Brussell, 28.8.2020

COM(2020) 900 final

ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 8
TAL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2020

Żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza biex tiġi ffinanzjata l-istrateġija dwar il-vaċċini kontra l-COVID-19 u għall-impatt tal-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus


   Wara li kkunsidrat:

–it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

–ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (...) 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, kif adottat fis-27 ta’ Novembru 2019 2 ,

–il-baġit emendatorju Nru 1/2020 3 , adottat fis-17 ta’ April 2020,

–il-baġit emendatorju Nru 2/2020 4 , adottat fis-17 ta’ April 2020,

–il-baġit emendatorju Nru 3/2020 5 , adottat fis-17 ta’ Ġunju 2020,

–il-baġit emendatorju Nru 4/2020 6 , adottat fis-17 ta’ Ġunju 2020,

–il-baġit emendatorju Nru 5/2020 7 , adottat fl-10 ta’ Ġunju 2020,

–l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 7/2020 8 , adottat fit-3 ta’ Lulju 2020,

Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-Abbozz tal-Baġit Emendatorju Nru 8/2020 tal-baġit tal-2020.

BIDLIET FIR-RAPPORT TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u fit-Taqsima III huma disponibbli fil-EUR-Lex ( https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm ).

WERREJ

1.    Introduzzjoni    

2.    Żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza (ESI)    

3.    Żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament marbuta mas-CRII+    

4.    Finanzjament    

5.    Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP    

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.    Introduzzjoni

L-iskop tal-Abbozz tal-Baġit Emendatorju (ABE) Nru 8 għas-sena 2020 huwa li jipprovdi EUR 6,2 biljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament biex jinkorpora (i) il-bżonnijiet addizzjonali għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza (ESI) biex tiġi ffinanzjata l-istrateġija dwar il-vaċċini kontra l-COVID-19 u (ii) il-bżonnijiet addizzjonali ta’ pagament għall-koeżjoni wara l-adozzjoni tal-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus (CRII+) 9 .

2.Żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza (ESI)

Meta l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza ġie attivat f’April 2020 fil-qafas tal-kriżi tal-COVID-19, kienu previsti sensiliet mifruxin ħafna ta’ azzjonijiet ta’ appoġġ abbażi ta’ valutazzjoni tal-bżonnijiet inizjali mfassla mill-Kummissjoni b’kollaborazzjoni mal-Istati Membri. Il-finanzjament tal-appoġġ ta’ emerġenza kellu l-għan li jingħadda fejn l-aktar li kien se jkun hemm bżonnu u fejn kien se jwassal għal valur miżjud ċar għall-UE. Minħabba l-firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet possibbli, kien oriġinarjament previst li, mill-EUR 2,7 biljun f’impenji previsti mill-awtorità tal-baġit, kienu biss EUR 1,38 biljun, nofs il-pagamenti, li kienu se jkunu meħtieġa fl-2020, bil-kumplament ifeġġ il-bżonn tagħhom fis-snin ta’ wara.

Hekk kif il-kriżi evolviet, il-Kummissjoni adottat diversi deċiżjonijiet 10 biex tuża l-finanzjament ta’ Appoġġ ta’ Emerġenza biex tappoġġa sensiela ta’ azzjonijiet bħal: assistenza fit-trasport ta’ oġġetti essenzjali, timijiet mediċi u pazjenti milquta mill-COVID-19 (il-pakkett dwar il-Mobilità); l-akkwist pubbliku ta’ prodotti essenzjali relatati mas-saħħa; appoġġ għaż-żieda fil-kapaċitajiet tal-ittestjar; aktar trattamenti tqiegħdu għad-disponibbiltà tal-pazjenti tal-COVID-19; appoġġ għall-interoperabbiltà tal-apps għat-traċċar diġitali u d-distribuzzjoni ta’ robots ta’ diżinfezzjoni għall-isptarijiet.

Matul l-evoluzzjoni tal-pandemija u kif ġie enfasizzat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija għall-vaċċini 11 , jidher biċ-ċar li soluzzjoni permanenti għall-kriżi, x’aktarx li se tinstab bis-saħħa tal-iżvilupp u l-użu mifrux ta’ vaċċin effettiv u sikur kontra l-virus. Konsegwentement, it-tfittxija għal vaċċin effettiv saret prijorità u l-Kummissjoni kkonkludiet ftehim mal-Istati Membri kollha biex tinnegozja u tikkonkludi Ftehimiet Antiċipati ta’ Xiri (APAs - Advance Purchase Agreements) għan-nom tal-Istati Membri kollha mal-manifatturi tal-vaċċini. F’dawn l-APAs, l-ESI jipprovdi l-finanzjament bil-quddiem meħtieġ biex jitnaqqas ir-riskju għall-investimenti essenzjali sabiex tiżdied il-ħeffa u l-iskala tal-immanifatturar ta’ vaċċini li jirnexxu. Inkambju, dawn jagħtu d-dritt lill-Istati Membri li jixtru għadd speċifiku ta’ dożi ta’ vaċċini f’perjodu ta’ żmien stabbilit u bi prezz stabbilit. Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet APA wieħed ma’ manifattur tal-vaċċini f’Awwissu 2020, u bħalissa tinsab fi stadju avvanzat ta’ negozjati ma’ għadd ta’ manifatturi oħra.

L-APA jinċentivizza lill-manifatturi tal-vaċċini biex jibnu kapaċità tal-produzzjoni sostanzjalment b’aktar ħeffa milli fil-kuntest tal-iżvilupp tas-soltu tal-vaċċini, u biex jagħmlu dan jirrikjedu flus bil-quddiem biex jitnaqqsilhom ir-riskju għall-investimenti tagħhom u li jimplika pagamenti bil-quddiem aktar kmieni mis-soltu mill-Kummissjoni li jsiru ftit żmien wara li jittieħdu l-impenji (spiss f’temp ta’ ftit jiem wara l-iffirmar tal-kuntratt).

Minħabba f’hekk, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament attwali taħt l-ESI mhumiex biżżejjed biex ikopru l-obbligi kuntrattwali li l-Kummissjoni qed tipprevedi li se jkollha tissodisfa fuq terminu qasir vis-à-vis il-manifatturi tal-vaċċini. Sabiex l-Unjoni Ewropea tkun tista’ tiżgura aċċess sigur għal ġabra wiesgħa ta’ vaċċini potenzjali biex ikollha kemm jista’ jkun ċans li jkun hemm vaċċin effettiv u sikur disponibbli mill-aktar fis possibbli, huwa importanti ħafna li għalhekk il-pagamenti addizzjonali jkunu disponibbli mill-aktar fis possibbli. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa propost li jkun hemm biżżejjed approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli taħt l-ESI fl-2020 biex jiġu koperti (a) l-impenji kollha rilevanti li l-Kummissjoni se tieħu mal-manifatturi tal-vaċċini għan-nom tal-Istati Membri kif ukoll (b) l-azzjonijiet l-oħra li għaddejjin. Il-bżonnijiet ta’ pagamenti fis-snin li ġejjin se jitnaqqsu skont dan.

Meta jitqies ir-rinfurzar ta’ EUR 140 miljun li diġà ġew approvati mill-awtorità tal-baġit matul Lulju 2020, l-ammont ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali meħtieġ fl-2020 huwa ta’ EUR 1 090 miljun, biex b’hekk il-pagamenti totali għall-ESI jiġu jammontaw għal EUR 2 610 miljun. Jifdal EUR 90 miljun li se jitħallsu fl-2021 għal impenji mhux relatati mal-istrateġija għall-vaċċini.

Huwa propost ukoll li jiġu trasferiti EUR 53,75 miljun f’impenji u f’pagamenti mil-linja tan-nefqa tal-appoġġ amministrattiv għal-linja operazzjonali tal-Istrument. L-ammont totali ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għal-linja ta’ appoġġ tal-ESI se jitnaqqas għalhekk għal EUR 250 000.

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

18 01 04 05

Nefqa ta’ appoġġ għall-appoġġ ta’ emerġenza fi ħdan l-Unjoni

-53 750 000

-53 750 000

18 07 01

Appoġġ ta’ emerġenza fl-Unjoni

53 750 000

1 143 750 000

Total    

0

1 090 000 000

3.    Żieda fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament marbuta mas-CRII+

F’Marzu u f’April 2020, il-Kummissjoni pproponiet żewġ pakketti ta’ miżuri: l-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII) 12 u l-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus Plus (CRII+) 13 , li ġew adottati f’qasir żmien mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill.

L-Istati Membri qed jagħmlu użu sħiħ mill-flessibbiltajiet u mil-likwiditajiet offruti mill-Fondi ta’ koeżjoni biex jiġu megħjuna dawk l-aktar milquta: il-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u l-isptarijiet, l-SMEs, u l-ħaddiema. L-implimentazzjoni tal-inizjattiva għadha għaddejja u l-Istati Membri jibqgħu jadottaw miżuri skont il-bżonnijiet li qed jevolvu. Filwaqt li l-appoġġ ta’ koeżjoni standard jiffoka fuq investimenti fit-tul għall-konverġenza reġjonali, il-pakketti tas-CRII u s-CRII+ ipprovdew rispons ta’ emerġenza fejn l-aktar li kien hemm bżonnu.

B’riżultat tal-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus (CRII) adottata fit-30 ta’ Marzu 2020, madwar EUR 8 biljun ta’ likwidità għall-investimenti tqiegħdu għad-disponibbiltà għall-programmi taħt il-Politika ta’ Koeżjoni. Sabiex tiżgura li l-appoġġ kollu li għad ma hemmx impenn għalih mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni jkun jista’ jiġi mmobilizzat fl-2020 biex jindirizza l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni pproponiet ukoll is-CRII+, li ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Din tipprovdi, fuq bażi temporanja, il-possibbiltà li l-Istati Membri jitolbu kofinanzjament mill-UE ta’ 100 % għall-programmi appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond Soċjali Ewropew u mill-Fond ta’ Koeżjoni għas-sena ta’ kontabbiltà li tibda fl-1 ta’ Lulju 2020 u tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2021, u possibbiltajiet akbar ta’ trasferimenti bejn il-fondi kif ukoll bejn kategoriji ta’ reġjuni. Sal-24 ta’ Awwissu 2020, kienet intalbet ir-rata ta’ kofinanzjament tal-UE ta’ 100% għal 107 programmi, li jkopru kważi nofs il-pakkett tal-politika ta’ koeżjoni.

Il-Kummissjoni wettqet analiżi fil-fond tal-previżjonijiet ippreżentati mill-Istati Membri sal-aħħar ta’ Lulju 2020 fil-livell ta’ kull programm u hija tal-fehma li hemm bżonn ta’ rinforz ta’ EUR 5,1 biljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament sabiex jiġu koperti l-applikazzjonijiet ta’ pagament kollha pagabbli previsti li għandhom jitħallsu fl-2020.

It-talba għar-rinfurzar tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-intestatura 1b tammonta għal EUR 5,1 biljun, diżaggregati kif ġej:

EUR

Linja baġitarja

Isem

Approprjazzjonijiet ta’ impenn

Approprjazzjonijiet ta’ pagament

Taqsima III – Il-Kummissjoni

04 02 60

Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni anqas żviluppati — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

-

771 562 000

04 02 61

Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

-

192 891 000

04 02 62

Fond Soċjali Ewropew — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

-

397 128 000

04 02 64

Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

-

68 419 000

04 06 01

Promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u t-taffija tal-agħar forom ta’ faqar fl-Unjoni

-

70 000 000

13 03 60

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni anqas żviluppati — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

-

1 882 287 000

13 03 61

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni fi tranżizzjoni — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

-

311 128 000

13 03 62

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Reġjuni aktar żviluppati — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

-

424 520 000

13 03 63

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi u sottopopolati — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

-

20 386 000

13 03 64 01

Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) — Kooperazzjoni Territorjali Ewropea

-

122 353 000

13 04 60

Fond ta’ Koeżjoni — Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi

-

839 326 000

Total    

0

5 100 000 000

4.    Finanzjament

L-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 6/2020 14 kien ibbażat fuq is-suppożizzjoni li l-QFP tal-2014-20 kien se jiżdied. Madankollu, b’segwitu għall-konklużjoni tal-Kunsill Ewropew tal-21 ta’ Lulju, jidher biċ-ċar li l-affarijiet se jimxu mod ieħor u l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 6/2020 sar de facto obsolet. Għal din ir-raġuni, dan l-ABE Nru 8 ma jikkunsidrax dik il-proposta u n-nefqa hija proposta bħala li tibda mil-livell tal-aħħar baġit adottat (BE 5/2020) u l-finanzjament kif propost fl-ABE Nru 7/2020.

5.Tabella sommarja skont l-intestatura tal-QFP

F’EUR

Intestatura

Baġit 2020

Abbozz tal-Baġit Emendatorju 8/2020

Baġit 2020

(inkl. BE 1-5 u ABE 7/2020)

(inkl. BE 1-5 u ABE 7-8/2020)

AI

AP

AI

AP

AI

AP

1.

Tkabbir intelliġenti u inklużiv

83 930 597 837

72 353 828 442

 

5 100 000 000

83 930 597 837

77 453 828 442

Limitu Massimu

83 661 000 000

 

 

 

83 661 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

1a

Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

25 284 773 982

22 308 071 592

 

 

25 284 773 982

22 308 071 592

Li minnu taħt il-marġni globali għall-impenji

93 773 982

 

 

 

93 773 982

 

Limitu Massimu

25 191 000 000

 

 

 

25 191 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

1b

Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

58 645 823 855

50 045 756 850

 

5 100 000 000

58 645 823 855

55 145 756 850

Li minnu taħt il-marġni globali għall-impenji

175 823 855

 

 

 

175 823 855

 

Limitu Massimu

58 470 000 000

 

 

 

58 470 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

2.

Tkabbir sostenibbli: ir-riżorsi naturali

59 907 021 051

57 904 492 439

 

 

59 907 021 051

57 904 492 439

Limitu Massimu

60 421 000 000

 

 

 

60 421 000 000

 

Li minnu paċuti mal-Marġni ta’ kontinġenza

- 465 323 871

 

 

 

- 465 323 871

 

Marġni

48 655 078

 

 

 

48 655 078

 

Li minnu: Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) — Nefqa marbuta mas-suq u pagamenti diretti

43 410 105 687

43 380 031 798

 

 

43 410 105 687

43 380 031 798

Sublimitu

43 888 000 000

 

 

 

43 888 000 000

 

Differenza dovuta għall-arrotondament eskluża mill-kalkolu tal-marġni

888 000

 

 

 

888 000

 

Li minnu paċuti mal-Marġni ta’ kontinġenza

- 428 351 235

 

 

 

- 428 351 235

 

Marġni tal-FAEG

48 655 078

 

 

 

48 655 078

 

3.

Sigurtà u ċittadinanza

7 152 374 489

5 278 527 141

 

1 090 000 000

7 152 374 489

6 368 527 141

Li minnu taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

1 094 414 188

 

 

 

1 094 414 188

 

Li minnu taħt il-marġni globali għall-impenji

2 392 402 163

 

 

 

2 392 402 163

 

Li minnu taħt il-Marġini ta’ Kontinġenza

714 558 138

 

 

 

714 558 138

 

Limitu Massimu

2 951 000 000

 

 

 

2 951 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

4.

Ewropa Globali

10 991 572 239

9 112 061 191

 

 

10 991 572 239

9 112 061 191

Li minnu taħt il-Marġini ta’ Kontinġenza

481 572 239

 

 

 

481 572 239

 

Limitu Massimu

10 510 000 000

 

 

 

10 510 000 000

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

5.

Amministrazzjoni

10 271 193 494

10 274 196 704

 

 

10 271 193 494

10 274 196 704

Limitu Massimu

11 254 000 000

 

 

 

11 254 000 000

 

Li minnu paċuti mal-Marġni ta’ kontinġenza

- 982 806 506

 

 

 

- 982 806 506

 

Marġni

 

 

 

 

 

 

Li minnu: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet

7 955 303 132

7 958 306 342

 

 

7 955 303 132

7 958 306 342

Sublimitu

9 071 000 000

 

 

 

9 071 000 000

 

Li minnu paċuti mal-Marġni ta’ kontinġenza

- 982 806 506

 

 

 

- 982 806 506

 

Marġni

132 890 362

 

 

 

132 890 362

 

Total

172 252 759 110

154 923 105 917

 

6 190 000 000

172 252 759 110

161 113 105 917

Li minnu taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà

1 094 414 188

1 017 029 444

 

 

1 094 414 188

1 017 029 444

Li minnu taħt il-marġni globali għall-impenji

2 662 000 000

 

 

 

2 662 000 000

 

Li minnu taħt il-Marġini ta’ Kontinġenza

1 196 130 377

 

 

 

1 196 130 377

 

Limitu Massimu

168 797 000 000

172 420 000 000

 

 

168 797 000 000

172 420 000 000

Li minnu paċuti mal-Marġni ta’ kontinġenza

-1 448 130 377

 

 

 

-1 448 130 377

 

Marġni

48 655 078

18 513 923 527

 

 

48 655 078

12 323 923 527

 

Strumenti speċjali oħra

860 261 208

690 998 208

 

 

860 261 208

690 998 208

Total Kumplessiv

173 113 020 318

155 614 104 125

 

6 190 000 000

173 113 020 318

161 804 104 125

(1)      ĠU L 193, 30.7.2018.
(2)      ĠU L 57, 27.2.2020.
(3)      ĠU L 126, 21.4.2020.
(4)      ĠU L 126, 21.4.2020.
(5)      ĠU L 254, 04.8.2020.
(6)      ĠU L 254, 04.8.2020.
(7)      ĠU L XXX, XX.X.2020.
(8)      COM(2020) 424, 6.7.2020
(9)      Ir-Regolament (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013 u (UE) Nru 1303/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’reazzjoni għat-tifqigħa ta’ COVID-19, ĠU L 130, 24.4.2020, p. 1.
(10)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020)2794 dwar il-finanzjament tal-Appoġġ ta’ Emerġenza skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/369; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020)4193 li temenda d-Deċiżjoni C(2020)2794 fir-rigward tal-finanzjament tal-Istrument għall-Vaċċini; Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020)5162 li temenda d-Deċiżjoni C(2020) 2794 fir-rigward tal-finanzjament ta’ azzjonijiet addizzjonali taħt l-Istrument għall-Appoġġ ta’ Emerġenza u ż-żieda tal-baġit tal-Istrument għall-Vaċċini.
(11)    COM(2020)245 final tas-17 ta’ Ġunju 2020.
(12)      Ir-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għat-tifqigħa COVID‐19 (Inizjattiva ta’ Investiment b’Reazzjoni għall-Coronavirus), ĠU L 99, 31.3.2020, p. 5–8.
(13)      Ir-Regolament (UE) 2020/558 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1301/2013 u (UE) Nru 1303/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’reazzjoni għat-tifqigħa ta’ COVID-19, ĠU L 130, 24.4.2020, p. 1
(14)      COM(2020) 423, 3.6.2020