<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-729/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0729</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:275">EU:C:2021:275</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20210415">15.4.2021</DATE> – Kawża C‑729/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Department of Justice for Northern Ireland</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20210415">15 ta’ April 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P><P>[Test rettifikat permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20210512">12 ta’ Mejju 2021</DATE>]</P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN=" “"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili</KEYWORD><KEYWORD>Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 4/2009</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT></KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 75</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjonijiet mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru qabel l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑729/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Court of Appeal in Northern Ireland (il-Qorti tal-Appell tal-Irlanda ta’ Fuq, ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20190902">2 ta’ Settembru 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20191002">2 ta’ Ottubru 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">TKF</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Department of Justice for Northern Ireland,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, Presidenta tal-Awla, N. Wahl, F. Biltgen, L. S. Rossi (Relatriċi) u J. Passer, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Hogan,</P><P>Reġistratur: C. Strömholm, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20201014">14 ta’ Ottubru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>[kif rettifikat permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20210512">12 ta’ Mejju 2021</DATE>] għal TKF, minn R. Lavery, QC, C. McGarrity, solicitor u M. McGowan, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>[kif rettifikat permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20210512">12 ta’ Mejju 2021</DATE>] għad-Department of Justice for Northern Ireland, minn K. Brown, bħala aġent, assistit minn T. McGleenan, QC, u L. McMahon, barrister,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>[kif rettifikat permezz ta’ digriet tat-<DATE ISO="20210512">12 ta’ Mejju 2021</DATE>] għall-Gvern Pollakk, minn S. Żyrek, bħala aġenta,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin, bħala aġent,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20201112">12 ta’ Novembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 75 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="007" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 7, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifiki fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="131" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 131, p. 26</REF.DOC.OJ>, fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="008" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 8, p. 19</REF.DOC.OJ>, u fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="281" PAGE.FIRST="29" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 281, p. 29</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn TKF, ċittadin Pollakk, u d-Department of Justice for Northern Ireland (id-Dipartiment tal-Ġustizzja għall-Irlanda ta’ Fuq), bħala awtorità ċentrali inkarigata li tissodisfa l-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-regolament, dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, fir-Renju Unit, ta’ deċiżjonijiet f’materji relatati mal-obbligi ta’ manteniment mogħtija fil-Polonja qabel l-adeżjoni ta’ dan l-aħħar Stat mal-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 44/2001</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 66 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.), li jinsab fil-Kapitolu VI ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Disposizzjonijiet transitorji<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="066.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal proċedimenti legali istitwiti u għal dokumenti formalment imħejjija jew irreġistrati bħala strumenti awtentiċi wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="066.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>B’dana kollu, jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta’ l-oriġini infetħu qabel id-dħul b’effett ta’ dan ir-Regolament, sentenz[i] mogħtija wara dik id-data għandhom ikunu rikonoxxuti u eżegwibbli skond il-Kapitolu III,</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jekk il-proċedimenti fl-Istat Membru ta’ l-oriġini infetħu wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta’ Brussel [dwar il-Ġurisdizzjoni u Eżekuzzjoni tas-Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata fi Brussell fis-<DATE ISO="19680927">27 ta’ Settembru 1968</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="299" PAGE.FIRST="32" DATE.PUB="1972">ĠU 1972, L 299, p. 32</REF.DOC.OJ>)] jew il-Konvenzjoni ta’ Lugano [dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali, iffirmata f’Lugano fis-<DATE ISO="19880916">16 ta’ Settembru 1988</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="319" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="1988">ĠU 1988, L 319, p. 9</REF.DOC.OJ>)], kemm fl-Istat Membru ta’ l-oriġini u fl-Istat Membru indirizzat;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>fil-każi l-oħra kollha, jekk il-ġurisdizzjoni kienet ibbażata fuq ir-regoli li kienu mogħtija ma’ dawk li hemm disposizzjoni dwarhom jew f’Kapitolu II jew f’konvenzjoni konkluża bejn l-Istat Membru ta’ l-oriġini u l-Istat Membru indirizzat li kienet tapplika meta nfetħu l-proċedimenti.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 4/2009</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 31, 44 u 47 tar-Regolament Nru 4/2009 huma fformulati kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>(31)</NO.P><TXT>Sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali ta’ manteniment, għandha tiġi stabbilita sistema ta’ kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali maħtura mill-Istati Membri. Huma għandhom jgħinu lill-kredituri u lid-debituri ta’ manteniment biex jasserixxu d-drittijiet tagħhom fi Stat Membru ieħor billi jippreżentaw talbiet għar-rikonoxximent, dikjarazzjoni dwar l-eżekutorjetà u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet li diġà jeżistu, l-emendar ta’ tali deċiżjonijiet jew biex tingħata deċiżjoni. Huma għandhom jiskambjaw ukoll informazzjoni sabiex isibu d-debituri u l-kredituri, u jidentifikaw id-dħul u l-assi tagħhom kif meħtieġ. Finalment, huma għandhom jikkooperaw ukoll ma’ xulxin permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni ġenerali u jippromwovu l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tagħhom.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(44)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament għandu jemenda r-[Regolament Nru 44/2001] billi jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet li japplikaw fil-qasam ta’ obbligi ta’ manteniment. Soġġett għad-dispożizzjonijiet tranżitorji ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom, fil-qasam tal-obbligi ta’ manteniment, japplikaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-kompetenza, ir-rikonoxximent, eżekutorjetà u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-għajnuna ġudizzjarja minflok dawk tar-[Regolament Nru 44/2001] mid-data ta’ l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(47)</NO.P><TXT>B’mod konformi mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit ma huwiex qiegħed jipparteċipa fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu. Dan huwa madankollu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li għandu r-Renju Unit li jinnotifika l-intenzjoni tiegħu li jaċċetta dan ir-Regolament wara li jiġi adottat skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 4/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, fil-paragrafu 2 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>F’dan ir-Regolament, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> għandha tfisser l-Istati Membri kollha li għalihom japplika dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, fil-paragrafu 1 tiegħu jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>: għandha tfisser deċiżjoni fi kwistjonijiet relatati ma’ obbligi ta’ manteniment mogħtija minn ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru, tkun xi tkun id-denomenazzjoni, jiġifieri digriet, ordni, sentenza jew mandat ta’ eżekuzzjoni, kif ukoll id-deċiżjoni minn uffiċjal tal-qorti li tiddetermina l-infiq jew l-ispejjeż. Għall-finijiet tal-Kapitoli VII u VIII, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> għandha tfisser ukoll deċiżjoni fi kwistjonijiet relatati ma’ obbligi ta’ manteniment mogħtija fi Stat terz;</TXT></NP></ITEM></LIST><?PAGE NO="4"?><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Stat Membru tal-oriġini<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>: għandha tfisser l-Istat Membru fejn […] ingħatat id-deċiżjoni […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Stat Membru tal-eżekuzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>: għandha tfisser l-Istat Membru li fih [hija] mfittxija l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>6)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Stat Membru rikjedenti<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/>: għandha tfisser l-Istat Membru li l-Awtorità Ċentrali tiegħu tagħmel applikazzjoni skont il-Kapitolu VII;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>7)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Stat Membru rikjest<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>: għandha tfisser l-Istat Membru li l-Awtorità Ċentrali tiegħu tirċievi applikazzjoni skont il-Kapitolu VIII;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Kapitolu IV tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Rikonoxximent, eżekutorjetà u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, huwa maqsum fi tliet taqsimiet. Skont l-Artikolu 16 ta’ dan ir-regolament, it-Taqsima 1, li tinkludi l-Artikoli 17 sa 22 ta’ dan ir-regolament, tapplika għal deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru marbut bil-Protokoll ta’ Den Haag tat-<DATE ISO="20071123">23 ta’ Novembru 2007</DATE> dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>il-Protokoll ta’ Den Haag<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>). It-Taqsima 2, li tinkludi l-Artikoli 23 sa 38 tal-imsemmi regolament, tapplika għal deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru mhux marbut b’dan il-Protokoll. It-Taqsima 3, li tinkludi l-Artikoli 39 sa 43 ta’ dan ir-regolament, fiha dispożizzjonijiet komuni għad-deċiżjonijiet kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23(1) tal-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru mhux marbut bil-Protokoll tal-Aja tal-2007 għandha tiġi rikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda proċedura speċjali.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 4/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>Raġuni għal ċaħda ta’ rikonoxximent<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Deċiżjoni m’għandhiex tiġi rikonoxxuta jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ir-rikonoxximent ikun imur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li fih ġie mfittex ir-rikonoxximent. It-test ta’ l-ordni pubbliku ma jistax jiġi applikat għar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-att li jagħti bidu għall-proċedimenti jew att ekwivalenti ma kienx ġie notifikat lill-konvenut fi żmien suffiċjenti u b’tali mod li dan ikun seta’ jħejji d-difiża tiegħu, sakemm ma jkunx naqas milli jappella kontra s-sentenza sakemm seta’ jagħmel dan;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 26 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Eżekutorjetà<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru li mhux marbut bil-Protokoll tal-Aja tal-2007 u li hija eżegwibbli f’dak l-Istat Membru għandha tkun eżegwibbli fi Stat Membru ieħor meta, mal-applikazzjoni ta’ kwalunkwe parti interessata, tkun ġiet iddikjarata eżegwibbli hemmhekk.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Kapitolu VII tar-Regolament Nru 4/2009 jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali. Dawn id-dispożizzjonijiet jinsabu fl-Artikoli 49 sa 63 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 51(1) tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="051.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-awtoritajiet ċentrali għandhom jipprovdu assistenza rigward l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 56. B’mod partikolari huma għandhom:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jittrasmettu u jirċievu tali applikazzjonijiet;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jibdew jew jiffaċilitaw l-istituzzjoni ta’ proċedimenti fir-rigward ta’ tali applikazzjonijiet.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 55 tar-Regolament Nru 4/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Applikazzjoni permezz tal-Awtoritajiet Ċentrali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Applikazzjoni skont dan il-Kapitolu għandha ssir permezz tal-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru fejn l-applikant hu resident lill-Awtorità Ċentrali tal-Istat Membru rikjest.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 56(1) u (2) ta’ dan ir-regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="056.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Kreditur li jipprova jirkupra manteniment skont dan ir-Regolament jista’ jagħmel l-applikazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ir-rikonoxximent jew ir-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni ta’ eżekutorjetà ta’ deċiżjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija jew rikonoxxuta fl-Istat Membru rikjest;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>l-istabbiliment ta’ deċiżjoni fl-Istat Membru rikjest fejn ma teżisti l-ebda deċiżjoni, inkluż fejn meħtieġ, l-istabbiliment tal-parentela;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-istabbiliment ta’ deċiżjoni fl-Istat Membru rikjest fejn ir-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni tal-eżekutorjetà ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat li mhux l-Istat Membru rikjest mhumiex possibbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>il-modifika ta’ deċiżjoni mogħtija fl-Istat Membru rikjest;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>il-modifika ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat li mhux l-Istat Membru rikjest;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="056.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Debitur li kontrih hemm deċiżjoni ta’ manteniment eżistenti jista’ jagħmel l-applikazzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ir-rikonoxximent ta’ deċiżjoni li twassal għas-sospensjoni jew li tillimita l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni preċedenti fl-Istat Membru rikjest;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-modifika ta’ deċiżjoni mogħtija fl-Istat Membru rikjest;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-modifika ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat li mhux l-Istat Membru rikjest[.]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 75 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Dispożizzjonijiet transitorji<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u li jagħmel parti mill-Kapitolu IX tiegħu, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Dispożizzjonijiet ġenerali u finali<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="075.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika biss għal proċedimenti istitwiti, transazzjonijiet ġudizzjarji approvati jew konklużi, u għal strumenti awtentiċi stabbiliti mid-data ta’ applikazzjoni tiegħu, soġġett għall-paragrafi 2 u 3.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="075.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV għandhom japplikaw:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għad-deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li r-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni dwar l-eżekutorjetà għalihom jintalbu minn dik id-data;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għad-deċiżjonijiet mogħtija mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament b’segwitu għal proċeduri mibdijin qabel dik id-data,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>safejn dawk id-deċiżjonijiet jaqgħu, għall-finijiet tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni, fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.</P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="075.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Kapitolu VII dwar il-kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Ċentrali għandu japplika għat-talbiet u l-applikazzjonijiet li tirċievi l-Awtorità Ċentrali mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 76 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Dħul fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-<HT TYPE="ITALIC">Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</ALINEA><ALINEA>L-Artikoli 2(2), 47(3), 71, 72 u 73 għandhom japplikaw mit-<DATE ISO="20100918">18 ta’ Settembru 2010</DATE>.</ALINEA><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika, ħlief għad-dispożizzjonijiet imsemmijin fit-tieni subparagrafu, mit-<DATE ISO="20110618">18 ta’ Ġunju 2011</DATE>, dment li f’dik id-data l-Protokoll tal-Aja tal-2007 jkun applikabbli fil-Komunità. Fin-nuqqas ta’ dak, dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-applikazzjoni fil-Komunità tal-imsemmi Protokoll.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni 2009/451/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/451/KE tat-<DATE ISO="20090608">8 ta’ Ġunju 2009</DATE> dwar l-intenzjoni tar-Renju Unit biex [j]aċċetta ir-[Regolament Nru 4/2009] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="73" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 149, p. 73</REF.DOC.OJ>), dak ir-regolament daħal fis-seħħ fir-Renju Unit fl-<DATE ISO="20090701">1 ta’ Lulju 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-Deċiżjoni 2009/941/KE</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/941/KE tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Protokoll tal-Aja tat-<DATE ISO="20071123">23 ta’ Novembru 2007</DATE> dwar il-Liġi Applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="331" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 331, p. 17</REF.DOC.OJ>), ir-regoli ta’ dan il-protokoll ġew applikati provviżorjament fl-Unjoni mit-<DATE ISO="20110618">18 ta’ Ġunju 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 4/2009 ġie implimentat fir-Renju Unit (inkluż fl-Irlanda ta’ Fuq) mis-Civil Jurisdictions and Judgments (Maintenance) Regulations (SI 2011/1484) [ir-Regolament Nru 1484 tal-2011 dwar il-Ġurisdizzjoni u s-Sentenzi Ċivili (obbligi ta’ manteniment)].</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1A) tal-Magistrates’ Courts (Civil Jurisdiction and Judgments Act 1982) Rules (Northern Ireland) 1986 (ir-Regolament tal-1986 tal-Qrati tal-Maġistrati (il-Liġi tal-1982 dwar il-Ġurisdizzjoni u s-Sentenzi Ċivili tal-Irlanda ta’ Fuq)], jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Fejn ir-reġistratur tal-Magistrates’ Court for the Petty Sessions (il-Qorti tas-Sessjonijiet Żgħar) jirċievi applikazzjoni skont l-Artikolu 26 tar-[Regolament Nru 4/2009] għar-reġistrazzjoni, bil-għan tal-eżekuzzjoni tagħha, ta’ deċiżjoni ta’ manteniment magħmula fi Stat tar-Regolament għajr ir-Renju Unit huwa għandu, suġġett għall-Artikolu 24 tal-imsemmi regolament u għall-paragrafi 3 u 4 ta’ din ir-regola, jara li [din id-deċiżjoni] tiġi rreġistrata fl-imsemmija qorti permezz ta’ minuta jew memorandum imdaħħlin u ffirmati minnu fir-Reġistru tal-Ordnijiet fil-forma ta’ proċess verbali jew ta’ nota ffirmati.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>TKF u AKF, it-tnejn ċittadini Pollakki, iżżewġu fil-Polonja fl-1991. Huma kellhom żewġ subien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="19990401">1 ta’ April 1999</DATE>, qorti Pollakka tat deċiżjoni ta’ manteniment favur AKF kontra TKF.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fix-xahar ta’ Diċembru 2002, inbdew proċeduri ta’ manteniment ġodda quddiem qorti Pollakka. Dawn il-proċeduri wasslu għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ġodda ta’ manteniment, tal-<DATE ISO="20030214">14 ta’ Frar 2003</DATE>, li emendaw id-deċiżjoni inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>TKF u AKF iddivorzjaw fl-2004. Fix-xahar ta’ Awwissu 2006, TKF wasal l-Irlanda ta’ Fuq, fejn ilu jgħix sa minn dakinhar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE> u tal-<DATE ISO="20140815">15 ta’ Awwissu 2014</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>deċiżjonijiet biex issir ir-reġistrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>), reġistratur tal-Magistrates’ Court for the Petty Sessions District of Belfast and Newtownabbey (il-Qorti tal-Maġistrati tad-Distrett ta’ Belfast u Newtownabbey, ir-Renju Unit) irreġistra u ddikjara eżegwibbli ż-żewġ deċiżjonijiet ta’ manteniment mogħtija mill-qorti Pollakka fl-<DATE ISO="20030214">14 ta’ Frar 2003</DATE>. Id-deċiżjonijiet biex issir ir-reġistrazzjoni ttieħdu skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 4/2009. Dawn tal-aħħar jindikaw ukoll li d-deċiżjonijiet hekk irreġistrati huma eżegwibbli għall-finijiet tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tal-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>TFK ikkontesta d-deċiżjonijiet biex issir ir-reġistrazzjoni quddiem il-High Court of Justice in Northern Ireland, Queen’s Bench Division (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja tal-Irlanda ta’ Fuq, Sezzjoni tal-Queen’s Bench, ir-Renju Unit). Insostenn ta’ din l-azzjoni, huwa sostna, essenzjalment, li peress li r-Repubblika tal-Polonja ma kinitx Stat Membru fil-mument meta ngħataw id-deċiżjonijiet ta’ manteniment inkwistjoni, it-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV ta’ dan ir-regolament ma kinitx applikabbli f’dan il-każ. Huwa argumenta wkoll li l-Artikoli 23 u 26 tal-imsemmi regolament ma kinux japplikaw għall-imsemmija deċiżjonijiet u li, fi kwalunkwe każ, dawn id-deċiżjonijiet ma kinux jikkonformaw mal-Artikolu 24 tal-istess regolament, inkwantu ma kien hemm l-ebda prova li TFK kien jaf bil-proċeduri inkwistjoni, u lanqas li huwa kien attenda għalihom jew kien irrappreżentat fihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Din l-azzjoni ġiet miċħuda mill-High Court of Justice in Northern Ireland, Queen’s Bench Division (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja tal-Irlanda ta’ Fuq, Sezzjoni tal-Queen’s Bench) għar-raġuni li r-Regolament Nru 4/2009 ma fih l-ebda dispożizzjoni li tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tiegħu għal deċiżjonijiet ta’ manteniment mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru wara d-data tal-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni. Barra minn hekk, skont dik il-qorti, jekk l-Artikolu 75(2) tar-Regolament Nru 4/2009 ma kienx japplika, ladarba l-Polonja hija Stat li huwa parti għall-Protokoll ta’ Den Haag, il-Kapitolu VII ta’ dan ir-regolament kien japplika f’dan il-każ, u dan bis-saħħa tal-Artikolu 75(3). L-imsemmija qorti għaldaqstant iddeċidiet li d-deċiżjonijiet tal-qorti Pollakka kienu, konformement ma’ dan il-kapitolu, ġew irreġistrati u eżegwiti kif suppost.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>TFK appella minn din id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju, li għandha dubji dwar l-applikabbiltà tar-Regolament Nru 4/2009 għal deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment mogħtija fil-Polonja qabel l-adeżjoni ta’ dan l-Istat Membru mal-Unjoni u jekk il-Magistrates’ Court for the Petty Sessions District of Belfast and Newtownabbey (il-Qorti tal-Maġistrati tad-Distrett ta’ Belfast u Newtownabbey) kellhiex ġurisdizzjoni biex tirreġistra d-deċiżjonijiet rilevanti taħt xi dispożizzjoni tal-Artikolu 75 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dawn il-kundizzjonijiet, il-Court of Appeal in Northern Ireland (il-Qorti tal-Appell tal-Irlanda ta’ Fuq, ir-Renju Unit), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 75(2) tar-[Regolament Nru 4/2009] għandu jiġi interpretat bħala li japplika biss għad-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>deċiżjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="2019" ID="QE0034"/> li ngħataw fl-Istati li kienu Stati Membri tal-Unjoni meta ttieħdu dawn id-deċiżjonijiet?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Meta jitqies li [r-Repubblika tal-]Polonja bħalissa hija Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li huwa marbut bil-Protokoll ta’ Den Haagen, deċiżjonijiet ta’ manteniment meħuda minn qorti fil-Polonja fl-1999 u fl-2003, jiġifieri qabel ma [r-Repubblika tal-]Polonja saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jkunu rreġistrati u infurzati fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni skont kwalunkwe parti tar-[Regolament Nru 4/2009], u b’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>skont l-Artikolu 75(3) u l-Artikolu 56 tar-[Regolament Nru 4/2009];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>skont l-Artikolu 75(2) u t-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tar-[Regolament Nru 4/2009];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>skont l-Artikolu 75(2)(a) u t-Taqsima 3 tal-Kapitolu IV tar-[Regolament Nru 4/2009];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>skont xi Artikoli oħra tar-[Regolament Nru 4/2009]?<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 75(2)(a) tar-Regolament Nru 4/2009 għandux jiġi interpretat fis-sens li japplika biss għad-deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati nazzjonali fi Stati li kienu diġà membri tal-Unjoni fid-data tal-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, permezz tar-Regolament Nru 4/2009, il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment li jinsabu fir-Regolament Nru 44/2001 b’dispożizzjonijiet li, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-urġenza partikolari marbuta mar-riżoluzzjoni tad-drittijiet għall-manteniment, jissimplifikaw il-proċedura quddiem il-qorti tal-eżekuzzjoni u jirrenduha għalhekk iktar rapida (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200604">4 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>FX (Oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ dritt għall-manteniment)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑41/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:425">EU:C:2020:425</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, ir-Regolament Nru 4/2009 jikkostitwixxi <HT TYPE="ITALIC">lex specialis</HT> f’dak li jikkonċerna, b’mod partikolari, il-kwistjonijiet ta’ ġurisdizzjoni, ta’ liġi applikabbli, ta’ rikonoxximent, kif ukoll ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji fil-qasam speċifiku tal-obbligi ta’ manteniment (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200604">4 ta’ Ġunju 2020</DATE>, <NAME.CASE>FX (Oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ dritt għall-manteniment)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑41/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:425">EU:C:2020:425</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-Artikolu 75 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>Dispożizzjonijiet transitorji<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fil-paragrafu (1) tiegħu jipprovdi li, bħala regola ġenerali, l-imsemmi regolament japplika biss għall-proċeduri mibdija, għat-tranżazzjonijiet ġudizzjarji approvati jew konklużi, u għall-atti awtentiċi stabbiliti mid-data ta’ applikazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Madankollu, b’deroga minn din ir-regola ġenerali, skont il-paragrafu 2 tal-imsemmi Artikolu 75, it-Taqsimiet 2 u 3 tal-Kapitolu IV tar-Regolament Nru 4/2009 japplikaw għal ċerti deċiżjonijiet mogħtija u proċeduri mibdija qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-deċiżjonijiet f’materji relatati mal-obbligi ta’ manteniment inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li r-reġistrazzjoni u l-eżekuzzjoni tagħhom fir-Renju Unit huma kkontestati, ingħataw fil-Polonja fl-<DATE ISO="20030214">14 ta’ Frar 2003</DATE>, jiġifieri qabel id-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 4/2009. Fil-fatt, kif jirriżulta mit-tielet paragrafu tal-Artikolu 76 tiegħu, dan ir-Regolament għandu japplika, ħlief għad-dispożizzjonijiet imsemmijin fit-tieni subparagrafu tal-imsemmi Artikolu 76, mit-<DATE ISO="20110618">18 ta’ Ġunju 2011</DATE>, dment li f’dik id-data l-Protokoll ta’ Den Haag tal-2007 kien applikabbli fl-Unjoni. Issa, skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/941, dan il-protokoll kien tabilħaqq applikabbli fl-Unjoni fit-<DATE ISO="20110618">18 ta’ Ġunju 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, dawn id-deċiżjonijiet ġew irreġistrati u ddikjarati eżegwibbli fl-Irlanda ta’ Fuq permezz ta’ deċiżjonijiet tal-<DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE> u tal-<DATE ISO="20140815">15 ta’ Awwissu 2014</DATE>, b’tali mod li huwa probabbli li r-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva tal-imsemmija deċiżjonijiet kienu ntalbu wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 4/2009, fatt li, madankollu, għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Skont din l-aħħar riżerva, huwa għaldaqstant il-każ imsemmi fl-Artikolu 75(2)(a) ta’ dan ir-regolament li jidher, bħala prinċipju, rilevanti f’dan il-każ, inkwantu jirrigwarda deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament li, għalihom, sa minn din id-data jintalbu r-rikonoxximent u d-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li r-Repubblika tal-Polonja aderixxiet mal-Unjoni fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, jiġifieri wara d-data li fiha ngħatat kull waħda mill-imsemmija deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, iżda qabel il-mument meta ntalbu r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-istess deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu, għaldaqstant, jiġi ddeterminat jekk l-Artikolu 75(2)(a) tar-Regolament Nru 4/2009 jistax japplika biss fir-rigward ta’ deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment mogħtija fi Stati li kienu diġà membri tal-Unjoni fid-data tal-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet, jew jekk din id-dispożizzjoni tistax tapplika wkoll fir-rigward ta’ deċiżjonijiet li ngħataw qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament fi Stat li sar membru tal-Unjoni biss wara l-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet li l-leġiżlazzjoni li minnha hija tagħmel parti tfittex li tilħaq (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141112">12 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>L</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑656/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2364">EU:C:2014:2364</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kliem tal-Artikolu 75(2)(a) tar-Regolament Nru 4/2009, għandu jiġi rrilevat li dan jirreferi għal deċiżjonijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>mogħtija fl-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-ewwel sentenza tal-punt 1 tal-Artikolu 2(1) tal-imsemmi regolament, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>deċiżjoni<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> għandha tfisser deċiżjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment mogħtija minn qorti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>ta’ Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, kif osservat il-Kummissjoni, il-kliem ikkombinat ta’ dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet ma jippermettix, waħdu, li jitqies li deċiżjoni, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tkun ingħatat minn qorti ta’ Stat li, fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, kien diġà membru tal-Unjoni. Fil-fatt, għalkemm minn tali formulazzjonijiet jirriżulta li huwa indispensabbli li, fil-mument meta jitwettaq ir-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni, jista’ jiġi kkonstatat li tali<?PAGE NO="10"?> deċiżjoni toriġina minn Stat li f’dak il-mument għandu l-kwalità ta’ Stat Membru tal-Unjoni, l-imsemmija formulazzjonijiet ma jimplikawx, min-naħa l-oħra, li tali kwalità għandha neċessarjament tkun eżistiet fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni kkonċernata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għandu wkoll jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jinsab l-Artikolu 75(2)(a) tar-Regolament Nru 4/2009 u l-għanijiet segwiti mil-leġiżlazzjoni li minnha jagħmel parti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li mill-premessa 44 tar-Regolament Nru 4/2009 jirriżulta li d-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 75 ta’ dan ir-regolament huma intiżi li jiżguraw it-tranżizzjoni bejn is-sistema prevista mir-Regolament Nru 44/2001 f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment u s-sistema prevista mir-Regolament Nru 4/2009, billi b’hekk ikunu permessi r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji mogħtija taħt ir-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament Nru 4/2009 jirriżulta li l-Artikolu 75(2)(a) ta’ dan ir-regolament japplika biss bil-kundizzjoni li, għall-finijiet tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni tagħhom, id-deċiżjonijiet li huwa jkopri jkunu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mill-Artikolu 66(1) tar-Regolament Nru 44/2001, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament huma applikabbli biss għall-azzjonijiet ġudizzjarji mibdija wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Dan il-prinċipju huwa intiż li jirregola kemm il-kwistjoni tal-ġurisdizzjoni kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Wolf Naturprodukte</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:367">EU:C:2012:367</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>L-Artikolu 66(2)(a) tar-Regolament Nru 44/2001 madankollu jipprovdi li, b’deroga minn dan il-prinċipju, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament dwar ir-rikonoxximent u dwar l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji huma applikabbli għad-deċiżjonijiet mogħtija wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament wara proċeduri ġudizzjarji mibdija fl-Istat Membru ta’ oriġini qabel dik id-data jekk kemm il-darba l-azzjoni tkun ingħatat bidu wara d-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ta’ Brussell dwar il-Ġurisdizzjoni u Eżekuzzjoni tas-Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali jew tal-Konvenzjoni ta’ Lugano dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Eżekuzzjoni tas-Sentenzi f’Materji Ċivili u Kummerċjali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>Konvenzjoni ta’ Lugano<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>) kemm fl-Istat Membru ta’ oriġini u kif ukoll fl-Istat Membru rikjest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, sabiex tkun fondata l-applikabbiltà tar-Regolament Nru 44/2001 għall-finijiet tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, huwa neċessarju li, fid-data tal-għoti ta’ din id-deċiżjoni, dan ir-regolament ikun daħal fis-seħħ kemm fl-Istat Membru ta’ oriġini, jiġifieri l-Istat li fih ingħatat id-deċiżjoni ġudizzjarja, kif ukoll fl-Istat Membru rikjest, jiġifieri dak li fih jintalbu r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120621">21 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Wolf Naturprodukte</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:367">EU:C:2012:367</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment li ngħataw minn qorti ta’ Stat li, fid-data tal-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet, kien għadu ma huwiex membru tal-Unjoni u li, għaldaqstant, ir-Regolament Nru 44/2001 kien għadu ma daħalx fis-seħħ fih, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’tali ipoteżi, huwa irrilevanti l-punt dwar jekk l-azzjonijiet ġudizzjarji li wasslu għall-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet inbdewx wara d-dħul fis-seħħ, fl-Istat ikkonċernat, tal-Konvenzjoni ta’ Lugano, sa fejn, fid-data li fiha ngħataw l-imsemmija deċiżjonijiet, ir-Regolament Nru 44/2001 kien għadu ma daħalx fis-seħħ f’dak l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, tali deċiżjonijiet lanqas ma jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjoni tranżitorja tal-Artikolu 75(2)(a) tar-Regolament Nru 4/2009.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Sa fejn deċiżjonijiet mogħtija fi Stati li ma kinux membri tal-Unjoni ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001, ma hemmx lok, fil-fatt, li dawn jingħataw il-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 4/2009, intiżi, kif tfakkar fil-punt 45 ta’ din is-sentenza, li jiżguraw ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji mogħtija taħt dan l-ewwel regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, tali interpretazzjoni tal-Artikolu 75(2)(a) tar-Regolament Nru 4/2009 hija wkoll konformi mal-prinċipju li regola, bħall-imsemmija dispożizzjoni, kif ġie kkonstatat fil-punt 34 ta’ din is-sentenza, li tidderoga minn regola ġenerali għandha tiġi interpretata b’mod restrittiv (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20071115">15 ta’ Novembru 2007</DATE>, <NAME.CASE>Granberg</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑330/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:679">EU:C:2007:679</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 75(2)(a) tar-Regolament Nru 4/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika biss għad-deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati nazzjonali fi Stati li kienu diġà membri tal-Unjoni fid-data tal-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk ir-Regolament Nru 4/2009 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-Artikolu 75 tiegħu jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta’ dan ir-regolament jippermettix li deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, mogħtija fi Stat qabel l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni u qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament, jiġu rrikonoxxuti u eżegwiti, wara l-adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni, fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, kif ġie rrilevat fil-punt 33 ta’ din is-sentenza, fil-paragrafu 1 tiegħu l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 4/2009 jipprevedi li, bħala regola ġenerali, l-imsemmi regolament japplika biss għall-proċeduri mibdija, għat-tranżazzjonijiet ġudizzjarji approvati jew konklużi u għall-atti awtentiċi stabbiliti sa mid-data tal-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-uniċi derogi għal din ir-regola ġew previsti espressament mil-leġiżlatur tal-Unjoni fl-Artikolu 75(2) u (3) tar-Regolament Nru 4/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-deroga msemmija fl-Artikolu 75(2)(a) ta’ dan ir-regolament, mir-risposta mogħtija għall-ewwel domanda madankollu jirriżulta li din id-deroga hija applikabbli biss għad-deċiżjonijiet mogħtija fi Stati li, fid-data tal-għoti tagħhom, kienu diġà membri tal-Unjoni. Issa, dan ma huwiex il-każ tad-deċiżjonijiet f’materji relatati mal-obbligi ta’ manteniment inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija fl-<DATE ISO="20030214">14 ta’ Frar 2003</DATE> fil-Polonja, Stat li ssieħeb fl-Unjoni biss fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġġustifika r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, fi Stat Membru ieħor, ta’ tali deċiżjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-deroga li tinsab fl-Artikolu 75(2)(b) tar-Regolament Nru 4/2009, din tirrigwarda d-deċiżjonijiet mogħtija mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament b’segwitu għal proċeduri mibdija qabel din id-data. Għalhekk, lanqas din ma jidher li hija applikabbli fil-kawża prinċipali, peress li, kif jirriżulta mill-punt 35 ta’ din is-sentenza, id-deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment inkwistjoni fil-kawża prinċipali f’din il-kawża ngħataw qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif ġie rrilevat fil-punt 46 ta’ din is-sentenza, mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament Nru 4/2009 jirriżulta li dan is-subparagrafu japplika biss bil-kundizzjoni li d-deċiżjonijiet li huwa jsemmi jkunu jaqgħu, għall-finijiet tar-rikonoxximent u tal-eżekuzzjoni, fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 44/2001.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Issa, ir-Regolament Nru 44/2001 daħal fis-seħħ fil-Polonja fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Minn dan isegwi, kif jirriżulta mill-punt 50 ta’ din is-sentenza, li d-deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament u, għaldaqstant, kif jirriżulta mill-punt 60 ta’ din is-sentenza, lanqas ma jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament Nru 4/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-fatt invokat mill-Gvern Pollakk fl-osservazzjonijiet orali tiegħu, fir-rigward tal-Artikolu 66(2)(a) tar-Regolament Nru 44/2001, li l-Konvenzjoni ta’ Lugano daħlet fis-seħħ fil-Polonja fl-<DATE ISO="20000201">1 ta’ Frar 2000</DATE> ma jistax, kif jirriżulta mill-punt 51 ta’ din is-sentenza, jikkontesta tali interpretazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda l-Artikolu 75(3) tar-Regolament Nru 4/2009, dan jippreċiża li l-Kapitolu VII ta’ dan ir-regolament dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali japplika għat-talbiet u għall-applikazzjonijiet irċevuti mill-awtorità ċentrali mid-data ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li mill-premessa 31 tar-Regolament Nru 4/2009 jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jistabbilixxi kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali ta’ drittijiet għall-manteniment u sabiex tingħata assistenza lill-kredituri u lid-debituri ta’ manteniment sabiex jasserixxu d-drittijiet tagħhom fi Stat Membru ieħor (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>S.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑283/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:104">EU:C:2017:104</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>B’mod iktar partikolari, skont l-Artikolu 51(1) tal-imsemmi regolament, dawn l-awtoritajiet għandhom jipprovdu assistenza rigward l-applikazzjonijiet previsti fl-Artikolu 56 tiegħu, billi jittrażmettu u jirċievu dawn l-applikazzjonijiet kif ukoll billi jagħtu bidu jew jiffaċilitaw l-istituzzjoni ta’ proċedimenti fir-rigward tal-imsemmi applikazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 56, kreditur li jipprova jirkupra manteniment skont ir-Regolament Nru 4/2009 jista’ għalhekk jippreżenta diversi tipi ta’ applikazzjonijiet, jiġifieri, essenzjalment, applikazzjoni għall-finijiet tar-rikonoxximent u/jew tad-dikjarazzjoni li tikkonstata s-saħħa eżekuttiva ta’ sentenza, applikazzjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija jew irrikonoxxuta fl-Istat Membru rikjest, applikazzjoni intiża għall-kisba ta’ deċiżjoni fl-Istat Membru rikjest jew ukoll applikazzjoni intiża sabiex tinkiseb l-emenda ta’ deċiżjoni. F’dan il-każ, il-kreditur għandu jindirizza, skont l-Artikolu 55 ta’ dan ir-regolament, lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru fejn huwa jirrisjedi, liema awtorità għandha tittrażmettiha lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru rikjest.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-debitur, huwa jista’, skont l-Artikolu 56(2) tar-Regolament Nru 4/2009, jitlob ir-rikonoxximent ta’ deċiżjoni li tissospendi jew tirrestrinġi l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni preċedenti jew titlob il-modifika ta’ deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti 66 sa 68 ta’ din is-sentenza, li jinsabu fil-Kapitolu VII tar-Regolament Nru 4/2009, jirriżulta li r-rwol tal-awtoritajiet ċentrali huwa limitat f’dan ir-rigward, madankollu, sabiex jagħtu assistenza lill-kreditur ta’ manteniment jew lid-debitur li jitlobha għall-finijiet tat-trażmissjoni jew għar-riċezzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom jew għat-tressiq ta’ proċeduri relatati ma’ dawn l-applikazzjonijiet, skont l-Artikolu 56 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-imsemmija dispożizzjonijiet ma jikkonċernawx il-kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent jew ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, li jaqgħu esklużivament taħt il-Kapitolu IV tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Rikonoxximent, Eżekutorjetà u Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, li għalih jirreferi l-paragrafu 2 tal-Artikolu 75 tal-istess regolament u mhux il-paragrafu 3 ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Konsegwentement, deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija fi Stat qabel l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni u qabel id-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 4/2009 ma jistgħux jiġu rrikonoxxuti u eżegwiti, wara l-adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni, fi Stat Membru ieħor, skont l-Artikolu 75(3) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkunsidrat li t-talba għal assistenza quddiem l-awtoritajiet ċentrali, skont id-dispożizzjonijiet li jinsabu fil-Kapitolu VII tar-Regolament Nru 4/2009, tikkostitwixxi dritt u mhux obbligu. Għaldaqstant, tali talba hija fakultattiva u tapplika biss jekk il-kreditur ta’ manteniment ikun jixtieq jeżerċita dan id-dritt, pereżempju biex jegħleb ċerti diffikultajiet partikolari, bħall-post fejn jinsab id-debitur tal-manteniment (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>, <NAME.CASE>S.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑283/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:104">EU:C:2017:104</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Issa, hekk kif sostna l-Avukat Ġenerali fil-punt 47 tal-konklużjonijiet tiegħu, jekk jiġi aċċettat li r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni mogħtija minn qorti ta’ Stat qabel l-adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni jista’ jiddependi milli wieħed jirrikorri jew le għar-rimedji differenti li l-Kapitolu VII joffri lill-kreditur sabiex jeżegwixxi deċiżjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, dan ikun joħloq diskriminazzjoni bejn il-kredituri li jagħżlu li jressqu l-applikazzjoni tagħhom permezz tal-awtoritajiet ċentrali u dawk li jiddeċiedu li jadixxu direttament lill-awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li r-Regolament Nru 4/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-regolament ma tippermetti li deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, mogħtija fi Stat qabel l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni u qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament, jiġu rrikonoxxuti u eżegwiti, wara l-adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni, fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Dwar l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 75(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika biss għad-deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati nazzjonali fi Stati li kienu diġà membri tal-Unjoni Ewropea fid-data tal-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament Nru 4/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-regolament ma tippermetti li deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, mogħtija fi Stat qabel l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea u qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament, jiġu rrikonoxxuti u eżegwiti, wara l-adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni, fi Stat Membru ieħor.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>