<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-515/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0515</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:273">EU:C:2021:273</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20210415">15.4.2021</DATE> – Kawża C‑515/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Eutelsat</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20210415">15 ta’ April 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Settur tat-telekomunikazzjonijiet</KEYWORD><KEYWORD>Użu armonizzat tal-ispektrum tar-radju fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Nru 626/2008/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2(2)(a) u (b)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4(1)(ċ)(ii)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1) u (2)</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 8(1) u (3)</KEYWORD><KEYWORD>Sistemi mobbli permezz tas-satellita</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>stazzjon mobbli terrestri<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>komponenti terrestri komplementari<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/></KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>kwalità meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/></KEYWORD><KEYWORD>Rwol rispettiv tal-komponenti satellitari u terrestri</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu għall-operatur ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita magħżul li jipprovdi s-servizz lil ċertu perċentwali tal-popolazzjoni u tat-territorju</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ osservanza</KEYWORD><KEYWORD>Effett</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑515/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (Franza) (il-Kunsill tal-Istat, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20190628">28 ta’ Ġunju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190708">8 ta’ Lulju 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Eutelsat SA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Autorité de régulation des communications électroniques et des postes (ARCEP),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Inmarsat Ventures SE</HT>, li kienet Inmarsat Ventures Ltd,</P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Viasat Inc.,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Viasat UK Ltd,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev, President tal-Awla, A. Kumin (Relatur), T. von Danwitz, P. G. Xuereb u I. Ziemele, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Eutelsat SA, minn L. de la Brosse u C. Barraco-David, avocats,</P></ITEM><ITEM><P>għal Inmarsat Ventures SE, minn C. Spontoni, N. Brice u É. Barbier de La Serre, avocats,</P></ITEM><ITEM><P>għal Viasat Inc. u Viasat UK Ltd, minn L. Panepinto, P. de Bandt u H. Farge, avocats, kif ukoll minn J. Ruiz Calzado, abogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn A.-L. Desjonquères, E. de Moustier u P. Dodeller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn P. Cottin u J.-C. Halleux, bħala aġenti, assistiti minn S. Depré, avocat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn S. Brandon, bħala aġent, assistit minn J. Morrison, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Gippini Fournier, G. Braun u L. Nicolae, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20201112">12 ta’ Novembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2)(a) u (b) u tal-Artikolu 4(1)(ċ)(iii), tal-Artikolu 7(1) u (2) u tal-Artikolu 8(1) u (3) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑<DATE ISO="20080630">30 ta’ Ġunju 2008</DATE> dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="172" PAGE.FIRST="15" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 172, p. 15</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Deċiżjoni MSS<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Eutelsat SA, minn naħa, u l-Autorité de régulation des communications électroniques et des postes (ARCEP, Franza) (l-Awtorità Regolatorja għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi u Postali, Franza) dwar id-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar li tagħti lil Inmarsat Ventures SE, li kienet Inmarsat Ventures Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Inmarsat<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), drittijiet ta’ użu għal komponenti terrestri komplementari (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>KTK<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>) ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt internazzjonali</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kostituzzjoni tal-ITU</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (ITU) hija istituzzjoni speċjalizzata tan-Nazzjonijiet Uniti responsabbli mit-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. Bħalma jirriżulta, b’mod partikolari, mill-Artikolu 1 tal-kostituzzjoni tagħha, huwa fil-kuntest tal-ITU li l-ispektrum tar-radju u l-orbiti tas-satelliti huma attribwiti lill-iskala dinjija u li l-istandards tekniċi huma żviluppati sabiex tiġi żgurata l-interkonnessjoni tan-networks u tat-teknoloġiji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 2 tal-kostituzzjoni tal-ITU, din hija magħmula minn Stati Membri u membri tas-setturi. Attwalment, 193 Stat huma membri tal-ITU, fosthom l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea li, hija stess, hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>membru tas-settur<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 ta’ din il-kostituzzjoni, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Strumenti tal-[ITU]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 3 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-[k]ostituzzjoni u tal-[f]tehim huma kkompletati ulterjorment b’dawk tar-[r]egolamenti amministrattivi elenkati iktar ’il quddiem, li jirregolaw l-użu tat-telekomunikazzjonijiet u jorbtu lill-Istati Membri kollha:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>ir-[R]egolament dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju</P></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Konferenzi Dinjija dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju (CMR) għandhom il-kompitu li jeżaminaw u, jekk ikun il-każ, jirrevedu r-Regolament dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju msemmi fl-Artikolu 4 tal-Kostituzzjoni tal-ITU. Dan ir-regolament, fil-verżjoni tiegħu li tirriżulta miċ-CMR li seħħet f’Genève (l-Isvizzera) fit‑<DATE ISO="20120123">23 ta’ Jannar 2012</DATE> (CMR‑12) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Regolamenti dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), jinkludi Kapitolu I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Terminoloġija u Karatteristiċi Tekniċi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, li fih l-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Termini u definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Dan l-artikolu huwa maqsum f’taqsimiet, li t-Taqsima III tiegħu hija intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Servizzi ta’ komunikazzjoni bir-radju<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. It-taqsimiet fihom infushom huma maqsuma f’numri. Taħt din it-Taqsima III, hemm b’mod partikolari n-numru 1.25 tal-imsemmi Artikolu 1, li huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>servizz mobbli permezz tas-satellita: Servizz ta’ komunikazzjoni bir-radju:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>bejn stazzjonijiet mobbli terrestri u stazzjon spazjali wieħed jew iktar, jew bejn stazzjonijiet spazjali użati minn dan is-servizz;</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>bejn stazzjonijiet mobbli terrestri permezz ta’ stazzjon spazjali wieħed jew iktar.</P></ITEM></LIST><P>Barra minn hekk, dan is-servizz jista’ jinkludi l-konnessjonijiet neċessarji għall-operat tiegħu.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P><P>[traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju jinkludi Taqsima IV, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Stazzjonijiet u sistemi ta’ komunikazzjoni bir-radju<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, li tinkludi b’mod partikolari n-numri 1.61, 1.63, 1.64, 1.67 u 1.68 tiegħu, ifformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>1.61 stazzjon: “trażmettitur jew riċevitur wieħed jew iktar, jew grupp ta’ trażmettituri u ta’ riċevituri, inkluż it-tagħmir aċċessorju, neċessarju sabiex jiġi żgurat servizz ta’ komunikazzjoni bir-radju jew għas-servizz ta’ radjuastronomija, f’post partikolari.</ALINEA><ALINEA>Kull stazzjon għandu jiġi kklassifikat skont is-servizz li fih jipparteċipa b’mod permanenti jew temporanju.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA><P>1.63 stazzjon terrestri: stazzjon li jinsab jew fuq wiċċ id dinja, jew fil-parti prinċipali tal-atmosfera terrestri, u intiż sabiex jikkomunika:</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>jew ma’ stazzjon spazjali wieħed jew iktar; jew</P></ITEM><ITEM><P>ma’ stazzjon tal-istess tip wieħed jew iktar, permezz ta’ satellita riflettriċi waħda jew iktar jew oġġetti spazjali oħra.</P></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>1.64 stazzjon spazzjali: Stazzjon li jkun fuq oġġett li jinsab, u li huwa intiż sabiex imur, jew mar, lil hinn mill-parti prinċipali tal-atmosfera terrestri.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>1.67 stazzjon mobbli: stazzjon tas-servizz mobbli intiż sabiex jintuża meta jkun qed jiċċaqlaq jew meta jieqaf f’destinazzjonijiet mhux stabbiliti.</ALINEA><ALINEA>1.68 stazzjon mobbli: stazzjon terrestri tas-servizz mobbli permezz tas-satellita intiż sabiex jintuża meta jkun qed jiċċaqlaq jew meta jieqaf f’destinazzjonijiet mhux stabbiliti.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-deċiżjoni MSS</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont il-premessi 1, 4, 5, 18 u 19 tad-Deċiżjoni MSS:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>(1)</NO.P><TXT>Kif ikkonfermat mill-Kunsill fil-konklużjoni tiegħu tat‑<DATE ISO="20041203">3 ta’ Diċembru 2004</DATE>, l-użu effikaċi u koerenti ta’ l-ispektrum tar-radju huwa essenzjali għall-iżvilupp tas-servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika u jinkoraġġixxi t-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-impjiegi; l-aċċess għall-ispektrum għandu jiġi ffaċilitat sabiex titjieb l-effiċjenza u titħeġġeġ l-innovazzjoni, u kif ukoll sabiex l-utenti jkollhom flessibbiltà ikbar u l-konsumaturi jkollhom iktar għażla, filwaqt li jittieħed kont ta’ l-objettivi ta’ interess ġenerali.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="5"?><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE> dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru) [(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349)] għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-użu effiċjenti u tiżgura l-ġestjoni effikaċi tal-frekwenzi tar-radju u tar-riżorsi ta’ numerazzjoni, filwaqt li jitneħħew l-ostakoli li għadhom ixekklu l-provvista tan-netwerks u servizzi rilevanti, filwaqt li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni u filwaqt li jitħeġġu t-twaqqif u l-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej u l-interoperabbiltà tas-servizzi pan-Ewropej.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>L-introduzzjoni ta’ sistemi ġodda li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>servizzi MSS<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="2019" ID="QE0018"/>) tikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern u ttejjeb il-kompetizzjoni kemm billi żżid id-disponibbiltà tas-servizzi pan-Ewropej u l-konnettività minn tarf għall-ieħor kif ukoll billi tinkoraġġixxi investimenti effiċjenti. Is-servizzi MSS jikkostitwixxu pjattaforma innovattiva u alternattiva għal diversi tipi ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni pan-Ewropej u ta’ xandir/<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>multicasting<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/>, indipendentement minn fejn ikunu jinsabu l-utenti finali, bħal aċċess veloċi għall-Internet/intranet, multimedja mobbli u protezzjoni ċivili u għajnuna f’każijiet ta’ diżastri. Is-servizzi MSS jistgħu, b’mod partikolari, itejbu l-kopertura ta’ żoni rurali fil-Komunità u b’hekk inaqqsu d-distakk diġitali, f’sens ġeografiku, filwaqt li jsaħħu d-diversità kulturali u l-pluraliżmu fil-media u fl-istess waqt jikkontribwixxu għall-kompetittività ta’ l-industriji Ewropej tat-teknoloġija ta’ l-informatika u l-komunikazzjoni konformement ma’ l-objettivi ta’ l-Istrateġija mġedda ta’ Liżbona. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(18)</NO.P><TXT>Il-[KTK] huma parti integrali tas-sistema mobbli permezz tas-satellita u huma wżati, tipikament, sabiex itejbu s-servizzi offruti permezz tas-satellita f’żoni fejn jista’ ma jkunx possibbli li tinżamm komunikazzjoni line-of-sight kontinwa mas-satellita minħabba ostruzzjonijiet mill-profil għoli ta’ bini u ta’ terren. […] Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta’ [KTK] ta’ dan it-tip tkun tiddependi l-aktar fuq dawk il-kondizzjonijiet relatati maċ-ċirkustanzi lokali. Għaldaqstant, dawn għandhom jintgħażlu u jiġu awtorizzati fuq skala nazzjonali, suġġetti għall-kondizzjonijiet stabbiliti bil-liġi Komunitarja. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-talbiet speċifiċi magħmula mill-awtoritajiet kompetenti lill-applikanti magħżula sabiex jipprovdu informazzjoni teknika li tindika kif il-komponenti terrestri komplementari jtejbu d-disponibbiltà tas-servizzi MSS proposti f’żoni ġeografiċi fejn ma tistax tiġi żgurata, bil-kwalità meħtieġa, il-komunikazzjoni ma’ xi stazzjon spazjali jew iktar, sakemm tali informazzjoni teknika ma tkunx diġà ngħatat konformement mat-Titolu II.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(19)</NO.P><TXT>L-ammont limitat ta’ spektrum tar-radju disponibbli jfisser li l-għadd ta’ impriżi li jistgħu jintgħażlu u jiġu awtorizzati huwa limitat ukoll. Madankollu, jekk mill-proċess ta’ l-għażla tirriżulta l-konklużjoni li m’hemmx skarsezza ta’ spektrum tar-radju, għandhom jintgħażlu l-kandidati eliġibbli kollha. L-ammont limitat ta’ spektrum tar-radju disponibbli jista’ jfisser li kwalunkwe <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>merger<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>takeover<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ta’ kwalunkwe operatur li jipprovdi servizzi MSS ma’ ieħor jew minn ieħor jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni u għalhekk ikun suġġett għal skrutinju taħt il-liġi tal-kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ta’ din id-Deċiżjoni huwa li tiffaċilita l-iżvilupp ta’ suq intern kompetittiv għas-servizzi mobbli permezz tas-satellita (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>servizzi MSS<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>) madwar [l-Unjoni] u li tiżgura kopertura gradwali fl-Istati Membri kollha.</ALINEA><ALINEA>Din id-Deċiżjoni toħloq proċedura Komunitarja għall-għażla komuni ta’ l-operaturi ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita li jużaw il-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz konformement mad-Deċiżjoni 2007/98/KE [tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20070214">14 ta’ Frar 2007</DATE> dwar l-użu armonizzat tal-ispektrum ta’ frekwenzi tar-radju fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi satellitari mobbli (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="219M" PAGE.FIRST="216" DATE.PUB="2007">ĠU 2007, L 219M, p. 216</REF.DOC.OJ>)], inkluż l-ispektrum tar-radju minn <FT TYPE="NUMBER">1980</FT> sa <FT TYPE="NUMBER">2010</FT> MHz għandhom japplikaw mid-dinja għall-ispazju, u minn <FT TYPE="NUMBER">2170</FT> sa <FT TYPE="NUMBER">2200</FT> MHz għall komunikazzjoni mill-ispazju għad-dinja. Id-Deċiżjoni tistipula wkoll dispożizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni kkoordinata mill-Istati Membri ta’ l-operaturi magħżula sabiex jużaw l-ispektrum tar-radju allokat fi ħdan din il-medda għall-operazzjoni ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-operaturi ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita għandhom jintgħażlu permezz ta’ proċedura Komunitarja, konformement mat-Titolu II.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-operaturi magħżula ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita għandhom jiġu awtorizzati mill-Istati Membri skond it-Titolu III.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(2) tal-imsemmija deċiżjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/> […] Il-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>sistemi mobbli permezz tas-satellita<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="2019" ID="QE0025"/> tfisser netwerks ta’ komunikazzjoni elettronika u faċilitajiet assoċjati li jkunu kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni bir-radju bejn stazzjon mobbli terrestri u stazzjon spazjali wieħed jew aktar, jew bejn stazzjonijiet mobbli terrestri permezz ta’ stazzjon spazjali jew aktar, jew bejn stazzjon mobbli terrestri u [KTK] jew aktar użati f’siti fissi. Tali sistema għandha tinkludi mill-anqas stazzjon terrestri wieħed;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[KTK]<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita tfisser stazzjonijiet terrestri wżati f’siti fissi, sabiex itejbu d-disponibbiltà tas-servizzi MSS f’żoni ġeografiċi koperti mill-firxa tas-satellita jew satelliti tas-sistema, fejn il-komunikazzjoni ma’ stazzjon spazjali jew aktar ma tistax tkun garantita bil-kwalità meħtieġa.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>It-Titolu II tad-Deċiżjoni MSS, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Il-Proċedura ta’ l-Għażla<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jinkludi, b’mod partikolari, l-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-deċiżjoni. L-Artikolu 3(1) tal-imsemmija deċiżjoni jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Il-Kummissjoni għandha torganizza proċedura ta’ għażla komparattiva għall-għażla ta’ l-operaturi ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita. […]<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-istess deċiżjoni jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Ir-rekwiżiti ta’ ammissibbiltà li ġejjin għandhom japplikaw:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-applikazzjonijiet għandhom jidentifikaw l-ammont ta’ spektrum tar-radju mitlub, li għandu jkun mhux aktar minn 15 MHz għall-komunikazzjoni mid-dinja għall-ispazju u 15 MHz għall-komunikazzjoni mill-ispazju għad-dinja relattivament għal kwalunkwe applikant wieħed u għandhom jinkludu dikjarazzjonijiet u evidenza li jikkonċernaw l-ispektrum tar-radju mitlub, l-istadji li huma meħtieġa li jintlaħqu u l-kriterji ta’ l-għażla;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu impenn min-naħa ta’ l-applikant li:</TXT><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>is-servizzi MSS għandhom ikunu disponibbli fl-Istati Membri kollha u dan fir-rigward ta’ għall-inqas 50 % tal-popolazzjoni u jkopru għall-inqas 60 % ta’ l-erja totali ta’ l-art ta’ kull Stat Membru saż-żmien stipulat mill-applikant iżda fi kwalunkwe każ mhux iktar tard minn seba’ snin mid-data tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni [dwar l-għażla tal-applikanti].<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>It-Titolu III tad-Deċiżjoni MSS, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>L-Awtorizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, jinkludi, b’mod partikolari, l-Artikoli 7 u 8 ta’ din id-deċiżjoni. Skont l-Artikolu 7 ta’ din tal-aħħar:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti magħżula, konformement mal-perijodu ta’ żmien u ż-żona ta’ servizz li l-applikanti magħżula jkunu kkommettew ruħhom għalihom, skond l-Artikolu 4(1)(ċ), u konformement mal-liġi nazzjonali u mal-liġi [tal-Unjoni], ikollhom id-dritt li jużaw il-frekwenza tar-radju speċifika identifikata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni [dwar l-għażla tal-applikanti], u d-dritt li joperaw sistema mobbli permezz tas-satellita. Huma għandhom jinfurmaw lill-applikanti magħżula dwar dawn id-drittijiet skond il-każ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Id-drittijiet koperti mill-paragrafu 1 għandhom ikunu suġġetti għal dawn il-kondizzjonijiet komuni li ġejjin:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-applikanti magħżula għandhom jonoraw kwalunkwe impenn meħud fl-applikazzjonijiet tagħhom jew waqt il-proċedura ta’ għażla komparattiva, irrispettivament minn jekk id-domanda kollha għall-ispektrum tar-radju tkunx ikbar mill-ammont disponibbli;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-imsemmija deċiżjoni jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom, konformement mal-liġi nazzjonali u mal-liġi Komunitarja, jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jagħtu, lill-applikanti magħżula skond it-Titolu II u li jkunu awtorizzati li jużaw l-ispektrum konformement ma’ l-Artikolu 7, l-awtorizzazzjonijiet neċessarji għall-provvista ta’ [KTK] tas-sistemi mobbli permezz tas-satellita fit-territorji tagħhom.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="8"?><PARAG IDENTIFIER="008.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kwalunkwe awtorizzazzjoni nazzjonali maħruġa għall-operazzjoni ta’ [KTK] ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għandha tkun suġġetta għall-kondizzjonijiet komuni li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>l-operaturi għandhom jużaw l-ispektrum tar-radju li jkun ġie allokat lilhom sabiex jipprovdu komponenti terrestri komplementari ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-[KTK] għandhom jikkostitwixxu parti integrali mis-sistema mobbli permezz tas-satellita u għandhom ikunu kkontrollati mill-mekkaniżmu tal-ġestjoni tar-riżorsi u tan-netwerk satellitari; huma għandhom jużaw l-istess direzzjoni ta’ trażmissjoni u l-istess partijiet tal-meded ta’ frekwenza bħal dawk użati mill-komponenti satellitari assoċjati u ma għandhomx ikabbru l-ħtieġa ta’ spektrum tas-sistema mobbli permezz tas-satellita assoċjata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>l-operazzjoni indipendenti ta’ [KTK] f’każ ta’ defiċjenza tal-komponent tas-satellita tas-sistema mobbli assoċjata ma għandhiex iddum għal aktar minn tmintax-il xahar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>id-drittijiet għall-użu u għal awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw għal perijodu ta’ żmien li jispiċċa mhux iktar tard mill-iskadenza ta’ l-awtorizzazzjoni tas-sistema mobbli assoċjata.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni ta’ Għażla</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/449/KE tat‑<DATE ISO="20090513">13 ta’ Mejju 2009</DATE> dwar l-għażla ta’ operaturi ta’ sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 149, p. 65</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Deċiżjoni ta’ Għażla<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Inmarsat Ventures Limited u Solaris Mobile Limited huma applikanti eleġibbli bħala riżultat tal-ewwel fażi tal-għażla tal-proċedura ta’ għażla komparattiva prevista fit-Titolu II tad-Deċiżjoni [MSS].</ALINEA><ALINEA>Peress li d-domanda totali għal spektrum tar-radju rikjesta mill-applikanti eleġibbli miżmuma bħala riżultat tal-ewwel fażi tal-għażla tal-proċedura ta’ għażla komparattiva prevista f’Titolu II tad-Deċiżjoni [MSS] mhijiex iktar mill-ammont ta’ spektrum tar-radju disponibbli msemmija fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni [MSS], Inmarsat Ventures Limited u Solaris Mobile Limited huma magħżula.<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-deċiżjoni huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Il-frekwenzi li kull applikant magħżul se jkun awtorizzat juża f’kull Stat Membru skont it-Titolu III tad-Deċiżjoni [MSS] huma dawn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Inmarsat Ventures Limited: minn <FT TYPE="NUMBER">1980</FT> sa <FT TYPE="NUMBER">1995</FT> MHz għal komunikazzjonijiet mid-Dinja għall-ispazju u minn <FT TYPE="NUMBER">2170</FT> sa <FT TYPE="NUMBER">2185</FT> MHz għal komunikazzjonijiet mill-ispazju għad-Dinja;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fi tmiem il-proċedura ta’ għażla msemmija fit-Titolu II tad-Deċiżjoni MSS, Inmarsat intgħażlet mill-Kummissjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta’ Għażla, bħala waħda mill-operaturi ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Din l-impriża żviluppat sistema msejħa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>European Aviation Network<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> (Network tal-Avjazzjoni Ewropea, iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>NAE<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>), intiż li tipprovdi servizzi ta’ konnettività fl-ajru għall-ajruplani li jtiru fl-Unjoni permezz ta’ trażmissjonijiet bis-satellita li jiġu rċevuti permezz ta’ terminal li jinsab fuq il-qafas tal-ajruplani, u ta’ trażmissjonijiet li jitilqu minn KTK stazzjonati fit-territorju tal-Unjoni, li jiġu rċevuti minn terminal li jinsab taħt il-qafas tal-ajruplani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20141021">21 ta’ Ottubru 2014</DATE>, l-ARCEP awtorizzat lil Inmarsat sabiex tuża, fit-territorju ta’ Franza, il-frekwenzi msemmija fl-Artikolu 3(a) tad-Deċiżjoni ta’ Għażla. Barra minn hekk, permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE><QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>), din l-awtorità tat lil Inmarsat l-awtorizzazzjoni għall-operat tal-KTK ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Eutelsat, kompetitriċi ta’ Inmarsat, adixxiet lill-qorti tar-rinviju, il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza), b’rikors intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, ibbażat, b’mod partikolari, fuq ksur tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, Eutelsat tqajjem prinċipalment tliet motivi. Hija ssostni, l-ewwel nett, li s-sistema NAE prevista minn Inmarsat ma tikkostitwixxix sistema mobbli permezz tas-satellita, peress li l-KTK tagħha ma jagħmlux parti integrali minnha. It-tieni nett, il-KTK awtorizzati bid-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE> ma għandhomx natura komplementari meta mqabbla mal-komponent satellitari ta’ dan in-network. It-tielet nett, il-fatt li Inmarsat ma kinitx ipprovdiet servizzi mobbli permezz tas-satellita fid-data prevista fl-Artikolu 4(1)(ċ)(ii) tad-Deċiżjoni MSS jostakola l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni għall-operat tal-KTK ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Viasat Inc. u Viasat UK Ltd (iktar ’il quddiem flimkien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Viasat<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>) intervjenew insostenn tar-rikors għal annullament ippreżentat minn Eutelsat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis, qabelxejn, li r-risposta li għandha tingħata għall-ewwel motiv imsemmi fil-punt 21 ta’ din is-sentenza teħtieġ b’mod partikolari li jiġu ddeterminati l-kriterji legali li jippermettu li jiġi identifikat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>stazzjon mobbli terrestri <QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, fis-sens tad-Deċiżjoni MSS, sabiex jiġi vverifikat jekk is-sistema NAE tistax titqies li tissodisfa dawn il-kriterji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Sussegwentement, skont din il-qorti, ir-risposta għat-tieni motiv imsemmi fil-punt 21 ta’ din is-sentenza teżiġi li jiġi ċċarat ir-rwol rispettiv tal-komponenti satellitari u terrestri ta’ sistema mobbli permezz tas-satellita, skont l-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni MSS, kif ukoll il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>kwalità meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens tal-punt (b) ta’ dan l-Artikolu 2(2).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-imsemmija qorti tqis li r-risposta għat-tielet motiv imsemmi fil-punt 21 ta’ din is-sentenza teħtieġ li jiġi ppreċiżat l-effett ta’ eventwali nuqqas ta’ osservanza tad-data ta’ skadenza prevista fl-Artikolu 4(1)(ċ)(ii) tad-Deċiżjoni MSS, mill-operatur magħżul skont it-Titolu II tagħha, għall-kopertura tat-territorju permezz ta’ sistema mobbli permezz tas-satellita<?PAGE NO="10"?> u, b’mod partikolari, li jiġi ddeterminat jekk, fil-każ ta’ tali nuqqas, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhomx jirrifjutaw li jagħtu awtorizzazzjonijiet għall-operat tal-KTK jew jekk, tal-inqas, jistgħux jirrifjutaw li jagħtu dawn l-awtorizzazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>1)</NO.P><TXT>Liema kriterji legali jistgħu jintużaw sabiex jiġi identifikat stazzjon mobbli terrestri fis-sens tad-Deċiżjoni [MSS]? Din id-deċiżjoni għandha tinqara bħala li tirrikjedi li stazzjon mobbli terrestri li jikkomunika ma’ [KTK] jista’ wkoll, mingħajr tagħmir separat, jikkomunika ma’ satellita? Kif, jekk fl-affermattiv, għandu jiġi evalwat jekk it-tagħmir huwiex l-istess?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet [tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni MSS] għandhom jiġu interpretati fis-sens li sistema mobbli permezz tas-satellita għandha tkun ibbażata prinċipalment fuq komponenti satellitari jew jippermettu li jitqies li r-rwol rispettiv ta’ komponenti satellitari u terrestri huwa irrilevanti, inkluż f’konfigurazzjoni fejn il-komponent satellitari huwa utli biss meta l-komunikazzjonijiet ma’ komponenti terrestri ma jistgħux jiġu żgurati? Jistgħu jiġu installati [KTK] sabiex ikopru t-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea għar-raġuni li l-istazzjonijiet spazjali fl-ebda punt ma jistgħu jiżguraw il-kwalità rikjesta ta’ komunikazzjonijiet fis-sens [tal-Artikolu 2(2) ta’ din id-deċiżjoni]?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-operatur magħżul konformement mat-Titolu II [tad-Deċiżjoni MSS] ma osservax l-impenji għal dak li jirrigwarda l-kopertura tat-territorju ddefiniti [fl-Artikolu 7(2) ta’ din id-deċiżjoni] sat-terminu previst [fl-Artikolu 4(1)(ċ)(ii) ta’ din l-imsemmija deċiżjoni]), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jagħtu awtorizzazzjonijiet għall-operazzjoni ta’ [KTK]? Fil-każ ta’ risposta negattiva, jistgħu jirrifjutaw li jagħtu dawn l-awtorizzazzjonijiet?<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għat-tieni domanda, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, għandu jiġi ppreċiżat li huwa paċifiku li, f’dan il-każ, is-sistema żviluppata minn Inmarsat, filwaqt li għandha satellita, hija bbażata, f’termini ta’ kapaċità tad-data trażmessa, essenzjalment fuq il-komunikazzjonijiet mal-istazzjonijiet terrestri, peress li dawn tal-aħħar ikopru t-territorju Ewropew kollu tal-Istati Membri. Għalhekk, l-istazzjonijiet terrestri inkwistjoni fil-kawża prinċipali li Inmarsat ġiet awtorizzata topera bħala KTK ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita, bid-deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20180222">22 ta’ Frar 2018</DATE>, jestendu tul it-territorju kollu ta’ Franza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 67 tal-konklużjonijiet tiegħu, mill-atti tal-proċess tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-satellita użata minn Inmarsat fil-kuntest tas-sistema mobbli permezz tas-satellita tagħha hija intiża li tintuża biss fiż-żoni mhux koperti mill-istazzjonijiet terrestri operati minn din l-impriża, jiġifieri b’mod partikolari fuq l-ibħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Deċiżjoni MSS għandux jiġi interpretat fis-sens li sistema mobbli permezz tas-satellita għandha tkun ibbażata prinċipalment, f’termini ta’ kapaċità tad-data trażmessa, fuq il-komponent satellitari ta’ din is-sistema u jekk KTK ta’ sistemi mobbli permezz<?PAGE NO="11"?> tas-satellita jistgħux jiġu installati b’mod li jkopru t-territorju kollu tal-Unjoni, minħabba li dan il-komponent satellitari ma jippermettix li jiġu żgurati l-komunikazzjonijiet f’ebda punt ta’ dan it-territorju bil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>kwalità meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 2(2)(a) tad-Deċiżjoni MSS, is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>sistemi mobbli permezz tas-satellita<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> huma ddefiniti bħala n-networks ta’ elettronika u faċilitajiet assoċjati li jippermettu li jiġu pprovduti servizzi ta’ komunikazzjoni bir-radju bejn stazzjon mobbli terrestri u stazzjon spazjali wieħed jew iktar, jew bejn stazzjonijiet mobbli terrestri permezz ta’ stazzjon spazjali wieħed jew iktar, jew bejn stazzjon mobbli terrestri u diversi KTK użati f’punti determinati. Din id-dispożizzjoni tippreċiża wkoll li s-sistemi ta’ dan it-tip jinkludu mill-inqas stazzjon spazjali wieħed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 2(2)(b) ta’ din id-deċiżjoni, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>komponenti terrestri komplementari<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita huma l-istazzjonijiet terrestri użati f’punti determinati, sabiex itejbu d-disponibbiltà tas-servizzi mobbli permezz tas-satellita fiż-żoni ġeografiċi koperti mill-firxa tas-satellita jew satelliti tas-sistema, fejn il-komunikazzjonijiet ma’ stazzjon spazjali wieħed jew iktar ma jistgħux ikunu żgurati bil-kwalità meħtieġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet neċessarji għall-provvista ta’ KTK ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita, l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni MSS jipprevedi li huma l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li għandhom jagħtu dawn l-awtorizzazzjonijiet, b’effett fit-territorji nazzjonali rispettivi tagħhom, lill-applikanti magħżula skont it-Titolu II ta’ din id-deċiżjoni u awtorizzati jużaw l-ispektrum skont l-Artikolu 7 tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 8(3) tal-istess deċiżjoni, l-imsemmija awtorizzazzjonijiet huma suġġetti għal kundizzjonijiet komuni, elenkati fil-punti (a) sa (d) ta’ din id-dispożizzjoni. Għalhekk, huwa meħtieġ, b’mod partikolari, li l-operaturi jużaw l-ispektrum tal-frekwenzi tar-radju li jkun ġie allokat lilhom għall-provvista ta’ KTK ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita. Barra minn hekk, il-[KTK] għandhom jikkostitwixxu parti integrali mis-sistema mobbli permezz tas-satellita, għandhom ikunu kkontrollati mill-mekkaniżmu ta’ ġestjoni tar-riżorsi u tan-networks satellitari, għandhom jużaw l-istess direzzjoni ta’ trażmissjoni u l-istess partijiet tal-medda ta’ frekwenza bħal dawk użati mill-komponenti satellitari assoċjati u ma għandux ikollhom bżonn frekwenzi oħrajn minbarra dawk tas-sistema mobbli permezz tas-satellita assoċjata. Barra minn hekk, il-funzjonament awtonomu tal-KTK, fil-każ ta’ ħsara tal-komponent satellitari tas-sistema mobbli permezz tas-satellita assoċjata, ma għandux jeċċedi tmintax-il xahar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Qabel kollox, mid-dispożizzjonijiet imfakkra iktar ’il fuq jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>sistema mobbli permezz tas-satellita<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, fis-sens tad-Deċiżjoni MSS, għandha b’mod obbligatorju tinkludi mill-inqas stazzjon spazjali, filwaqt li l-operat ta’ KTK huwa biss fakultattiv. Barra minn hekk, meta operatur ikun jixtieq juża KTK, il-kundizzjonijiet komuni previsti fl-Artikolu 8(3) ta’ din id-deċiżjoni għandhom jiġu osservati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li la l-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Deċiżjoni MSS u lanqas l-Artikolu 8(1) u (3) tagħha ma jiddefinixxu, f’termini ta’ kapaċità tad-data trażmessa, ir-relazzjoni bejn il-komponent satellitari ta’ sistema mobbli permezz tas-satellita, minn naħa, u l-komponent terrestri ta’ din is-sistema, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>B’mod partikolari, ma tista’ tinsilet ebda konklużjoni dwar dan il-punt mill-użu tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>kumplementari<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> fl-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>komponenti terrestri kumplementari<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, peress li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 77 tal-konklużjonijiet tiegħu, din il-kelma ma tagħti ebda indikazzjoni dwar l-importanza relattiva taż-żewġ komponenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma jistax jiġi kkunsidrat li sistema mobbli permezz tas-satellita, li tifforma parti minnha kemm satellita kif ukoll KTK, għandha tkun prinċipalment ibbażata, f’termini ta’ kapaċità tad-data trażmessa, fuq il-komponent satellitari ta’ din is-sistema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-portata tal-kopertura tal-KTK, għandu jiġi rrilevat, qabel kollox, li, skont l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni MSS, huwa biss għat-territorji nazzjonali rispettivi tagħhom li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jagħtu l-awtorizzazzjonijiet neċessarji għall-provvista ta’ KTK ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Konformement mal-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 8(3)(a) ta’ din id-deċiżjoni, komuni għall-awtorizzazzjonijiet kollha maħruġa mill-Istati Membri, l-operatur għandu juża l-frekwenzi tar-radju assenjati lilu għall-provvista ta’ KTK ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita. Għaldaqstant, l-istazzjonijiet terrestri li operatur jitlob li jopera bħala KTK għandhom jikkorrispondu għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>KTK ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Din l-aħħar dispożizzjoni turi żewġ rekwiżiti prinċipali sabiex stazzjon terrestri jkun jista’ jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>KTK ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/>. F’termini tal-post fejn jinsab, dan l-istazzjon terrestri għandu jintuża f’punt determinat u jkopri żona ġeografika koperta mill-firxa tas-satellita jew tas-satelliti tas-sistema mobbli permezz tas-satellita kkonċernata. Barra minn hekk, minn perspettiva funzjonali, huwa għandu jintuża sabiex itejjeb id-disponibbiltà tas-servizz mobbli permezz tas-satellita fiż-żoni fejn il-komunikazzjonijiet mal-komponent satellitari ta’ din is-sistema ma jkunux jistgħu jiġu żgurati bil-kwalità meħtieġa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, sakemm dawn ir-rekwiżiti jkunu ssodisfatti u li l-kundizzjonijiet komuni l-oħra, previsti fl-Artikolu 8(3) tad-Deċiżjoni MSS, ikunu ssodisfatti, l-ebda limitu fir-rigward tan-numru ta’ KTK li jistgħu jintużaw jew tal-portata tal-kopertura ġeografika tagħhom ma jista’ jiġi dedott mill-Artikolu 2(2)(b) ta’ din id-deċiżjoni jew minn xi dispożizzjoni oħra tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward, f’dan il-kuntest, tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>kwalità meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, li jinsab fl-imsemmi Artikolu 2(2)(b) u speċifikament imsemmi mill-qorti tar-rinviju, il-Kummissjoni ssostni, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, li dan għandu jiġi interpretat fir-rigward tal-komponent satellitari tas-sistema mobbli permezz tas-satellita kkonċernata. Għalhekk, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>kwalità meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> għandha tinftiehem bħala l-livell tal-kapaċità massima ta’ trażmissjoni ta’ data li dan il-komponent ikun f’pożizzjoni li jipprovdi f’ċirkustanzi normali ta’ użu kummerċjali, f’kundizzjonijiet ideali ta’ komunikazzjoni, f’post partikolari fejn ikun jinsab stazzjon terrestri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni, li ma għandha l-ebda bażi fil-formulazzjoni tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Deċiżjoni MSS, ma tistax tintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, fid-dawl tal-kuntest li jaqa’ fih l-imsemmi Artikolu 2(2)(b) kif ukoll tal-għanijiet imfittxija mid-Deċiżjoni MSS, għandu jiġi kkunsidrat li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>kwalità meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hija ddeterminata, fl-ewwel lok, skont il-livell ta’ kwalità neċessarju sabiex jiġi pprovdut is-servizz propost mill-operatur tas-sistema mobbli permezz tas-satellita kkonċernata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-Artikolu 8(3)(b) tad-Deċiżjoni MSS, moqri fid-dawl tal-premessa 18 tagħha, il-KTK jifformaw parti integrali mis-sistema mobbli permezz tas-satellita. F’dan ir-rigward, is-servizzi pprovduti minn tali sistema jikkostitwixxu, kif jirriżulta mill-premessa 5 ta’ din id-deċiżjoni, pjattaforma ġdida għal tipi differenti ta’ servizzi pan-Ewropej ta’ telekomunikazzjonijiet u ta’ xandir/multicasting, bħall-aċċess għall-internet/intranet b’veloċità għolja jew multimedja mobbli. Barra minn hekk, mill-premessi 1 u 5 tal-imsemmija deċiżjoni jirriżulta li din hija intiża sabiex tippromwovi l-innovazzjoni kif ukoll l-interessi tal-konsumaturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Issa, il-provvista ta’ tali servizzi, innovattivi u ta’ kwalità, dejjem teħtieġ iktar kapaċità. Barra minn hekk, la jidher teknikament possibbli u lanqas kummerċjalment vijabbli għall-operatur ta’ sistema mobbli permezz tas-satellita li jissodisfa t-talbiet għal kapaċità u, konsegwentement, ta’ kwalità miżjuda bit-tisħiħ biss tal-komponent satellitari tas-sistema tiegħu, peress li l-kwantità ta’ spektrum tar-radju li dan l-operatur għandu hija limitata u tammonta, skont l-Artikolu 4(1)(b) tad-Deċiżjoni MSS, għal massimu ta’ 15 MHz għall-komunikazzjonijiet mid-dinja għall-ispazju u għal massimu ta’ 15 MHz għal komunikazzjonijiet mill-ispazju għad-dinja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-użu ikbar ta’ stazzjonijiet terrestri, li huma, fid-dawl tal-proprjetajiet tekniċi intrinsiċi tagħhom, iktar effiċjenti f’termini ta’ kapaċità, jista’ jkun iktar adattat sabiex jissodisfa dawn il-bżonnijiet u jippermetti, barra minn hekk, użu iktar effikaċi tal-frekwenzi tar-radju, liema għan huwa enfasizzat fil-premessa 4 tad-Deċiżjoni MSS.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat ukoll, f’dan ir-rigward, li l-prinċipju ta’ newtralità teknoloġika, li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni f’dan il-qasam, jirrikjedi li l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet inkwistjoni ma tillimitax l-innovazzjoni u l-progress teknoloġiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-formulazzjoni tal-premessa 18 tad-Deċiżjoni MSS ma tipprekludix tali interpretazzjoni sa fejn din, billi tiddikjara li l-KTK huma ġeneralment użati sabiex itejbu s-servizzi offruti mis-satellita fiż-żoni fejn ma huwiex neċessarjament possibbli li tinżamm linja viżwali kontinwa miegħu minħabba ostakoli mill-profil għoli tal-bini u tal-proprjetà, sempliċement tirreferi għal ċertu tip ta’ użu possibbli ta’ KTK, mingħajr madankollu ma teskludi oħrajn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jingħad ukoll li, skont l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni MSS, din għandha l-għan li tiffavorixxi l-iżvilupp ta’ suq intern kompetittiv tas-servizzi mobbli permezz tas-satellita, liema għan huwa enfasizzat ukoll mill-premessi 5 u 19 ta’ din id-deċiżjoni. Issa, fid-dawl ta’ dan l-għan, id-dritt li jiġu operati KTK mogħtija lill-operatur ta’ tali sistema mobbli permezz tas-satellita ma għandux iwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hija l-awtorità nazzjonali kompetenti, li hija l-unika waħda li għandha s-setgħa li tagħti l-awtorizzazzjonijiet neċessarji għall-provvista ta’ KTK ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita, li għandha teżamina sa fejn l-operat ta’ KTK mitlub jista’ joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u tissuġġetta l-imsemmija awtorizzazzjonijiet għal limitazzjonijiet u obbligi adegwati u neċessarji sabiex il-kompetizzjoni ma tiġix distorta, jew saħansitra, jekk ikun il-każ, li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru hija awtorizzata tawtorizza li KTK ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita jiġu operati b’mod li jkopru t-territorju kollu ta’ dan l-Istat Membru, minħabba li, fl-ebda punt ta’ dan it-territorju, il-komponent satellitari tas-sistema mobbli permezz tas-satellita kkonċernat ma jippermetti li jiġu żgurati l-komunikazzjonijiet<?PAGE NO="14"?> bil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>kwalità meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tad-Deċiżjoni MSS, mifhuma bħala l-livell ta’ kwalità neċessarja sabiex jiġi pprovdut is-servizz propost mill-operatur ta’ din is-sistema, sakemm il-kompetizzjoni ma tkunx distorta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, hija wkoll din l-awtorità li għandha tivverifika li l-kundizzjoni komuni prevista fl-Artikolu 8(3)(ċ) ta’ din id-deċiżjoni, li tipprovdi li kull funzjonament awtonomu tal-KTK għandu jkun limitat għall-każ ta’ ħsara tal-komponent satellitari ta’ din is-sistema u li ma għandux jaqbeż it-tmintax-il xahar, ser jiġi osservat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn din id-dispożizzjoni, moqrija flimkien mal-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Deċiżjoni MSS, jirriżulta li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 72 tal-konklużjonijiet tiegħu, sistema mobbli permezz tas-satellita għandha mhux biss ikollha komponent satellitari, iżda din għandha tintuża wkoll effettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-komponent satellitari ta’ sistema mobbli permezz tas-satellita għandu jaħdem, fil-prattika, flimkien mal-KTK u li r-rwol tiegħu ma jistax ikun limitat, fir-realtà, sabiex jiżgura li, mill-perspettiva formali, il-kundizzjonijiet previsti mid-Deċiżjoni MSS ikunu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-awtorità nazzjonali kompetenti hija obbligata tivverifika li l-komponent satellitari tas-sistema mobbli permezz tas-satellita kkonċernata jkollu utilità reali u konkreta, fis-sens li tali komponent għandu jkun neċessarju għall-funzjonament tal-imsemmija sistema, bla ħsara, kif ġie ppreċiżat fil-punt 33 ta’ din is-sentenza, ta’ funzjonament awtonomu tal-KTK fil-każ ta’ ħsara tal-komponent satellitari, li ma għandhiex taqbeż it-tmintax-il xahar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Deċiżjoni MSS, moqri flimkien mal-Artikolu 8(1) u (3) ta’ din id-deċiżjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li sistema mobbli permezz tas-satellita ma għandhiex tkun ibbażata prinċipalment, f’termini ta’ kapaċità tad-data trażmessa, fuq il-komponent satellitari ta’ din is-sistema u li KTK ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita jistgħu jiġu installati b’mod li jkopri t-territorju tal-Unjoni kollu, minħabba li dan il-komponent satellitari ma jippermettix li jiġu żgurati l-komunikazzjonijiet f’ebda punt ta’ dan it-territorju bil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>kwalità meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tal-imsemmija deċiżjoni, mifhuma bħala l-livell ta’ kwalità neċessarja sabiex jiġi pprovdut is-servizz propost mill-operatur ta’ din is-sistema, sakemm il-kompetizzjoni ma tkunx distorta u li l-imsemmi komponent satellitari jkollu utilità reali u konkreta, fis-sens li tali komponent għandu jkun neċessarju għall-funzjonament tas-sistema mobbli permezz tas-satellita, ħlief fil-każ ta’ ta’ funzjonament awtonomu tal-KTK fil-każ ħsara tal-komponent satellitari, li ma għandhiex taqbeż it-tmintax-il xahar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>stazzjon mobbli terrestri<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Deċiżjoni MSS, għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa meħtieġ li, sabiex jaqa’ taħt dan il-kunċett, tali stazzjon għandu jkun jista’ jikkomunika, mingħajr apparat separat, kemm ma’ KTK kif ukoll ma’ satellita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, f’dan il-każ, fil-kuntest tas-sistema żviluppata minn Inmarsat, l-ajruplani mgħammra b’din is-sistema għandhom terminal ta’ riċezzjoni li jinsab fuq il-qafas tal-ajruplan kif ukoll terminal ta’ riċezzjoni li jinsab taħtu. Filwaqt li l-ewwel terminal<?PAGE NO="15"?> jirċievi komunikazzjonijiet bis-satellita, it-tieni jirċievi dawk li jsiru minn KTK. Barra minn hekk, mill-atti tal-proċess tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li ż-żewġ terminali huma konnessi permezz ta’ apparat ta’ komunikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, Eutelsat u Viasat isostnu, essenzjalment, minn naħa, li t-terminal ta’ riċezzjoni li jinsab taħt il-qafas tal-ajruplan ma jistax jitqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>stazzjon mobbli terrestri <QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Deċiżjoni MSS, fil-każ li dan it-terminal ta’ riċezzjoni ma jkunx jista’ jikkomunika ma’ satellita. Min-naħa l-oħra, skont dawn il-partijiet, ma huwiex possibbli li ż-żewġ terminali kif ukoll l-apparat ta’ komunikazzjoni. jitqiesu, fl-intier tagħhom, bħala li jikkostitwixxu tali stazzjon.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, filwaqt li d-Deċiżjoni MSS ma tipprovdix preċiżazzjonijiet dwar il-kontenut tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>stazzjon mobbli terrestri<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) ta’ din id-deċiżjoni, ir-Regolamenti dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju jipprovdu definizzjoni ta’ tali kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-testi tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tad-dritt internazzjonali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Zeman</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑543/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2143">EU:C:2014:2143</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Dan japplika b’mod partikolari meta tali test juża kunċetti speċifiċi użati fi ftehim internazzjonali konkluż taħt l-awspiċi ta’ organizzazzjoni internazzjonali, bħall-ITU, li l-Istati Membri kollha tal-Unjoni huma membri tagħha u li l-Unjoni stess hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>membru tas-settur<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>stazzjon mobbli terrestri<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Deċiżjoni MSS, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni d-definizzjoni pprovduta mir-Regolamenti dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Skont in-numru 1.68 tal-Artikolu 1 tar-Regolament dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>stazzjon mobbli terrestri<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> huwa stazzjon terrestri tas-servizz mobbli permezz tas-satellita intiż sabiex jintuża meta jkun qed jiċċaqlaq jew meta jieqaf f’destinazzjonijiet mhux stabbiliti. F’dan ir-rigward, l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>stazzjon<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>stazzjon terrestri<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>servizz mobbli permezz tas-satellita<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> huma stess iddefiniti, rispettivament, fin-numri 1.61, 1.63 u 1.25 ta’ dan l-Artikolu 1.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet kollha jirriżulta li stazzjon mobbli terrestri, fis-sens tar-Regolamenti dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju, huwa kkaratterizzat minn erba’ elementi distinti, f’termini ta’ struttura, il-post fejn jinsab, ta’ mobbiltà u ta’ funzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-istruttura tiegħu, tali stazzjon jikkonsisti fi trażmettitur jew riċevitur wieħed jew iktar, jew grupp ta’ trażmettituri u ta’ riċevituri, inkluż it-tagħmir aċċessorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>It-tieni nett, fir-rigward tal-post fejn dan jinsab, stazzjon mobbli terrestri jinsab jew fuq wiċċ id dinja, jew fil-parti prinċipali tal-atmosfera terrestri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>It-tielet nett, fir-rigward tal-aspett relatat mal-mobbiltà tiegħu, tali stazzjon huwa intiż sabiex jintuża meta jkun qed jiċċaqlaq jew meta jieqaf f’destinazzjonijiet mhux stabbiliti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, fir-rigward tal-aspett funzjonali ta’ stazzjon mobbli terrestri, għandu jiġi rrilevat li, fil-kuntest tal-provvista ta’ ċerti tipi ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni bir-radju, dan huwa intiż sabiex jippermetti l-komunikazzjoni bejn stazzjonijiet spazjali, jew sabiex jikkomunika ma’ stazzjon spazjali wieħed jew iktar, jew ma’ stazzjonijiet oħra tal-istess natura, permezz ta’ stazzjon spazjali wieħed jew iktar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward ta’ dan l-aspett funzjonali u kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, b’differenza mir-Regolamenti dwar il-Komunikazzjoni bir-Radju, l-Artikolu 2(2)(a) tad-Deċiżjoni MSS ma jipprevedix, fir-rigward tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet bir-radju msemmija f’din id-dispożizzjoni, il-komunikazzjonijiet bejn stazzjonijiet spazjali, filwaqt li jinkludi l-komunikazzjonijiet bejn stazzjon mobbli terrestri u KTK wieħed jew iktar. Barra minn hekk, l-imsemmija dispożizzjoni tipprevedi li s-sistemi mobbli permezz tas-satellita jinkludu mill-inqas stazzjon spazjali wieħed.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>stazzjon mobbli terrestri<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Deċiżjoni MSS, huwa stazzjon, jiġifieri trażmettur jew riċevitur wieħed jew iktar, jew grupp ta’ trażmettituri jew ta’ riċevituri, inkluż tagħmir aċċessorju, li jkun jinsab fuq wiċċ id dinja jew fil-parti prinċipali tal-atmosfera terrestri, intiż sabiex jintuża meta jkun qed jiċċaqlaq jew meta jieqaf f’destinazzjonijiet mhux stabbiliti, li għandu jkun jista’ jikkomunika ma’ stazzjon spazjali wieħed jew iktar tal-istess natura permezz ta’ stazzjon spazjali wieħed jew iktar, u li jkun jista’ jikkomunika ma’ KTK wieħed jew iktar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda konfigurazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jiġi kkonstatat li jissodisfa dawn ir-rekwiżiti grupp kompost minn żewġ terminali ta’ riċezzjoni distinti konnessi minn apparat ta’ komunikazzjoni, fejn l-ewwel wieħed ikun jinsab fuq il-qafas tal-ajruplan u jikkomunika ma’ stazzjon spazjali u t-tieni wieħed ikun jinsab taħt dan il-qafas u jikkomunika ma’ KTK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, kif irrileva l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 57 tal-konklużjonijiet tiegħu, huwa irrilevanti, f’dan ir-rigward, il-fatt li l-komponenti individwali ma jkunux jifformaw unità fiżikament inseparabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>stazzjon mobbli terrestri<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Deċiżjoni MSS, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex meħtieġ li, sabiex jaqa’ taħt dan il-kunċett, tali stazzjon għandu jkun jista’ jikkomunika, mingħajr apparat distint, kemm ma’ KTK kif ukoll ma’ satellita.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni MSS, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) ta’ din id-deċiżjoni, għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn jirriżulta li operatur magħżul skont it-Titolu II tal-imsemmija deċiżjoni u awtorizzat juża l-ispektrum tar-radju skont l-Artikolu 7 ta’ din l-istess deċiżjoni ma jkunx ipprovda servizzi mobbli permezz tas-satellita sat-terminu previst mill-Artikolu 4(1)(ċ)(ii) tad-Deċiżjoni MSS, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jew, tal-inqas, jistgħu jirrifjutaw li jagħtu l-awtorizzazzjonijiet neċessarji għall-provvista ta’ KTK ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita lil dan l-operatur minħabba li dan ma jkunx osserva l-impenn meħud minnu fl-applikazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Sa fejn, fis-sentenza tagħha tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200305">5 ta’ Marzu 2020</DATE>, <NAME.CASE>Viasat UK u Viasat</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑100/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:174">EU:C:2020:174</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ntalbet teżamina domanda identika, ir-risposta mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja għal din id-domanda, kif tinsab fid-dispożittiv ta’ din is-sentenza, hija kompletament trasponibbli għal din id-domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tielet domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni MSS, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) ta’ din id-deċiżjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn jirriżulta li operatur magħżul skont it-Titolu II tal-imsemmija deċiżjoni u awtorizzat juża l-ispektrum tar-radju skont l-Artikolu 7 ta’ din l-istess deċiżjoni ma jkunx ipprovda servizzi mobbli permezz tas-satellita permezz ta’ sistema mobbli permezz tas-satellita sat-terminu previst fl-Artikolu 4(1)(ċ)(ii) tad-Deċiżjoni MSS, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma humiex awtorizzati jirrifjutaw li jagħtu l-awtorizzazzjonijiet neċessarji għall-provvista ta’ KTK ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita lil dan l-operatur minħabba li dan ma jkunx osserva l-impenn meħud minnu fl-applikazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20080630">30 ta’ Ġunju 2008</DATE> dwar l-għażla u l awtorizzazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1) u (3) ta’ din id-deċiżjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li sistema mobbli permezz tas-satellita ma għandhiex tkun ibbażata prinċipalment, f’termini ta’ kapaċità tad-data trażmessa, fuq il-komponent satellitari ta’ din is-sistema u li komponenti terrestri kumplementari ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita jistgħu jiġu installati b’mod li jkopri t-territorju tal-Unjoni Ewropea kollu, minħabba li dan il-komponent satellitari ma jippermettix li jiġu żgurati l-komunikazzjonijiet f’ebda punt ta’ dan it-territorju bil-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>kwalità meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tal-imsemmija deċiżjoni, mifhuma bħala l-livell ta’ kwalità neċessarja sabiex jiġi pprovdut is-servizz propost mill-operatur ta’ din is-sistema, sakemm il-kompetizzjoni ma tkunx distorta u li l-imsemmi komponent satellitari jkollu utilità reali u konkreta, fis-sens li tali komponent għandu jkun neċessarju għall-funzjonament tas-sistema mobbli permezz tas-satellita, ħlief fil-każ ta’ funzjonament awtonomu tal-KTK fil-każ ta’ ħsara tal-komponent satellitari, li ma għandhiex taqbeż it-tmintax-il xahar.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>stazzjon mobbli terrestri<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex meħtieġ li, sabiex jaqa’ taħt dan il-kunċett, tali stazzjon għandu jkun jista’ jikkomunika, mingħajr apparat distint, kemm ma’ komponent terrestri kumplementari kif ukoll ma’ satellita.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) ta’ din id-deċiżjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn jirriżulta li operatur magħżul skont it-Titolu II tal-imsemmija deċiżjoni u awtorizzat juża l-ispektrum tar-radju skont l-Artikolu 7 ta’ din l-istess deċiżjoni ma jkunx ipprovda servizzi mobbli permezz tas-satellita permezz ta’ sistema mobbli permezz tas-satellita sat-terminu previst fl-Artikolu 4(1)(ċ)(ii) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma humiex awtorizzati jirrifjutaw li jagħtu l-awtorizzazzjonijiet neċessarji<?PAGE NO="18"?> għall-provvista ta’ komponenti terrestri kumplementari ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita lil dan l-operatur minħabba li dan ma jkunx osserva l-impenn meħud minnu fl-applikazzjoni tiegħu.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>