliment permanenti jnaqqsu mill-ammont tat-taxxa tagħhom il-frazzjoni tat-taxxa relatata ma’ dawn il-profitti u mħallsa mis-sussidjarja u minn kull sussidjarja fi skala iktar baxxa (sentenza tal-lum, X, C‑68/15, punt 71 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Madankollu, l-Artikolu 4(3) ta’ din id-direttiva jipprovdi li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà jipprevedu li spejjeż relatati mas-sehem u telf li jirriżulta mit-tqassim tal-profitti tal-kumpannija sussidjarja ma jistgħux jitnaqqsu mill-profitt taxxabbli tal-kumpannija omm. Minn din id-dispożizzjoni jirriżulta wkoll li, jekk, f’dan il-każ, l-ispejjeż ta’ ġestjoni relatati mas-sehem ikunu iffissati b’rata fissa, tali ammont ma jistax jeċċedi 5 % tal-profitti mqassma mis-sussidjarja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 4 ta’ din id-direttiva huwa intiż sabiex jiġi evitat li l-profitti mqassma lil kumpannija omm residenti minn sussidjarja mhux residenti jiġu intaxxati, l-ewwel, fir-rigward tas-sussidjarja fl-Istat ta’ residenza tagħha u, it-tieni, fir-rigward tal-kumpannija omm fl-Istat ta’ residenza tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok, min-naħa, li jiġi ppreċiżat li, hekk kif ġie indikat fil-punt 7 ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika Franċiża għażlet l-eżenzjoni sa 95 %, tal-profitti li joriġinaw minn sussidjarja mhux residenti ta’ kumpannija omm residenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra għandu jiġi rrilevat li, sa fejn il-bażi tal-kontribuzzjoni addizzjonali għat-taxxa fuq il-kumpanniji hija kkostitwita mid-dividendi mqassma minn kumpannija omm, din il-bażi tista’ tinkludi wkoll profitti li joriġinaw mis-sussidjarji ta’ din il-kumpannija omm li huma residenti fi Stati Membri oħra, fatt li għandu bħala konsegwenza li dawn il-profitti jiġu ntaxxati b’rata li taqbeż il-limitu ta’ 5 % previst fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva omm-sussidjarji.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant tqum il-kwistjoni dwar jekk tali tassazzjoni ta’ dawn il-profitti hijiex kuntrarja għad-Direttiva omm-sussidjarji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Skont il-Gvern Franċiż u dak Belġjan, il-profitti mqassma mill-ġdid minn kumpannija omm lill-azzjonisti tagħha ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva omm-sussidjarji, peress li din id-dispożizzjoni tapplika biss meta kumpannija omm tirċievi profitti mqassma mis-sussidjarja tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Madankollu, tali interpretazzjoni ma tistax tiġi aċċettata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Hekk kif jirriżulta mis-sentenza tal-lum X (C‑68/15, punt 78), għandu jiġi kkonstatat li din l-interpretazzjoni la tirriżulta mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni u lanqas mill-kuntest jew mill-għanijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punti 79 u 80 ta’ din is-sentenza X ippreċiżat, minn naħa, li, billi tipprevedi li l-Istat Membru tal-kumpannija omm u l-Istat Membru tal-istabbiliment permanenti għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ma jintaxxawx tali profitti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> din id-dispożizzjoni tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jintaxxaw lill-kumpannija omm jew lill-istabbiliment permanenti tagħha fir-rigward tal-profitti mqassma mis-sussidjarja lill-kumpannija omm tagħha, mingħajr ma tagħmel distinzjoni skont jekk il-fattur taxxabbli tal-intaxxar tal-kumpannija omm huwiex ir-riċeviment ta’ dawn il-profitti jew it-tqassim mill-ġdid tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, peress li, skont il-premessa 3 tagħha, id-Direttiva omm-sussidjarji trid tilħaq l-għan ta’ ħelsien mit-tassazzjoni doppja tal-profitti mqassma minn sussidjarja lill-kumpannija omm tagħha fuq il-livell tal-kumpannija omm, tassazzjoni ta’ dawn il-profitti mill-Istat Membru tal-kumpannija omm fir-rigward ta’ din il-kumpannija waqt id-distribuzzjoni mill-ġdid ta’ dawn tal-aħħar, li jkollha bħala effett li dawn il-profitti jkunu suġġetti għal tassazzjoni li teċċedi l-limitu ta’ 5 % previst fl-Artikolu 4(3) ta’ din id-direttiva, twassal għal tassazzjoni doppja fuq il-livell ta’ din il-kumpannija kuntrarja għal din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, f’dan il-kuntest, ftit huwa rilevanti li l-miżura fiskali nazzjonali tkun ikklassifikata jew le bħala taxxa fuq il-kumpanniji. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva omm-sussidjarji ma hijiex suġġetta għal taxxa partikolari. Fil-fatt, din id-dispożizzjoni tipprevedi li l-Istat Membru tal-kumpannija omm għandu jastjeni milli jintaxxa l-profitti mqassma mis-sussidjarja tagħha mhux residenti. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni hija intiża sabiex jiġi evitat li l-Istat Membri jadottaw miżuri fiskali li jwasslu għal tassazzjoni doppja ta’ dawn il-profitti fir-rigward tal-kumpanniji omm.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni ma hijiex ikkontestata mill-punt 105 tas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20061212">12 ta’ Diċembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Test Claimants in the FII Group Litigation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑446/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:774">EU:C:2006:774</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), peress li, f’dan il-punt, il-Qorti tal-Ġustizzja kkummentat biss fuq il-konformità mad-Direttiva omm-sussidjarji ta’ ċertu metodi ta’ kalkolu tal-ammont tal-ħlas antiċipat tat-taxxa fuq il-kumpanniji meta kumpannija omm residenti tqassam mill-ġdid dividendi riċevuti mingħand sussidjarja mhux residenti, u mhux fuq il-konformità tal-ġbir, f’dan il-każ, ta’ din it-taxxa, ma’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan li ntqal, hemm lok li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li l-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva omm-sussidjarji għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi miżura fiskali prevista mill-Istat Membru ta’ kumpannija omm, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-ġbir ta’ taxxa fl-okkażjoni tat-tqassim tad-dividendi mill-kumpannija omm u li l-bażi tagħha hija kkostitwita mill-ammonti tad-dividendi mqassma, inklużi dawk li joriġinaw mis-sussidjarji mhux residenti ta’ din il-kumpannija.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/96/UE, tat-<DATE ISO="20111130">30 ta’ Novembru 2011</DATE>, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali [omm] u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2014/86/UE, tat-<DATE ISO="20140708">8 ta’ Lulju 2014</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi miżura fiskali prevista mill-Istat Membru ta’ kumpannija omm, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-ġbir ta’ taxxa fl-okkażjoni tat-tqassim tad-dividendi mill-kumpannija omm u li l-bażi tagħha hija kkostitwita mill-ammonti tad-dividendi mqassma, inklużi dawk li joriġinaw mis-sussidjarji mhux residenti ta’ din il-kumpannija.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>