Official Journal L 356 , 31/12/1985 P. 0064 - 0064
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0021
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 39 P. 0215
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0021
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 39 P. 0215
Ir-Regolament Tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3759/85 tat-23 ta’ Diċembru 1985 li jemenda ċerti Regolamenti fis-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur minħabba l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Billi, skond Artikolu 396 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, għandhom jiġu addattati r-Regolamenti li ġejjin dwar il-bajd u l-laħam tat-tjur: - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 95/69 [1], kif l-aħħar emendat bir- Regolament (KEE) Nru 1943/85 [2]; - Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1868/77 [3], kif l-aħħar emendat bl-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Greċja; Billi, skond Artikolu 2(3) tat-Trattat ta’ Adeżjoni, l-istituzzjonijiet Komunitarji jistgħu jadottaw il-miżuri msemmija f’Artikolu 396 ta’ l-Att, qabel l-adeżjoni; ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. Ir-Regolament (KEE) Nru 95/69 huwa hawnhekk emendat kif ġej: - l-espressjonijiet li ġejjin jiġu miżjuda ma’ Artikolu 2(2): Spanja: | 11 | Il-Portugall: | 12 | - L-espressjonijiet li ġejjin jiġu miżjuda ma’ Artikolu 11(2): taħt (a) | "huevos de gallinas camparasovos de campo-sistema extensivo" | taħt (b) | "huevos de gallinas camperas — (bajd tat-tiġieg imrobbi fil-beraħ)ovos de campo - sistema intensivo –", | taħt (ċ) | "huevos de gallinas criadas en el suéloovos de cama", | taħt (d) | "huevos de gallinas criadas en bateriaovos de capoeira". | - L-espressjonijiet li ġejjin jiġu miżjuda ma’ Artikolu 11(7): "huevos de gallinas camperas - sistema extensivo" "huevos de gallinas camperas" , "huevos de gallinas criadas en el suelo" , "huevos de gallinas criadas en batería" . "ovos do campo" , "ovos do campo - sistema intensivo" , "ovos de cama" , "ovos de capoeira". 2. L-espressjonijiet li ġejjin jiġu miżjuda ma’ Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1868/77: —ESP. | għal Spanja, | —PORT | għall-Portugall. | 3. L-espressjonijiet li ġejjin jiġu miżjuda man-nota 1 fil-qiegħ tal-paġna 1 f’Anness II tar-Regolament (KEE) Nru 1868/77: —Spanja: | ħdax-il provinċja, | —il-Portugall: | reġjun wieħed biss. | 4. Ir-Regolament (KEE) Nru 2785/80 [4] huwa hawnhekk emendat kif ġej: - l-espressjonijiet li ġejjin jiġu miżjuda ma’ Artikolu 2(1): "CONTENIDO EN AGUA SUPERIOR AL LÍMITE CEE" , "CONTEUDO EM AGUA SUPERIOR AO LIMITE CEE". - l-espressjonijiet li ġejjin jiġu miżjuda ma’ Artikolu 3: "CONTIENE UNA SOLUCIÓN DE POLIFOSFATO," , "CONTÉM UMA SOLUSO DE POLIFOSFATO". Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1986 bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni. L-emendi fil-lsien Portugiż m’għandhomx japplikaw sat-tmiem ta’ l-ewwel stadju riferit f’Artikolu 260 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-23 ta’ Diċembru 1985. Għall-Kummissjoni Frans Andriessen Vici-President [1] ĠU L 13, tat-18.1.1969, p. 13. [2] ĠU L 181, tat-13.7.1985, p. 34. [3] ĠU L 209, tas-17.8.1977, p. 1. [4] ĠU L 288, tal-31.10.1980, p. 13. --------------------------------------------------