<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-457/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0457</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:65">EU:C:2020:65</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20200131">31.1.2020</DATE> – Kawża C-457/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Is-Slovenja vs Il-Kroazja</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Awla Manja)</P><P><DATE ISO="20200131">31 ta’ Jannar 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Kroat.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 259 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tal-fruntiera komuni bejn żewġ Stati Membri</KEYWORD><KEYWORD>Tilwima dwar il-fruntiera bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika tas-Slovenja</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim ta’ Arbitraġġ</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ arbitraġġ</KEYWORD><KEYWORD>Notifika mir-Repubblika tal-Kroazja tad-deċiżjoni tagħha li ttemm il-Ftehim ta’ Arbitraġġ minħabba irregolarità li hija ssostni twettqet minn membru tat-Tribunal tal-Arbitraġġ</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni arbitrali mogħtija mit-Tribunal tal-Arbitraġġ</KEYWORD><KEYWORD>Allegat nuqqas ta’ osservanza mir-Repubblika tal-Kroazja tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ u tal-fruntiera ddeterminata permezz tad-deċiżjoni arbitrali</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali</KEYWORD><KEYWORD>Talba għall-irtirar ta’ dokument mill-proċess</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-pariri legali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑457/18,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 259 TFUE, ippreżentat fit-<DATE ISO="20180713">13 ta’ Lulju 2018</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tas-Slovenja</HT>, irrappreżentata minn M. Menard, bħala aġent, assistita minn J.-M. Thouvenin, avocat,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tal-Kroazja</HT>, irrappreżentata minn G. Vidović Mesarek, bħala aġent, assistita minn J. Stratford, QC,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Awla Manja),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President, R. Silva de Lapuerta, Viċi President, J.-C. Bonichot, A. Arabadjiev, A. Prechal, S. Rodin, L. S. Rossi u I. Jarukaitis, Presidenti ta’ Awla, M. Ilešič, J. Malenovský, D. Šváby, C. Vajda (Relatur) u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,</P><P>Reġistratur: M. Aleksejev, Kap ta’ Unità,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20190708">8 ta’ Lulju 2019</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20191211">11 ta’ Diċembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, ir-Repubblika tas-Slovenja titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li r-Repubblika tal-Kroazja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-Artikolu 4(3) TUE, sa fejn ipperikolat it-twettiq tal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-għan tal-konsolidazzoni tal-paċi u ta’ unjoni dejjem eqreb bejn il-popli tal-Ewropa, u pprekludiet lir-Repubblika tas-Slovenja milli tikkonforma ruħha mal-obbligu tagħha li timplimenta b’mod sħiħ id-dritt tal-Unjoni fit-territorju kollu tagħha;</P></ITEM><ITEM><P>il-prinċipju tal-osservanza tal-Istat tad-dritt, stabbilit fl-Artikolu 2 TUE, li huwa kundizzjoni essenzjali għal sħubija fl-Unjoni u li jobbliga lir-Repubblika tal-Kroazja tosserva t-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja kif iddeterminat mid-deċiżjoni finali mogħtija fid-<DATE ISO="20170629">29 ta’ Ġunju 2017</DATE> mit-Tribunal stabbilit fil-proċedura ta’ arbitraġġ dwar it-tilwima territorjali u marittima bejn dawn iż-żewġ Stati (il-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ, Kawża Nru 2012-04, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>deċiżjoni arbitrali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), konformement mad-dritt internazzjonali;</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="354" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 354, p. 22</REF.DOC.OJ>), kif ukoll taħt l-Anness I tiegħu, sa fejn ir-Repubblika tal-Kroazja rrifjutat li timplimenta s-sistema ta’ aċċess reċiproku prevista fir-Regolament Nru 1380/2013, ma rrikonoxxietx l-effett tal-leġiżlazzjoni li r-Repubblika tas-Slovenja adottat sabiex timplimenta din is-sistema ta’ aċċess reċiproku, irrifjutat liċ-ċittadini Sloveni d-dritt li jistadu fil-baħar territorjali Sloven, u pprekludiet lir-Repubblika tas-Slovenja milli tgawdi numru ta’ drittijiet, bħalma huma l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd, previsti f’dan l-istess regolament;</P></ITEM><ITEM><P>is-sistema ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ implimentazzjoni tar-regoli previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-<DATE ISO="20091120">20 ta’ Novembru 2009</DATE> li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 343, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="355" PAGE.FIRST="93" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 355, p. 93</REF.DOC.OJ> u 2015, L 149, p. 23), u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) tal-Kummissjoni Nru 404/2011 tat-<DATE ISO="20110408">8 ta’ April 2011</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="112" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 112, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="328" PAGE.FIRST="58" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 328, p. 58</REF.DOC.OJ>), sa fejn ir-Repubblika tal-Kroazja pprekludiet lir-Repubblika tas-Slovenja milli twettaq il-missjoni tagħha taħt din is-sistema, kif ukoll is-sorveljanza, il-kontroll u l-ispezzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd kif ukoll, meta l-ispezzjonijiet jiżvelaw eventwali ksur tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, il-proċeduri u l-miżuri ta’ implimentazzjoni kontra l-persuni responsabbli għall-ksur, u dan sa fejn eżerċitat hija stess id-drittijiet li dawn ir-regolamenti jagħtu lir-Repubblika tas-Slovenja bħala Stat kostali;</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikoli 4 u 17, moqrija flimkien mal-Artikolu 13, tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-<DATE ISO="20160309">9 ta’ Marzu 2016</DATE> dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="077" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 77, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kif ukoll</P></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><P>taħt l-Artikolu 2(4) u l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20140723">23 ta’ Lulju 2014</DATE> li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="257" PAGE.FIRST="135" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 257, p. 135</REF.DOC.OJ>), sa fejn adottat u implimentat l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>istrateġija għall-ippjanar tat-territorju tar-Repubblika tal-Kroazja<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni ta’ Vjenna</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 60 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati, tat-<DATE ISO="19690523">23 ta’ Mejju 1969</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti</HT>, Vol. 1155, p. 331, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Konvenzjoni ta’ Vjenna<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Tmiem ta’ trattat jew sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ trattat minħabba ksur tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprevedi, fil-paragrafi 1 u 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="060.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Ksur materjali ta’ trattat bilaterali minn waħda mill-Partijiet jintitola lill-Parti l-oħra tinvoka l-ksur bħala raġuni għat-tmiem tat-trattat jew għas-sospensjoni tal-applikazzjoni tiegħu kompletament jew parzjalment.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="060.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ksur materjali ta’ trattat, għall-finijiet ta’ dan l-artikolu, jikkonsisti:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-ksur ta’ dispożizzjoni essenzjali għat-twettiq tal-għan jew tal-iskop tat-trattat.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 65 tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Proċedura li għandha tiġi segwita fir-rigward tan-nullità ta’ trattat, tat-tmiem ta’ trattat, tal-ħruġ minn trattat jew tas-sospensjoni tal-applikazzjoni ta’ trattat<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="065.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Parti li, fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-konvenzjoni, tinvoka difett fir-rigward tal-kunsens tagħha li tkun marbuta minn trattat jew raġuni sabiex tikkontesta l-validità ta’ trattat, sabiex tittermina trattat, sabiex toħroġ minn trattat jew sabiex tissospendi l-applikazzjoni ta’ trattat, għandha tinnotifika l-pretensjoni tagħha lill-Partijiet l-oħra. In-notifika għandha tindika l-miżura li jkun qiegħed jiġi propost li tittieħed fir-rigward tat-trattat u r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="065.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, għall-kuntrarju, waħda mill-Partijiet l-oħra tkun qajmet oġġezzjoni, il-Partijiet għandhom ifittxu soluzzjoni permezz tal-mezzi indikati fl-Artikolu 33 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti [iffirmata f’San Francisco fis-<DATE ISO="19450626">26 ta’ Ġunju 1945</DATE>].<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Ftehim ta’ Arbitraġġ</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20091104">4 ta’ Novembru 2009</DATE>, fi Stokkolma, ġie ffirmat ftehim ta’ arbitraġġ bejn ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tal-Kroazja (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Ftehim ta’ Arbitraġġ<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ jistabbilixxi Tribunal tal-Arbitraġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan il-ftehim jipprevedi l-kompożizzjoni tat-Tribunal tal-Arbitraġġ, b’mod partikolari l-modalitajiet tal-ħatra tal-membri tiegħu kif ukoll il-modalitajiet ta’ sostituzzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmi ftehim, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-missjoni tat-Tribunal tal-Arbitraġġ<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu, li t-Tribunal tal-Arbitraġġ għandu jiddetermina (a) il-linja tal-fruntiera marittima u terrestri bejn il-Kroazja u s-Slovenja, (b) il-punt li fih is-Slovenja tmiss mal-ibħra internazzjonali u (c) is-sistema għall-finijiet tal-użu tal-ispazji marittimi rilevanti. Dan l-istess artikolu, fil-paragrafu 2 tiegħu, jistabbilixxi l-modalitajiet għad-determinazzjoni tas-suġġett preċiż tat-tilwima, fil-paragrafu 3 tiegħu, jipprevedi l-adozzjoni mit-Tribunal tal-Arbitraġġ ta’ deċiżjoni dwar it-tilwima u, fil-paragrafu 4 tiegħu, jagħti lil dan it-tribunal ġurisdizzjoni dwar l-interpretazzjoni tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(a) tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ, it-Tribunal tal-Arbitraġġ għandu japplika, għall-finijiet tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(a) ta’ dan il-ftehim, ir-regoli u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali. Skont l-Artikolu 4(b) tal-imsemmi ftehim, it-Tribunal tal-Arbitraġġ għandu japplika, għall-finijiet tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(b) u (c) tal-istess ftehim, id-dritt internazzjonali, l-ekwità u l-prinċipju tar-relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat sabiex jinkiseb riżultat ġust u ekwu li jieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(2) tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ jistipula li, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet li jipprovdu mod ieħor, it-Tribunal tal-Arbitraġġ għandu jmexxi l-proċedura b’mod konformi mar-Regoli fakultattivi tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ għall-arbitraġġ tat-tilwim bejn żewġ Stati. L-Artikolu 6(4) ta’ dan il-ftehim jipprovdi li t-Tribunal tal-Arbitraġġ għandu jiddeċiedi fl-iqsar żmien possibbli, wara li jikkonsulta mal-partijiet, dwar kull kwistjoni proċedurali, b’maġġoranza tal-membri tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ jispeċifika b’mod partikolari li t-Tribunal tal-Arbitraġġ, wara li jkun debitament ikkunsidra l-fatti rilevanti kollha tal-kawża, għandu jagħti d-deċiżjoni tiegħu fl-iqsar żmien possibbli. L-Artikolu 7(2) ta’ dan il-ftehim jipprovdi li d-deċiżjoni arbitrali torbot lill-partijiet u tikkostitwixxi riżoluzzjoni definittiva tat-tilwima. Skont l-Artikolu 7(3) tal-imsemmi ftehim, il-partijiet għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jimplimentaw id-deċiżjoni, inkluż, jekk ikun hemm bżonn, l-emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-sitt xhur wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9(1) tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ, ir-Repubblika tas-Slovenja għandha tirtira r-riżervi tagħha dwar il-ftuħ u l-għeluq tal-kapitoli tan-negozjati relatati mal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea meta l-ostakolu jirrigwarda t-tilwima.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 11(3) tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ, it-termini proċedurali kollha stabbiliti f’dan il-ftehim għandhom japplikaw mid-data tal-iffirmar tat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati membri tal-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika tal-Kroazja dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="112" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 112, p. 10</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Trattat ta’ Adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>). Dan it-trattat ġie ffirmat fid-<DATE ISO="20111209">9 ta’ Diċembru 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt primarju</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="112" PAGE.FIRST="21" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 112, p. 21</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Att ta’ Adeżjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), anness mat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>L-atti elenkati fl-Anness III għandhom jiġu adattati kif speċifikat f’dak l-Anness.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-punt 5 tal-Anness III tal-Att ta’ Adeżjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Sajd<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, aġġusta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-<DATE ISO="20021220">20 ta’ Diċembru 2002</DATE> dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 4, Vol. 5, p. 460), billi introduċa fl-Anness I ta’ dan ir-regolament il-punti 11 u 12, intitolati, rispettivament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Ilmijiet tal-kosta tal-Kroazja<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Ilmijiet tal-kosta tas-Slovenja<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. In-noti ta’ qiegħ il-paġna li għalihom jirreferu dawn l-aħħar żewġ punti jipprovdu, f’termini identiċi, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>[i]r-reġim [ta’ aċċess għall-ilmijiet kostali tal-Kroazja u tas-Slovenja taħt relazzjonijiet ta’ viċinat] għandu japplika mill-implimentazzjoni sħiħa tas-sentenza tal-arbitraġġ li hi riżultat tal-[Ftehim ta’ Arbitraġġ]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>. Dawn il-punti u dawn in-noti ta’ qiegħ il-paġna ġew riprodotti, essenzjalment, fir-Regolament Nru 1380/2013, li ħassar ir-Regolament Nru 2371/2002.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt sekondarju</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>L-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jdgħajjef il-ħarsien ta’:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>proċedimenti fil-qrati u pariri legali,</P></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>jekk ma’ jkunx hemm interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1224/2009 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 404/2011</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tiegħu, ir-Regolament Nru 1224/2009 jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ implimentazzjoni sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 404/2011 jistabbilixxi l-modalitajiet ta’ applikazzjoni ta’ din is-sistema ta’ kontroll.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1380/2013</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) u (2) tar-Regolament Nru 1380/2013 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikollhom aċċess indaqs għall-ilmijiet u r-riżorsi fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, suġġett għall-miżuri adottati skont il-Parti III.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fl-ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi taħt is-sovranità jew ġurisdizzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati, sal-<DATE ISO="20221231">31 ta’ Diċembru 2022</DATE> li jillimitaw is-sajd għal bastimenti tas-sajd li tradizzjonalment jistadu f’dawk l-ilmijiet minn portijiet fuq il-kosta maġenb, mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta’ Stati Membri oħra skont relazzjonijiet eżistenti dwar il-viċinat bejn l-Istati Membri u l-arranġamenti li jinsabu fl-Anness I, li jistabbilixxu għal kull Stat Membru ż-żoni ġeografiċi fi ħdan il-faxex kostali ta’ Stati Membri oħra fejn isiru attivitajiet tas-sajd u l-ispeċijiet ikkonċernati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Anness I ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Aċċess għall-ilmijiet kostali fis-sens tal-Artikolu 6(2) [Artikolu 5(2)]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jipprevedi, fil-punti 8 u 10 tiegħu, regoli dwar l-aċċess fir-rigward, rispettivament, tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>[i]lmijiet kostali tal-[K]roazja<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> u tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>[i]lmijiet tal-kosta tas-[S]lovenja<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. In-noti ta’ qiegħ il-paġna li għalihom jirreferu dawn il-punti jispeċifikaw, f’termini identiċi, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>[i]r-reġim [ta’ aċċess għall-ilmijiet kostali tal-Kroazja u tas-Slovenja taħt relazzjonijiet ta’ viċinat] għandu japplika mill-implimentazzjoni sħiħa tas-sentenza tal-arbitraġġ li hi riżultat tal- [Ftehim ta’ Arbitraġġ]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2014/89</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(1) tagħha, id-Direttiva 2014/89 tistabbilixxi qafas għall-ippjanar tal-ispazju marittimu bil-għan li jiġu promossi t-tkabbir sostenibbli tal-ekonomiji marittimi, l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni marittimi u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-drittijiet sovrani u l-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri fuq l-ilmijiet tal-ibħra li huma derivati mil-liġi internazzjonali relevanti, b’mod partikolari [il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS), iffirmata f’Montego Bay fl-<DATE ISO="19821210">10 ta’ Diċembru 1982</DATE> u li daħlet fis-seħħ fis-<DATE ISO="19941116">16 ta’ Novembru 1994</DATE> (<HT TYPE="ITALIC">Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti</HT>, Vol. 1833, 1834 u 1835, p. 3)]. B’mod partikolari, l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ma għandhiex tinfluwenza d-delinjament u d-delimitazzjoni tal-fruntieri marittimi mill-Istati Membri f’konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti tal-UNCLOS.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 11 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Kooperazzjoni bejn Stati Membri<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Bħala parti mill-proċess ta’ ppjanar u ġestjoni, l-Istati Membri li għandhom ibħra konfinanti għandhom jikkooperaw bil-għan li jiġi żgurat li l-pjani tal-ispazji marittimi jkunu koerenti u koordinati fir-reġjun tal-baħar kollu kkonċernat. Tali kooperazzjoni għandha, b’mod partikolari, tqis kwistjonijiet ta’ natura transnazzjonali.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Drittijiet Fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Meta jiġi applikat dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaġixxu b’rispett sħiħ tal-liġi relevanti tal-Unjoni, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea […], il-liġi internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar l-Istatus tar-Refuġjati magħmula f’Ġinevra fit-<DATE ISO="19510728">28 ta’ Lulju 1951</DATE> [<HT TYPE="ITALIC">Ġabra tat-Trattati tan-Nazzjonijiet Uniti</HT>, Vol. 189, p. 150, Nru 2545 (1954)], l-obbligi marbutin mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ non-refoulement, u d-drittijiet fundamentali. […]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(1) u (2) ta’ dan il-kodiċi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ewlieni tas-sorveljanza tal-fruntieri għandu jkun biex ma jitħalliex li jsir il-qsim mhux awtorizzat tal-fruntiera, sabiex tiġi miġġielda l-kriminalità transkonfinali u biex jittieħdu miżuri kontra persuni li jkunu qasmu l-fruntiera b’mod illegali. Persuna li tkun qasmet fruntiera illegalment u li m’għandha l-ebda dritt tibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiġi arrestata u ssir soġġetta għall-proċeduri li jirrispettaw id-Direttiva 2008/115/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="98" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 348, p. 98</REF.DOC.OJ>)].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-gwardji tal-fruntiera għandhom jużaw unitajiet stazzjonarji jew mobbli biex iwettqu s-sorveljanza tal-fruntieri.</ALINEA><ALINEA>Din is-sorveljanza għandha sseħħ b’tali mod li ma tħallix u tiskoraġġixxi persuni milli jevitaw il-verifiki f’punti ta’ qsim tal-fruntiera.<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-Artikolu 17 tal-imsemmi kodiċi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 sa 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="017.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jassistu lil xulxin u għandhom iżommu kooperazzjoni kontinwa u mill-qrib bil-ħsieb li jkun hemm implimentazzjoni effettiva tal-kontrolli fuq il-fruntiera, skont l-Artikoli 7 sa 16. Huma għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kooperazzjoni operattiva bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-fruntieri esterni għandha tiġi koordinata mill-[Aġenżija Ewropea għall-Ġestjoni tal-Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="017.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Aġenzija, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jikkooperaw f’livell operattiv ma’ Stati Membri oħra u/jew pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni, inkluż l-iskambju ta’ uffiċjali ta’ kollegament, fejn tali kooperazzjoni tikkomplimenta l-azzjoni tal-Aġenzija.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jastjenu minn kwalunkwe attività li tista’ tipperikola l-funzjonament tal-Aġenzija jew il-kisba tal-objettivi tagħha.</ALINEA><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Aġenzija dwar din il-kooperazzjoni operattiva msemmija fl-ewwel subparagrafu.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għat-tilwima</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="19910625">25 ta’ Ġunju 1991</DATE>, ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika tas-Slovenja pproklamaw l-indipendenza tagħhom mir-Repubblika Soċjalista Federali tal-Jugoslavja. Matul is-snin ta’ bejn l-1992 u l-2001, dawn iż-żewġ Stati pprovaw isolvu l-kwistjoni tal-iffissar tal-fruntiera terrestri u tal-fruntiera marittima tagħhom permezz ta’ negozjati bilaterali. Dawn in-negozjati kienu baqgħu mingħajr suċċess fir-rigward ta’ ċerti partijiet minn dawn il-fruntieri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tas-Slovenja saret membru tal-Unjoni fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20091104">4 ta’ Novembru 2009</DATE>, ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika tas-Slovenja ffirmaw il-Ftehim ta’ Arbitraġġ, li kien intiż sabiex tiġi riżolta t-tilwima transkonfinali ta’ bejniethom. Abbażi ta’ dan il-ftehim, li daħal fis-seħħ fid-<DATE ISO="20101129">29 ta’ Novembru 2010</DATE>, huma ntrabtu li jissottomettu din it-tilwima quddiem it-Tribunal tal-Arbitraġġ, ikkostitwit minn dan il-ftehim, u li d-deċiżjoni tiegħu kellha torbothom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Wara r-ratifika tat-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni mill-Istati Kontraenti kollha, konformement mar-regoli kostituzzjonali rispettivi ta’ dawn tal-aħħar, dan it-trattat daħal fis-seħħ fl-<DATE ISO="20130701">1 ta’ Lulju 2013</DATE>. Ir-Repubblika tal-Kroazja saret membru tal-Unjoni f’din l-istess data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Mill-proċess ta’ din il-kawża jirriżulta li, fil-kuntest tal-proċedura ta’ arbitraġġ quddiem it-Tribunal tal-Arbitraġġ, seħħet kwistjoni proċedurali minħabba komunikazzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex parte</HT> bejn l-arbitru maħtur mir-Repubblika tas-Slovenja u l-aġent ta’ dan l-Istat quddiem it-Tribunal tal-Arbitraġġ matul id-deliberazzjonijiet ta’ dan it-tribunal. Wara l-pubblikazzjoni ta’ ċerti artikli fl-istampa dwar il-kontenut ta’ dawn il-komunikazzjonijiet, l-arbitru u l-aġent ikkonċernati rriżenjaw mill-funzjonijiet rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150724">24 ta’ Lulju 2015</DATE>, ir-Repubblika tal-Kroazja bagħtet estratti mill-imsemmija komunikazzjonijiet lit-Tribunal tal-Arbitraġġ u, fid-dawl tal-ksur fundamentali ta’ fiduċja kkawżat, fil-fehma tagħha, minn dawn il-komunikazzjonijiet, talbet lil dan it-tribunal jissospendi l-proċedura ta’ arbitraġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Permezz ta’ nota verbali tat-<DATE ISO="20150730">30 ta’ Lulju 2015</DATE>, ir-Repubblika tal-Kroazja informat lir-Repubblika tas-Slovenja li hija kienet tqis li din tal-aħħar kienet responsabbli għal ksur materjali wieħed jew iktar tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ, fis-sens tal-Artikolu 60(1) u (3) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna, u li, għaldaqstant, hija kellha dritt ittemm il-Ftehim ta’ Arbitraġġ. Ir-Repubblika tal-Kroazja speċifikat li din in-nota kienet tikkostitwixxi notifika, skont l-Artikolu 65(1) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna, li permezz tagħha hija kienet qiegħda tipproponi li ttemm immedjatament il-Ftehim ta’ Arbitraġġ. Ir-Repubblika tal-Kroazja spjegat li hija kienet tqis li, permezz tal-komunikazzjonijiet <HT TYPE="ITALIC">ex parte</HT> msemmija fil-punt 30 ta’ din is-sentenza, l-imparzjalità u l-integrità tal-proċedura ta’ arbitraġġ kienu vvizzjati b’mod irrevokabbli, u dan kien iwassal għal ksur manifest tad-drittijiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fl-istess data, il-membru tat-Tribunal tal-Arbitraġġ maħtur mir-Repubblika tal-Kroazja rriżenja mill-funzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE>, ir-Repubblika tal-Kroazja informat lit-Tribunal tal-Arbitraġġ bid-deċiżjoni tagħha li ttemm il-Ftehim ta’ Arbitraġġ, filwaqt li kkomunikatlu r-raġunijiet wara din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150813">13 ta’ Awwissu 2015</DATE>, ir-Repubblika tas-Slovenja informat lit-Tribunal tal-Arbitraġġ li hija kienet oġġezzjonat għan-notifika mir-Repubblika tal-Kroazja tad-deċiżjoni tagħha li ttemm il-Ftehim ta’ Arbitraġġ u qieset li t-Tribunal tal-Arbitraġġ kellu s-setgħa u l-obbligu li jkompli l-proċedura.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20150925">25 ta’ Settembru 2015</DATE>, il-President tat-Tribunal tal-Arbitraġġ ħatar żewġ arbitri ġodda fiż-żewġ pożizzjonijiet vakanti, skont il-proċedura għas-sostituzzjoni ta’ arbitru prevista fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20151201">1 ta’ Diċembru 2015</DATE>, it-Tribunal tal-Arbitraġġ stieden liż-żewġ partijiet sabiex jissottomettu noti bil-miktub <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>dwar l-implikazzjonijiet legali tal-punti mqajma [mir-Repubblika tal-]Kroazja fl-ittri tagħha tal-24 u tal-<DATE ISO="20150731">31 ta’ Lulju 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali], u organizza seduta dwar dan il-punt fis-<DATE ISO="20160317">17 ta’ Marzu 2016</DATE>. Ir-Repubblika tas-Slovenja biss wieġbet għall-istedina tat-Tribunal tal-Arbitraġġ u pparteċipat f’din is-seduta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>, it-Tribunal tal-Arbitraġġ iddeċieda dwar il-kwistjoni proċedurali permezz ta’ deċiżjoni parzjali. Huwa qies, b’mod partikolari, li, billi stabbilixxiet kuntatti <HT TYPE="ITALIC">ex parte</HT> mal-arbitru li hija kienet ħatret inizjalment, ir-Repubblika tas-Slovenja aġixxiet bi ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ. It-Tribunal tal-Arbitraġġ madankollu qies li, fid-dawl tal-miżuri rimedjali meħuda sussegwentement, dan il-ksur ma kienx affettwa l-kapaċità tiegħu, fil-kompożizzjoni emendata tiegħu, li jagħti deċiżjoni finali b’mod indipendenti u imparzjali dwar it-tilwima bejn il-partijiet, konformement mar-regoli applikabbli, b’tali mod li l-imsemmi ksur la kien ċaħħad lill-Ftehim ta’ Arbitraġġ mis-suġġett tiegħu u lanqas mill-għan tiegħu. It-Tribunal tal-Arbitraġġ ikkonkluda li r-Repubblika tal-Kroazja ma kellhiex dritt ittemm il-Ftehim ta’ Arbitraġġ taħt l-Artikolu 60(1) tal-Konvenzjoni ta’ Vjenna u li l-Ftehim ta’ Arbitraġġ kien għalhekk baqa’ fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20170629">29 ta’ Ġunju 2017</DATE>, it-Tribunal tal-Arbitraġġ ta d-deċiżjoni arbitrali li permezz tagħha ddetermina d-delimitazzjoni tal-fruntiera marittima u tal-fruntiera terrestri bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika tas-Slovenja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura prekontenzjuża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20171229">29 ta’ Diċembru 2017</DATE>, ir-Repubblika tas-Slovenja ġibdet l-attenzjoni tal-Kummissjoni għaċ-ċaħda mir-Repubblika tal-Kroazja tad-deċiżjoni arbitrali u enfasizzat li r-rifjut minn dan l-Istat Membru li jimplimenta din id-deċiżjoni kellu l-effett li jagħmel impossibbli l-eżerċizzju mir-Repubblika tas-Slovenja tas-sovranità tagħha fuq iż-żoni marittimi u terrestri li, skont id-dritt internazzjonali, jagħmlu parti mit-territorju tagħha. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-Repubblika tas-Slovenja indikat li għaliha kien impossibbli li tosserva l-obbligu tagħha taħt id-dritt internazzjonali li timplimenta d-deċiżjoni arbitrali kif ukoll l-obbligu tagħha taħt it-Trattati li timplimenta d-dritt tal-Unjoni fit-territorju tagħha. Fid-dawl tat-theddida li din is-sitwazzjoni kienet tirrappreżenta għall-valuri tal-Unjoni u għall-osservanza tad-dritt tagħha, ir-Repubblika tas-Slovenja stiednet lill-Kummissjoni taġixxi immedjatament sabiex twaqqaf il-ksur mir-Repubblika tal-Kroazja tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ u tad-deċiżjoni arbitrali, sa fejn dan il-ksur għandu jitqies bħala nuqqas ta’ osservanza minn dan l-Istat Membru tal-aħħar tal-obbligi tiegħu taħt it-Trattati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Wara diversi inċidenti marittimi fl-ilmijiet attribwiti lir-Repubblika tas-Slovenja permezz tad-deċiżjoni arbitrali, dan l-Istat Membru, permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20180316">16 ta’ Marzu 2018</DATE>, fetaħ proċedura għal konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kontra r-Repubblika tal-Kroazja billi ressaq il-każ quddiem il-Kummissjoni, konformement mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 259 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20180417">17 ta’ April 2018</DATE>, ir-Repubblika tal-Kroazja ppreżentat osservazzjonijiet bil-miktub quddiem il-Kummissjoni. Iż-żewġ partijiet ipparteċipaw f’seduta quddiem il-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ma ħarġitx opinjoni motivata fit-terminu ta’ tliet xhur previst fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 259 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="10"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20180713">13 ta’ Lulju 2018</DATE>, ir-Repubblika tas-Slovenja ppreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat tal-<DATE ISO="20181221">21 ta’ Diċembru 2018</DATE>, ir-Repubblika tal-Kroazja qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ dan ir-rikors skont l-Artikolu 151 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tas-Slovenja wieġbet għal din l-eċċezzjoni fit-<DATE ISO="20190212">12 ta’ Frar 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20190521">21 ta’ Mejju 2019</DATE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tassenja l-kawża lill-Awla Manja sabiex tiddeċiedi dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20190531">31 ta’ Mejju 2019</DATE>, ir-Repubblika tal-Kroazja talbet, skont l-Artikolu 151 tar-Regoli tal-Proċedura, l-irtirar tad-dokument ta’ ħidma intern tal-Kummissjoni dwar il-parir tas-servizz legali tagħha, li jinsab fil-paġni 38 sa 45 tal-Anness C.2 tar-risposta tar-Repubblika tas-Slovenja għall-eċċezzjoni ta’ inammissibbli (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>dokument kontenzjuż<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittri tar-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 u tat-<DATE ISO="20190612">12 ta’ Ġunju 2019</DATE>, il-partijiet ġew mistiedna, fil-kuntest ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 62(1) tar-Regoli tal-Proċedura, iwieġbu għal mistoqsija matul is-seduta li kellha tinżamm u jipproduċu ċerti dokumenti. Il-partijiet ipproduċew debitament dawn id-dokumenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tar-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20190607">7 ta’ Ġunju 2019</DATE>, il-Qorti tal-Ġustizzja stiednet lill-Kummissjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 24 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, twieġeb bil-miktub jew, jekk ikun il-każ, matul is-seduta, għal numru ta’ mistoqsijiet dwar id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1380/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20190611">11 ta’ Ġunju 2019</DATE>, ir-Repubblika tas-Slovenja ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar it-talba tar-Repubblika tal-Kroazja għall-irtirar tad-dokument kontenzjuż mill-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tar-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20190620">20 ta’ Ġunju 2019</DATE>, il-Qorti tal-Ġustizzja stiednet lill-Kummissjoni tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha dwar din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20190628">28 ta’ Ġunju 2019</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha f’dan ir-rigward. F’ittra separata tal-istess jum, hija wieġbet għall-mistoqsijiet li kienu sarulha mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-ittra tas-<DATE ISO="20190607">7 ta’ Ġunju 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20190708">8 ta’ Lulju 2019</DATE> inżammet seduta għas-sottomissjonijiet orali, fil-preżenza tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Repubblika tas-Slovenja, dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq it-talba għall-irtirar tad-dokument kontenzjuż mill-proċess</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Kroazja titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tirtira d-dokument kontenzjuż mill-proċess ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Insostenn tat-talba tagħha, ir-Repubblika tal-Kroazja ssostni li d-dokument kontenzjuż huwa parir intern tas-servizz legali tal-Kummissjoni li ngħata fil-kuntest tal-fażi prekontenzjuża ta’ din il-proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu u li qatt ma kien ippubblikat mill-Kummissjoni. Iż-żamma ta’ dan id-dokument fil-proċess tal-kawża mhux biss ser ikollha konsegwenzi negattivi fuq il-funzjonament tajjeb tal-Kummissjoni, iżda tmur ukoll kontra r-rekwiżiti ta’ smigħ xieraq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tas-Slovenja titlob li t-talba tar-Repubblika tal-Kroazja tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-Repubblika tas-Slovenja ssostni li hija kellha aċċess għad-dokument kontenzjuż permezz ta’ hyperlink li kien jinsab f’artiklu ppubblikat fuq is-sit internet ta’ ġurnal ta’ kull ġimgħa Ġermaniż u tenfasizza li kemm dan l-artiklu u kemm il-parir tas-servizz legali tal-Kummissjoni għadhom aċċessibbli fuq l-internet. B’hekk, il-fatt li hija kellha aċċess għall-imsemmi dokument ma jmurx kontra r-Regolament Nru 1049/2001 sa fejn dan id-dokument huwa pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-Repubblika tas-Slovenja ssostni li r-Repubblika tal-Kroazja, li ma hijiex l-awtur tad-dokument kontenzjuż, ma tistax taġixxi minflok il-Kummissjoni sabiex tiddefendi l-interessi ta’ din tal-aħħar billi titlob li dan id-dokument jiġi rtirat mill-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-Repubblika tas-Slovenja ssostni li, f’din il-kawża, ebda indikazzjoni ma tista’ tinstilet mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, L‑<NAME.CASE>Isvezja u Turco vs Il-Kunsill</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑39/05 P u C‑52/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:374">EU:C:2008:374</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u mid-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, L-<NAME.CASE>Ungerija vs Il-Parlament</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑650/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:438">EU:C:2019:438</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), sa fejn il-kawżi li taw lok għal din is-sentenza u għal dan id-digriet kienu jikkonċernaw l-użu mhux awtorizzat ta’ dokumenti f’tilwimiet li kienu jinvolvu l-istituzzjoni awtur tagħhom. Din il-proċedura tikkonċerna sitwazzjoni differenti sa fejn il-Kummissjoni, li hija l-awtur tad-dokument kontenzjuż, ma hijiex qiegħda tipparteċipa fiha bħala konvenuta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, ir-Repubblika tas-Slovenja tenfasizza li l-produzzjoni tad-dokument kontenzjuż ma hijiex ta’ natura li tippreġudika l-interessi protetti mill-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 u li r-Repubblika tal-Kroazja ma indikatx b’liema mod iż-żamma ta’ dan id-dokument fil-proċess tal-kawża kienet tippreġudikaha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-Repubblika tas-Slovenja ssostni li, jekk jitqies li l-Kummissjoni qiegħda tintervjeni f’din il-kawża jew li l-Qorti tal-Ġustizzja stednitha tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha, l-iżvelar tad-dokument kontenzjuż ma għandu ebda impatt fuq il-mertu tal-osservazzjonijiet li din tista’ tippreżenta lill-Qorti tal-Ġustizzja. Fil-fatt, wieħed jista’ jipprevedi li, f’tali każ, il-Kummissjoni ser issegwi, bħala prinċipju, l-evalwazzjoni tas-servizz legali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni tqis li d-dokument kontenzjuż, li huwa dokument ta’ ħidma intern dwar parir tas-servizz legali tagħha, għandu jitneħħa mill-proċess tal-kawża. Din l-istituzzjoni tosserva li l-imsemmi dokument ma kienx intiż għall-pubbliku u li hija la żvelatu lill-pubbliku u lanqas ma awtorizzat il-produzzjoni tiegħu fil-kuntest ta’ tilwima quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Hija żżid li l-Qorti tal-Ġustizzja lanqas ma ordnat il-produzzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li d-dokument kontenzjuż huwa nota interna, redatta mis-servizz legali l-Kummissjoni u indirizzata lill-Kap tal-Uffiċċju tal-President ta’ din l-istituzzjoni, li tikkonċerna l-proċedura prekontenzjuża mibdija mir-Repubblika tas-Slovenja skont l-Artikolu 259 TFUE u li fiha hemm evalwazzjoni legali tal-punti ta’ liġi rilevanti. Għaldaqstant, ma jistax jiġi nnegat li dan id-dokument fih parir legali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Huwa paċifiku, l-ewwel nett, li r-Repubblika tas-Slovenja ma talbitx lill-Kummissjoni tawtorizza l-produzzjoni tal-imsemmi dokument quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, it-tieni nett, li din tal-aħħar ma ordnatx il-produzzjoni tiegħu fil-kuntest ta’ dan ir-rikors u, it-tielet nett, li l-Kummissjoni ma żvelatx dan id-dokument fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, konformement mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Issa, skont ġurisprudenza stabbilita, ikun kuntrarju għall-interess pubbliku li l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-pariri tas-servizz legali tagħhom, mogħtija b’indipendenza sħiħa, jekk jiġi aċċettat li l-produzzjoni ta’ tali dokumenti interni tista’ sseħħ fil-kuntest ta’ tilwima quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-imsemmija produzzjoni mill-istituzzjoni kkonċernata jew mingħajr ordni għal tali produzzjoni minn din il-qorti (digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, L‑<NAME.CASE>Ungerija vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑650/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:438">EU:C:2019:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0008">8</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Dan l-interess huwa rifless fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, li jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>[l]-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw aċċess għal dokument meta l-iżvelar tiegħu jista’ jdgħajjef il-ħarsien ta’ […] proċedimenti fil-qrati u pariri legali, […] jekk ma’ jkunx hemm interess pubbliku akbar fl-iżvelar tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>. Għalkemm ma tapplikax f’din il-proċedura sa fejn ir-Repubblika tas-Slovenja annettiet id-dokument kontenzjuż mar-risposta tagħha għall-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni, xorta jibqa’ l-fatt li din id-dispożizzjoni għandha ċertu valur indikattiv fil-kuntest tal-ponderazzjoni tal-interessi meħtieġa sabiex tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-irtirar tal-imsemmi dokument (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, L‑<NAME.CASE>Ungerija vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑650/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:438">EU:C:2019:438</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, bl-invokazzjoni u bil-produzzjoni, fil-kuntest ta’ dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu taħt l-Artikolu 259 TFUE, parir legali mogħti mis-servizz legali tal-Kummissjoni, redatt wara li l-każ tressaq quddiem din tal-aħħar, li jinkludi evalwazzjoni legali tal-punti ta’ liġi rilevanti, ir-Repubblika tas-Slovenja għandha l-intenzjoni li tinvoka dan il-parir f’din il-kawża fil-konfront tar-Repubblika tal-Kroazja u, jekk ikun il-każ, fil-konfront ukoll tal-Kummissjoni. L-awtorizzazzjoni taż-żamma ta’ dan tal-aħħar fil-proċess tal-kawża, meta l-iżvelar tiegħu ma kienx ġie awtorizzat mill-Kummissjoni, twassal sabiex ir-Repubblika tas-Slovenja titħalla tevita l-proċedura ta’ applikazzjoni għal aċċess għal tali dokument prevista fir-Regolament Nru 1049/2001 (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, L‑<NAME.CASE>Ungerija vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑650/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:438">EU:C:2019:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Issa, is-sempliċi fatt li r-Repubblika tas-Slovenja tinvoka d-dokument kontenzjuż f’tilwima quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra parti li ma hijiex l-istituzzjoni li mingħandha ħareġ il-parir inkluż f’dan id-dokument huwa irrilevanti fir-rigward tal-interess pubbliku tal-istituzzjonijiet li jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-pariri tas-servizz legali tagħhom, mogħtija b’indipendenza sħiħa, u għalhekk ma jagħmilx superfluwa l-ponderazzjoni tal-interessi meħtieġa sabiex tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-irtirar ta’ dan id-dokument mill-proċess tal-kawża (ara, b’analoġija, id-digriet tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20021023">23 ta’ Ottubru 2002</DATE>, L‑<NAME.CASE>Awstrija vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑445/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:607">EU:C:2002:607</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm riskju prevedibbli u mhux sempliċi ipotetiku li l-Kummissjoni, li la ħarġet opinjoni motivata taħt it-tielet paragrafu tal-Artikolu 259 TFUE, dwar l-ilmenti tar-Repubblika tas-Slovenja, u li lanqas ma indikat il-pożizzjoni tagħha dwar dawn l-ilmenti b’intervent quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja insostenn tat-talbiet ta’ waħda mill-partijiet, tqis, minħabba l-produzzjoni mhux awtorizzata tad-dokument kontenzjuż f’din il-proċedura, li għandha tieħu pożizzjoni pubblikament dwar parir li, manifestament, kien intiż għal użu intern. Issa, tali perspettiva timplika, b’mod li ma jistax jiġi evitat, riperkussjonijiet negattivi fir-rigward tal-interess tal-Kummissjoni li titlob pariri legali u li tirċievi pariri onesti, oġġettivi u komprensivi (ara, b’analoġija, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, L‑<NAME.CASE>Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/05 P u C‑52/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:374">EU:C:2008:374</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, L‑<NAME.CASE>Ungerija vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑650/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:438">EU:C:2019:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0016">16</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika ż-żamma tad-dokument kontenzjuż fil-proċess ta’ din il-kawża, minbarra l-fatt li l-parir legali li jinsab f’dan id-dokument ma jikkonċernax proċedura leġiżlattiva li fir-rigward tagħha hija meħtieġa trasparenza addizzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, L‑<NAME.CASE>Isvezja u Turco vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/05 P u C‑52/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:374">EU:C:2008:374</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0068">68</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), għandu jiġi osservat li, għar-Repubblika tas-Slovenja, l-interess f’din iż-żamma huwa li tkun f’pożizzjoni li tinvoka dan il-parir legali insostenn tar-risposta tagħha għall-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mir-Repubblika tal-Kroazja. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-produzzjoni tal-imsemmi parir legali tidher li hija ggwidata mill-interessi speċifiċi tar-Repubblika tas-Slovenja li tissostanzja l-argumenti tagħha fir-risposta tagħha għall-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà u mhux minn xi interess pubbliku superjuri (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, L‑<NAME.CASE>Ungerija vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑650/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:438">EU:C:2019:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Il-fatt li, kif issostni r-Repubblika tas-Slovenja, hija kellha aċċess għad-dokument kontenzjuż permezz tas-sit internet ta’ gazzetta ta’ kull ġimgħa li fiha deher artiklu li jirreferi, permezz ta’ hyperlink, għall-imsemmi parir, sa fejn din hija pubblikazzjoni mhux awtorizzata ta’ dan il-parir, ma jistax idaħħal inkwistjoni l-kunsiderazzjonijiet preċedenti (ara, b’analoġija, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190514">14 ta’ Mejju 2019</DATE>, L-<NAME.CASE>Ungerija vs Il‑Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑650/18</NO.CASE>, mhux ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:438">EU:C:2019:438</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandha tintlaqa’ t-talba tar-Repubblika tal-Kroazja għall-irtirar tad-dokument kontenzjuż mill-proċess tal-kawża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tal-Kroazja titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad dan ir-rikors fl-intier tiegħu bħala inammissibbli. F’dan ir-rigward, hija tinvoka, b’mod partikolari, tliet ilmenti ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-Repubblika tal-Kroazja ssostni li l-allegazzjonijiet tar-Repubblika tas-Slovenja fis-sens li hija kienet naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dritt tal-Unjoni huma aċċessorji għas-soluzzjoni tat-tilwima li tikkonċerna l-validità u l-effetti legali tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ u tad-deċiżjoni arbitrali. Issa, kif skontha ġie deċiż fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑132/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:562">EU:C:2010:562</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi li joħorġu mid-dritt tal-Unjoni jekk dawn l-obbligi jkunu aċċessorji għas-soluzzjoni minn qabel ta’ tilwima differenti li ma taqax fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Repubblika tal-Kroazja ssostni li s-suġġett veru tat-tilwima bejn iż-żewġ Stati jikkonċerna, minn naħa, il-validità u l-effetti legali tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ, li ma huwiex parti integrali mid-dritt tal-Unjoni, u, min-naħa l-oħra, il-validità u l-eventwali konsegwenzi legali tad-deċiżjoni arbitrali, li għadha ma ġietx implimentata. Għaldaqstant, is-soluzzjoni għal tali tilwima għandha tinstab b’applikazzjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali u ma tiddependix mill-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-Repubblika tal-Kroazja tqis li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni, taħt l-Artikolu 259 TFUE, sabiex tagħti deċiżjoni dwar il-validità u l-effetti tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ, li huwa ftehim internazzjonali li ma jagħmilx parti integrali mid-dritt tal-Unjoni, u lanqas dwar il-validità u l-effetti tad-deċiżjoni arbitrali mogħtija fuq il-bażi ta’ dan il-ftehim. Issa, il-Ftehim ta’ Arbitraġġ jikkostitwixxi l-bażi stess tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni invokat mir-Repubblika tas-Slovenja.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tas-Slovenja titlob li tiġi miċħuda l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mir-Repubblika tal-Kroazja sa fejn din tal-aħħar tinvoka n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti deċiżjoni dwar dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-Repubblika tas-Slovenja tqis li, permezz ta’ dan l-argument, ir-Repubblika tal-Kroazja qiegħda tipprova tiżnatura b’mod unilaterali s-suġġett tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel nett, ir-Repubblika tas-Slovenja tenfasizza li, fir-rikors tagħha, hija tinvoka biss ksur tad-dritt primarju u tad-dritt sekondarju tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-Repubblika tas-Slovenja tqis li l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja taħt l-Artikolu 259 TFUE ma hijiex eskluża meta l-fatti li fuqhom ikunu bbażati l-allegazzjonijiet ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni jaqgħu kemm taħt id-dritt tal-Unjoni kif ukoll taħt id-dritt internazzjonali. F’dan ir-rigward, skont ir-Repubblika tas-Slovenja, huwa importanti biss li dawn il-fatti jikkonċernaw ksur ta’ obbligi imposti mid-dritt tal-Unjoni. Dan madankollu ma jwaqqafx lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tieħu inkunsiderazzjoni regoli sostanzjali tad-dritt internazzjonali li d-dritt tal-Unjoni integra jew kellu l-intenzjoni li jintegra fl-ordinament ġuridiku tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>It-tielet nett, ir-Repubblika tas-Slovenja ssostni, filwaqt li tibbaża ruħha fuq is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060912">12 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑145/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:543">EU:C:2006:543</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-eżistenza ta’ tilwima bilaterali dwar l-interpretazzjoni ta’ att tad-dritt internazzjonali applikabbli bejn il-partijiet fi proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ma teskludix il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tagħti deċiżjoni fil-kuntest ta’ din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, sabiex tingħata deċiżjoni dwar il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja taħt l-Artikolu 259 TFUE, hija importanti biss il-kwistjoni ta’ jekk il-bażi tat-talbiet tar-rikors tikkonċernax <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>obbligi bis-saħħa tat-Trattati<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Ir-Repubblika tas-Slovenja tqis li r-rikors tagħha jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għal eżami taħt l-Artikolu 259 TFUE. Hija ssostni li, fil-fatt, mit-talbiet tar-rikors u mill-motivi mressqa insostenn tar-rikors jirriżulta li l-ilmenti mqajma minnha huma bbażati fuq id-dritt primarju tal-Unjoni kif ukoll fuq sensiela ta’ atti tad-dritt sekondarju. Ir-Repubblika tas-Slovenja tispeċifika li, fit-talbiet tar-rikors, hija ma titlobx lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi tar-Repubblika tal-Kroazja taħt id-dritt internazzjonali. Ir-referenza li hemm fir-rikors għad-deċiżjoni arbitrali saret biss bħala punt ta’ fatt rilevanti għall-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għall-finijiet tad-deskrizzjoni tat-territorju li fuqu l-Istati Membri għandhom jikkonformaw ruħhom mal-obbligi tagħhom taħt dan id-dritt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-Repubblika tas-Slovenja tindirizza l-ilmenti dwar nuqqas ta’ ġurisdizzjoni mqajma mir-Repubblika tal-Kroazja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, tal-ilment dwar nuqqas ta’ ġurisdizzjoni bbażat fuq in-natura aċċessorja tal-allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni, ir-Repubblika tas-Slovenja ssostni li, peress li t-territorji rispettivi tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Repubblika tas-Slovenja huma ddeterminati permezz tal-fruntiera ffissata konformement mad-dritt internazzjonali, f’dan il-każ permezz tad-deċiżjoni arbitrali, il-Qorti tal-Ġustizzja la qiegħda tintalab tikkonstata ksur tad-dritt internazzjonali u lanqas ma qiegħda tintalab tagħti deċiżjoni dwar tilwima internazzjonali. Ir-Repubblika tas-Slovenja tenfasizza li l-fruntiera bejn iż-żewġ Stati, kif stabbilita permezz tad-deċiżjoni arbitrali, hija punt ta’ fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ u għandha tieħu inkunsiderazzjoni u ma hijiex punt ta’ liġi li dwaru l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tagħti deċiżjoni. Fi kwalunkwe każ, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tosserva u tapplika d-dritt internazzjonali, sa fejn ikun meħtieġ għall-interpretazzjoni jew għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilmenti dwar nuqqas ta’ ġurisdizzjoni bbażati, minn naħa, fuq l-argument li s-suġġett veru tat-tilwima huwa l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dritt internazzjonali u, min-naħa l-oħra, fuq l-argument li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar il-validità u l-effetti ta’ ftehim internazzjonali li ma jagħmilx parti mid-dritt tal-Unjoni, ir-Repubblika tas-Slovenja tenfasizza li l-kwistjoni tal-validità tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ kif ukoll tal-validità u tal-effetti legali tad-deċiżjoni aribtrali ma hijiex is-suġġett tat-tilwima quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ma taqax fil-ġurisdizzjoni tagħha u, fi kwalunkwe każ, ġiet riżolta permezz tad-deċiżjoni parzjali tat-<DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE>. Il-fatt li r-Repubblika tal-Kroazja ma taqbilx mad-deċiżjoni arbitrali ma jistax ifisser li hemm tilwima dwar il-fruntiera li ma ġietx riżolta jew li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħti deċiżjoni dwar din il-kwistjoni li diġà ġiet riżolta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-Repubblika tas-Slovenja ssostni li l-argument tar-Repubblika tal-Kroazja fis-sens li d-deċiżjoni arbitrali ma hijiex direttament applikabbli ma jaqax taħt l-eżami tal-ġurisdizzjoni iżda taħt l-eżami tal-mertu. Fi kwalunkwe każ, dan l-argument huwa żbaljat sa fejn din id-deċiżjoni hija vinkolanti konformement mad-dritt internazzjonali u għalhekk tiffissa b’mod definittiv il-fruntiera bejn iż-żewġ Stati Membri.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 259 TFUE, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>[k]ull Stat Membru li jikkunsidra li Stat Membru ieħor ikun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skond it-Trattati jista’ jġib il-materja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta’ l-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-formulazzjoni tat-talbiet tar-rikors jirriżulta li r-Repubblika tas-Slovenja tibbaża r-rikors tagħha għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu fuq l-allegat nuqqas ta’ twettiq, mir-Repubblika tal-Kroazja, tal-obbligi tagħha, l-ewwel nett, taħt l-Artikolu 4(3) TUE, it-tieni nett, taħt l-Artikolu 2 TUE, it-tielet nett, taħt l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 1380/2013, moqri flimkien mal-Anness I ta’ dan ir-regolament, ir-raba’ nett, taħt is-sistema ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ implimentazzjoni tar-regoli prevista fir-Regolament Nru 1224/2009 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 404/2011, il-ħames nett, taħt l-Artikoli 4 u 17 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, moqrija flimkien mal-Artikolu 13 ta’ dan il-kodiċi, kif ukoll, is-sitt nett, taħt l-Artikolu 2(4) u taħt l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2014/89.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta’ rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, diġà ddeċidiet li hija ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar l-interpretazzjoni ta’ ftehim internazzjonali konkluż mill-Istati Membri li s-suġġett tiegħu ma jaqax fl-oqsma tal-kompetenza tal-Unjoni, u lanqas ma għandha ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar l-obbligi li joħorġu minn dan il-ftehim għal dawn l-Istati Membri (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Il‑Belġju</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑132/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:562">EU:C:2010:562</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, kemm jekk ikun ibbażat fuq l-Artikolu 258 TFUE u kemm jekk ikun ibbażat fuq l-Artikolu 259 TFUE, meta l-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni invokat insostenn ta’ dan ir-rikors ikollu natura aċċessorja fil-konfront tal-allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi li joħorġu minn tali ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Għaldaqstant, sabiex jinftiehmu eżatt in-natura u l-portata tal-allegati nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu, it-talbiet tar-rikors għandhom jinqraw fid-dawl tal-ilmenti tar-Repubblika tas-Slovenja kif jinsabu fil-motivi tar-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Issa, minn dawn il-motivi jirriżulta li, permezz tal-ewwel ilment tagħha, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2 TUE, l-intenzjoni tar-Repubblika tas-Slovenja hija li jiġi kkonstatat li, billi naqset unilateralment milli tonora l-impenn meħud fil-kuntest tal-proċess tal-adeżjoni mal-Unjoni li tosserva<?PAGE NO="16"?> d-deċiżjoni arbitrali li kellha tingħata, il-fruntiera ddeterminata mid-deċiżjoni arbitrali kif ukoll l-obbligi l-oħra li joħorġu minn din id-deċiżjoni, ir-Repubblika tal-Kroazja qiegħda tirrifjuta li tosserva l-Istat tad-dritt irrikonoxxut f’din id-dispożizzjoni u għalhekk qiegħda tikser il-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ <HT TYPE="ITALIC">res judicata</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni lment, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) TUE, ir-Repubblika tas-Slovenja ssostni li r-Repubblika tal-Kroazja, billi tirrifjuta li tirrikonoxxi u li tosserva l-fruntiera ddeterminata permezz tad-deċiżjoni arbitrali, qiegħda tipperikola t-twettiq tal-għanijiet tal-Unjoni u qiegħda tostakola l-implimentazzjoni, fit-territorju Sloven kollu, id-dritt tal-Unjoni, li l-applikazzjoni tiegħu tiddependi mid-determinazzjoni tat-territorji tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet u tar-raba’ lmenti tagħha, ir-Repubblika tas-Slovenja ssostni li, billi tonqos milli tosserva t-territorju Sloven u l-fruntieri tiegħu, kif stabbiliti permezz tad-deċiżjoni arbitrali, ir-Repubblika tal-Kroazja qiegħda tikser id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fir-rigward tat-tielet ilment, ir-Repubblika tas-Slovenja targumenta li, billi tikkontesta l-fruntiera kif iddeterminata permezz tad-deċiżjoni arbitrali kif ukoll billi toġġezzjona għad-delimitazzjoni tagħha u għall-implimentazzjoni ta’ din il-fruntiera, ir-Repubblika tal-Kroazja qiegħda tikser id-drittijiet esklużivi tar-Repubblika tas-Slovenja fuq l-ilmijiet territorjali tagħha, qiegħda tostakolha milli tikkonforma ruħha mal-obbligi tagħha taħt ir-Regolament Nru 1380/2013 u qiegħda tostakola, permezz ta’ aġir unilaterali li jikkostitwixxi ksur manifest tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ, l-applikazzjoni tas-sistema ta’ aċċess għall-ilmijiet kostali tal-Kroazja u tas-Slovenja taħt relazzjonijiet ta’ viċinat implimentata permezz ta’ dan ir-regolament, li ilu japplika għal dawn iż-żewġ Stati Membri mit-<DATE ISO="20171230">30 ta’ Diċembru 2017</DATE>, jiġifieri mill-għada tad-data ta’ skadenza tat-terminu ta’ sitt xhur previst fl-Artikolu 7(3) tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni arbitrali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raba’ lment, permezz ta’ dan l-ilment ir-Repubblika tas-Slovenja tallega li r-Repubblika tal-Kroazja qiegħda tikser is-sistema Komunitarja ta’ kontroll stabbilita sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, stabbilita permezz tar-Regolament Nru 1224/2009 u permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 404/2011, sa fejn dan l-Istat Membru tal-aħħar, minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-fruntiera marittima komuni tagħhom kif iddeterminata permezz tad-deċiżjoni arbitrali, minn naħa, jipprekludi lir-Repubblika tas-Slovenja milli tikkonforma mal-obbligi tagħha fil-kuntest tal-imsemmija sistema ta’ kontroll u, min-naħa l-oħra, jeżerċita b’mod illegali, fl-ilmijiet Sloveni, drittijiet li jappartjenu lir-Repubblika tas-Slovenja bħala Stat kostali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames ilment tagħha, ir-Repubblika tas-Slovenja ssostni li, peress li l-fruntiera bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika tas-Slovenja, kif iddeterminata permezz tad-deċiżjoni arbitrali, tibqa’ fruntiera esterna li għaliha japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Fruntieri ta’ Schengen dwar il-fruntieri esterni, ir-Repubblika tal-Kroazja qiegħda tikser kemm l-obbligi ta’ kontroll ta’ din il-fruntiera kif ukoll l-obbligu ta’ sorveljanza tagħha imposti minn dan il-kodiċi. Barra minn hekk, hija qiegħda tonqos milli twettaq l-obbligu li taġixxi b’osservanza sħiħa tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt internazzjonali applikabbli previsti fl-imsemmi kodiċi sa fejn tirrifjuta li tirrikonoxxi d-deċiżjoni arbitrali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt ilment tagħha, ir-Repubblika tas-Slovenja tallega li r-Repubblika tal-Kroazja, billi tirrifjuta li tirrikonoxxi d-deċiżjoni arbitrali li ffissat id-delimitazzjoni tal-ilmijiet territorjali bejn dawn iż-żewġ Stati Membri u, b’mod partikolari, billi tinkludi l-ilmijiet territorjali Sloveni fl-ippjanar tal-ispazju marittimu, tikser id-Direttiva 2014/89. B’hekk, ir-Repubblika tal-Kroazja tagħmel impossibbli wkoll kull kooperazzjoni prevista f’din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Mill-punti preċedenti jirriżulta li l-allegat ksur tad-dritt primarju tal-Unjoni, kopert fl-ewwel u fit-tieni lmenti, jirriżulta, skont ir-Repubblika tas-Slovenja stess, mill-allegat nuqqas ta’ twettiq, mir-Repubblika tal-Kroazja, tal-obbligi li joħorġu mill-Ftehim ta’ Arbitraġġ u mid-deċiżjoni arbitrali mogħtija fuq il-bażi<?PAGE NO="17"?> ta’ dan il-ftehim, b’mod partikolari, tal-obbligu li tosserva l-fruntiera ffissata permezz ta’ din id-deċiżjoni. Bl-istess mod, fir-rigward tal-allegat ksur tad-dritt sekondarju tal-Unjoni, kopert fit-tielet sas-sitt ilment, dan il-ksur huwa bbażat fuq il-premessa li l-fruntiera terrestri u l-fruntiera marittima bejn ir-Repubblika tal-Kroazja u r-Repubblika tas-Slovenja ġiet iddeterminata konformement mad-dritt internazzjonali, jiġifieri permezz tad-deċiżjoni arbitrali. Ir-rifjut, minn dan l-ewwel Stat Membru, li jeżegwixxi din id-deċiżjoni jipprekludi, bħala konsegwenza, lit-tieni Stat Membru milli jimplimenta, fit-territorju kollu tiegħu, id-dispożizzjonijiet tad-dritt sekondarju tal-Unjoni inkwistjoni kif ukoll milli jgawdi d-drittijiet mogħtija lilu minn dawn id-dispożizzjonijiet u jostakola, fiż-żoni marittimi li huma s-suġġett tat-tilwima, l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt sekondarju tal-Unjoni li jagħmlu riferiment għall-implimentazzjoni sħiħa tad-deċiżjoni arbitrali li tirriżulta mill-Ftehim ta’ Arbitraġġ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni arbitrali ngħatat minn tribunal internazzjonali mwaqqaf bis-saħħa ta’ ftehim ta’ arbitraġġ bilaterali rregolat mid-dritt internazzjonali, li s-suġġett tiegħu ma jaqax fl-oqsma tal-kompetenzi tal-Unjoni previsti fl-Artikoli 3 sa 6 TFUE u li fih l-Unjoni ma hijiex parti. Huwa minnu li l-Unjoni offriet l-assistenza tagħha liż-żewġ partijiet fit-tilwima dwar il-fruntiera sabiex tinstab soluzzjoni għal din it-tilwima u li l-Presidenza tal-Kunsill iffirmat il-Ftehim ta’ Arbitraġġ f’isem l-Unjoni, bħala xhud. Barra minn hekk, hemm rabtiet ta’ konnessjoni bejn, minn naħa, il-konklużjoni ta’ dan il-ftehim kif ukoll il-proċedura ta’ arbitraġġ li nżammet fuq il-bażi tiegħu u, min-naħa l-oħra, il-proċess ta’ negozjati u ta’ adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni. Madankollu, tali ċirkustanzi ma humiex biżżejjed sabiex jitqies li l-Ftehim ta’ Arbitraġġ u d-deċiżjoni arbitrali huma parti integrali mid-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-fatt li l-punt 5 tal-Anness III tal-Att ta’ Adeżjoni introduċa, fl-Anness I tar-Regolament Nru 2371/2002, il-punti 11 u 12 u li n-noti ta’ qiegħ il-paġna li għalihom jirreferu dawn il-punti jagħmlu riferiment, f’termini newtrali, għad-deċiżjoni arbitrali mogħtija fuq il-bażi tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ, sabiex tiġi ddefinita d-data ta’ applikabbiltà tas-sistema ta’ aċċess għall-ilmijiet kostali tal-Kroazja u tas-Slovenja taħt relazzjonijiet ta’ viċinat, ma jistax jiġi interpretat fis-sens li dan l-att ta’ adeżjoni inkorpora fid-dritt tal-Unjoni l-impenji internazzjonali meħuda fil-kuntest ta’ dan il-ftehim mir-Repubblika tal-Kroazja u mir-Repubblika tas-Slovenja, b’mod partikolari l-obbligu li tiġi osservata l-fruntiera ffissata permezz ta’ din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni għandu natura aċċessorja fil-konfront tal-allegat nuqqas ta’ twettiq mir-Repubblika tal-Kroazja tal-obbligi li joħorġu minn ftehim internazzjonali bilaterali li l-Unjoni ma hijiex parti tiegħu u li s-suġġett tiegħu ma jaqax fl-oqsma ta’ kompetenzi tagħha. Peress li rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat taħt l-Artikolu 259 TFUE jista’ jkollu bħala suġġett biss in-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi li joħorġu mid-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja għaldaqstant ma għandhiex, konformement ma’ dak li tfakkar fil-punti 91 u 92 ta’ din is-sentenza, ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni fil-kuntest ta’ dan ir-rikors dwar allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi li joħorġu mill-Ftehim ta’ Arbitraġġ u mid-deċiżjoni aribtrali li minnhom huma misluta l-ilmenti tar-Repubblika tas-Slovenja bbażati fuq allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi speċifikat ukoll li, fl-assenza, fit-Trattati, ta’ definizzjoni iktar preċiża tat-territorji li jaqgħu taħt is-sovranità tal-Istati Membri, kull wieħed mill-Istati Membri għandu jiddetermina l-portata u l-limiti tat-territorju rispettiv tiegħu, konformement mar-regoli tad-dritt internazzjonali pubbliku (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070329">29 ta’ Marzu 2007</DATE>, <NAME.CASE>Aktiebolaget NN</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑111/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:195">EU:C:2007:195</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Fil-fatt, huwa b’riferiment għat-territorji nazzjonali li huwa stabbilit il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tat-Trattati, fis-sens tal-Artikolu 52 TUE u tal-Artikolu 355 TFUE. Mill-bqija, l-Artikolu 77(4) TFUE jfakkar li l-Istati Membri għandhom kompetenza fir-rigward tad-delimitazzjoni ġeografika tal-fruntieri tagħhom, konformement mad-dritt internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-Artikolu 7(3) tal-Ftehim ta’ Arbitraġġ jipprevedi li l-partijiet għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha sabiex jimplimentaw id-deċiżjoni arbitrali, inkluż, sa fejn ikun meħtieġ, billi jemendaw il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Barra minn hekk, in-noti ta’<?PAGE NO="18"?> qiegħ il-paġna marbuta mal-punti 8 u 10 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1380/2013 jispeċifikaw li, fir-rigward tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Repubblika tas-Slovenja, is-sistema ta’ aċċess għall-ilmijiet kostali ta’ dawn l-Istati Membri taħt relazzjonijiet ta’ viċinat, stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-regolament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>[t]applika mill-implimentazzjoni sħiħa [tad-deċiżjoni arbitrali]<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Issa, huwa paċifiku, kif osserva wkoll essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 164 tal-konklużjonijiet tiegħu, li d-deċiżjoni arbitrali ma ġietx implimentata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax, mingħajr ma tmur lil hinn mill-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati u mingħajr ma tirfes fuq il-kompetenzi rriżervati lill-Istati Membri fil-qasam tad-determinazzjoni ġeografika tal-fruntieri tagħhom, teżamina, fil-kuntest ta’ dan ir-rikors ippreżentat fuq il-bażi tal-Artikolu 259 TFUE, il-kwistjoni tal-portata u tal-limiti tat-territorji rispettivi tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Repubblika tas-Slovenja, billi tapplika direttament il-fruntiera ddeterminata permezz tad-deċiżjoni arbitrali sabiex tivverifika l-materjalità tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar dan ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija bla ħsara għal kwalunkwe obbligu li jirriżulta, għal kull wieħed miż-żewġ Stati Membri kkonċernati, fir-relazzjonijiet reċiproċi tagħhom kif ukoll fil-konfront tal-Unjoni u tal-Istati Membri l-oħra, mill-Artikolu 4(3) TUE sabiex ifittxu b’mod leali soluzzjoni legali definittiva konformi mad-dritt internazzjonali, kif prevista fl-Att ta’ Adeżjoni, li tiżgura l-applikazzjoni effettiva u mingħajr ostakolu tad-dritt tal-Unjoni fiż-żoni kkonċernati u sabiex itemmu t-tilwima tagħhom bl-użu ta’ mezz jew ieħor għas-soluzzjoni tagħha, inkluż, jekk ikun il-każ, billi jressqu t-tilwima quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bis-saħħa ta’ ftehim ta’ kompromess taħt l-Artikolu 273 TFUE.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Peress li r-Repubblika tal-Kroazja talbet li r-Repubblika tas-Slovenja tiġi kkundannata għall-ispejjeż u peress li din tal-aħħar tilfet fir-rigward tat-talbiet tagħha, hemm lok li r-Repubblika tas-Slovenja tiġi kkundannata għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-dokument ta’ ħidma intern tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-parir tas-servizz legali tagħha, li jinsab fil-paġni 38 sa 45 tal-Anness C.2 tar-risposta tar-Repubblika tas-Slovenja għall-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, huwa rtirat mill-proċess tal-Kawża C‑457/18.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors tar-Repubblika tas-Slovenja, ippreżentat fuq il-bażi tal-Artikolu 259 TFUE, fil-Kawża C‑457/18.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>