|
27.9.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 390/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10360 — Assicurazioni Generali/Società Cattolica Di Assicurazione)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 390/07)
1.
Fis-17 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Assicurazioni Generali S.p.A. (“Generali”, l-Italja), |
|
— |
Società Cattolica di Assicurazione S.p.A. (“Cattolica”, l-Italja). |
Generali takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Cattolica.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra minn Generali fil-31 ta’ Mejju 2021.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal Generali: il-provvista u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, prodotti tar-riassigurazzjoni, servizzi ta’ assistenza, u servizzi ta’ ġestjoni tal-proprjetà immobbli u tal-assi. |
|
— |
għal Cattolica: il-provvista u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja, prodotti tar-riassigurazzjoni, kif ukoll servizzi anċillari u ta’ appoġġ. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:
M.10360 — Assicurazioni Generali/Società Cattolica Di Assicurazione
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 122964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).