European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/838

2.5.2025

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/838

tad-19 ta’ Frar 2025

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/975 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rappurtar tad-data għas-sajd tas-sawrell, tal-ħsara teknika fl-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita, tar-rekwiżiti tad-data dwar il-bastimenti fl-Anness V, tar-rekwiżiti tad-data dwar it-trażbord fl-Annessi VII, VIII u IX, u tar-rekwiżiti tad-data dwar il-portijiet fl-Annessi XI u XII

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/975 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll li japplikaw fl-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) Żona tal-Konvenzjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43, il-punti (a), (b) u (f), tiegħu,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/130/UE (2), l-Unjoni ilha Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku, li stabbiliet l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO, South Pacific Regional Fisheries Management Organisation), mis-26 ta’ Lulju 2010.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2018/975 jimplimenta fid-dritt tal-Unjoni l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll adottati mill-SPRFMO (“miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni”) fil-laqgħat annwali tagħha li saru bejn l-2013 u l-2017.

(3)

Fil-laqgħat annwali tagħha fl-2018, fl-2019, fl-2020, fl-2021, fl-2022, fl-2023 u fl-2024, l-SPRFMO adottat emendi tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni eżistenti.

(4)

Jenħtieġ li dawk l-emendi jiġu implimentati fid-dritt tal-Unjoni. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/975 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2018/975 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 7(2), il-punti (a) u (b) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

sal-15-il jum ta’ kull xahar, il-lista tal-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom stadu b’mod attiv jew kienu involuti fit-trażbord fiż-Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO matul ix-xahar preċedenti. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-SPRFMO sal-20 jum ta’ kull xahar;

(b)

mhux aktar tard minn 45 jum qabel il-laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku tal-SPRFMO, ir-rapport xjentifiku annwali li jkopri s-sena preċedenti, inkluż kemm jista’ jkun data miġbura mill-osservaturi. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dik l-informazzjoni lis-Segretarjat tal-SPRFMO sa mhux aktar tard minn 30 jum qabel il-laqgħa tal-Kumitat Xjentifiku tal-SPRFMO.”;

(2)

fl-Artikolu 41, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ li l-ħsara teknika fl-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita ma tkunx issewwiet fi żmien 30 jum mill-bidu tal-obbligu ta’ rappurtar kif speċifikat fil-paragrafu 1, il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom jieqfu jistadu, jerfgħu l-irkaptu kollu tas-sajd u jerġgħu lura lejn il-port mingħajr dewmien biex isewwu l-apparat ta’ lokalizzazzjoni permezz tas-satellita.”

;

(3)

L-Annessi V, VII, VIII, IX, XI u XII huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fir-raba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punti 2, 3 u 4 tal-Anness għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2025.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 179, 16.7.2018, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/975/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/130/UE tat- 3 ta’ Ottubru 2011 dwar l-approvazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Riżorsi tas-Sajd f’Ibħra Miftuħa fin-Nofsinhar tal-Oċean Paċifiku (ĠU L 67, 6.3.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2012/130(1)/oj).


ANNESS

L-Annessi V, VII, VIII, IX, XI u XII tar-Regolament (UE) 2018/975 huma emendati kif ġej:

1.

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-taqsima 1, il-punt (xv) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(xv)

Kapaċità tal-istiva (m3; jekk applikabbli)”;

(2)

Fit-taqsima 1, il-punt (xxvi) jinbidel b’dan li ġej:

“(xxvi)

Ritratti diġitali tal-bastiment ta’ kwalità tajba, b’riżoluzzjoni għolja u b’luminożità u kuntrast xierqa, li ma jkunux eqdem minn 5 snin fil-mument li fih il-bastiment jiġi awtorizzat l-ewwel darba, li għandhom jikkonsistu f’mill-inqas:

(i)

ritratt ta’ bord il-lemin tal-bastiment li juri t-tul kollu u l-karatteristiċi strutturali kollha tiegħu;

(ii)

ritratt ta’ bord ix-xellug tal-bastiment li juri t-tul kollu u l-karatteristiċi strutturali kollha tiegħu;

(iii)

ritratt li juri l-poppa meħud direttament minn wara, inkluż kwalunkwe sovrastruttura.

Ir-ritratti għandhom jiġu aġġornati meta jsiru bidliet fil-karatteristiċi tal-bastiment (eż. modifiki tal-buq, tas-sovrastruttura, tak-marki esterni). Ir-ritratti għandhom jiġu ppreżentati f’wieħed mill-formati ta’ fajls li ġejjin: jpeg, png, jew tiff.”;

2.

L-Anness VII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS VII

Notifika ta’ qabel it-trażbord

1.

Dettalji tat-trażbord

(a)

L-Istat Membru li qed jippreżenta d-data

(b)

Id-data antiċipata tat-trażbord (UTC)

(c)

Il-ħin antiċipat tat-trażbord (UTC), jekk disponibbli

(d)

Il-latitudni antiċipata tat-trażbord (gradi deċimali)

(e)

Il-lonġitudni antiċipata tat-trażbord (gradi deċimali)

(f)

Il-formola mtliet minn (isem il-bastiment)

2.

Dettalji tal-bastiment li jħott

(a)

Isem il-bastiment

(b)

Numru tar-reġistrazzjoni

(c)

IRCS

(d)

Stat tal-bandiera tal-bastiment

(e)

Numru OMI

(f)

Isem u nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment

(g)

Il-kwantità stmata skont il-piż tal-ħut abbord qabel it-trażbord skont l-ispeċi, il-forma tal-prodott u ż-żona tal-qbid

(h)

Il-kwantità stmata skont il-piż li għandha tiġi trażbordata skont l-ispeċi, il-forma tal-prodott u ż-żona tal-qbid

3.

Dettalji tal-bastiment riċevitur

(a)

Isem il-bastiment

(b)

Numru tar-reġistrazzjoni

(c)

IRCS

(d)

Stat tal-bandiera tal-bastiment

(e)

Numru OMI

(f)

Isem u nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment

(g)

Il-kwantità stmata skont il-piż tal-ħut abbord qabel it-trażbord skont l-ispeċi, il-forma tal-prodott u ż-żona tal-qbid.

;

3.

L-Anness VIII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS VIII

Ġurnal dwar it-trażbord tal-osservatur

1.

Dettalji tal-bastiment tas-sajd li jħott

Isem il-bastiment

 

Numru tar-reġistrazzjoni

 

IRCS

 

Stat tal-bandiera tal-bastiment

 

Numru OMI

 

Isem u nazzjonalità tal-kaptan

 

2.

Dettalji tal-bastiment tas-sajd riċevitur

Isem il-bastiment

 

Numru tar-reġistrazzjoni

 

Sinjal tas-sejħa bir-radju

 

Stat tal-bandiera tal-bastiment

 

Numru OMI

 

Isem u nazzjonalità tal-kaptan

 

3.

Operazzjoni tat-trażbord

Data u ħin tal-bidu tat-trażbord (UTC)

 

Data u ħin tat-tlestija tat-trażbord (UTC)

 

Jekk it-trażbord isir fil-port: L-isem, il-pajjiż u l-kodiċi (1) tal-port

 

Jekk it-trażbord isir fuq il-baħar: il-pożizzjoni (għall-eqreb 1/10 ta’ grad) kif jibda t-trażbord

 

Jekk it-trażbord isir fuq il-baħar: il-pożizzjoni (għall-eqreb 1/10 ta’ grad) kif jitlesta t-trażbord

 

Deskrizzjoni tat-tip ta’ prodott skont l-ispeċi (bħal pereżempju ħut sħiħ iffriżat f’kaxxi ta’ 20 kg)

Speċijiet

 

Tip ta’ Prodott

 

Speċijiet

 

Tip ta’ Prodott

 

Speċijiet

 

Tip ta’ Prodott

 

Għadd ta’ kaxxi, piż nett (kg) tal-prodott, skont l-ispeċi

Speċijiet

 

Kaxxi

 

Piż nett

 

Speċijiet

 

Kaxxi

 

Piż nett

 

Speċijiet

 

Kaxxi

 

Piż nett

 

Speċijiet

 

Kaxxi

 

Piż nett

 

Piż nett totali tal-prodott trażbordat (kg)

 

Numri tal-istiva fil-bastiment refriġeratur fejn jinħażen il-prodott

 

Port u pajjiż tad-destinazzjoni tal-bastiment tas-sajd riċevitur

 

Data stmata tal-wasla

 

Data stmata tal-ħatt l-art

 

4.

Osservazzjonijiet (jekk applikabbli)

 

5.

Verifika

Isem l-osservatur

 

Awtorità

 

Firma

 

4.

L-Anness IX huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS IX

Dikjarazzjoni tat-trażbord

1.

Dettalji tal-bastiment tas-sajd li jħott

(a)

Isem il-bastiment

(b)

Numru tar-reġistrazzjoni

(c)

IRCS

(d)

Stat tal-bandiera tal-bastiment

(e)

Numru OMI

(f)

Isem u nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment

2.

Dettalji tal-bastiment tas-sajd riċevitur

(a)

Isem il-bastiment

(b)

Numru tar-reġistrazzjoni

(c)

IRCS

(d)

Stat tal-bandiera tal-bastiment

(e)

Numru OMI

(f)

Isem u nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment

3.

Dettalji tal-operazzjoni tat-trażbord

(a)

Data u ħin tal-bidu tat-trażbord (UTC)

(b)

Data u ħin tat-tlestija tat-trażbord (UTC)

(c)

Jekk it-trażbord isir fil-port:

l-istat tal-port, isem il-port u l-kodiċi tal-port

(d)

Jekk it-trażbord isir fuq il-baħar:

(i)

il-pożizzjoni (għall-eqreb 1/10 ta’ grad) kif jibda t-trażbord (latitudni u lonġitudni; grad deċimali)

(ii)

il-pożizzjoni (għall-eqreb 1/10 ta’ grad) kif jitlesta t-trażbord (latitudni u lonġitudni; grad deċimali)

(e)

Port destinatarju tal-bastiment tas-sajd riċevitur (1)

(f)

Stima tad-data tal-wasla

(g)

Stima tad-data tal-ħatt l-art

(h)

Numri tal-istiva fil-bastiment tas-sajd riċevitur fejn jinħażen il-prodott

4.

Dettalji tar-riżorsi tas-sajd trażbordati

(a)

Dettalji tar-riżorsi tas-sajd trażbordati

(i)

Kodiċi tal-ispeċi (kodiċi tal-FAO bi tliet ittri)

(ii)

Deskrizzjoni tal-ispeċi, skont it-tip ta’ prodott (eż: ħut sħiħ iffriżat)

(iii)

Tip ta’ kontenitur/kaxxa

(iv)

Numru ta’ kaxxi u piż nett (kg) tal-prodott skont it-tip ta’ kontenitur/pakk u skont l-ispeċi

(v)

Piż nett totali tal-prodott trażbordat (kg)

(b)

Irkaptu tas-sajd użat (2)

5.

Verifika

(a)

Isem l-osservatur

(b)

Awtorità

;

(1)  Jekk din l-informazzjoni tinbidel, id-Dikjarazzjoni tat-Trażbord għandha tiġi aġġornata u ppreżentata mill-ġdid mhux aktar tard minn 72 siegħa qabel il-ħatt l-art fil-port tal-prodotti trażbordati li huma ġestiti mill-SPRFMO."

(2)  Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-irkaptu tas-sajd. Din l-informazzjoni jeħtieġ tiġi pprovduta biss mill-bastiment li jħott."

5.

L-Anness XI huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS XI

Talba għal waqfa fil-port

1.   Informazzjoni dwar il-waqfa fil-port

Port tal-waqfa

L-aħħar port

Data tal-aħħar waqfa fil-port

 

 

 

2.   Identifikazzjoni tal-bastiment

Isem il-bastiment

Bandiera tal-bastiment

Numru OMI

Sinjal tas-sejħa

Marki ta’ identifikazzjoni esterni

 

 

 

 

 

Tip ta’ bastiment

Informazzjoni ta’ kuntatt tal-bastiment

Sid(ien) il-bastiment

ID tal-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd (jekk applikabbli)

ID taċ-ċertifikat tar-reġistru

 

 

 

 

 

3.   VMS

Il-VMS hija operattiva?

Il-VMS qed tirrapporta liċ-ċentru ta’ monitoraġġ tas-sajd nazzjonali?

Il-VMS qed tirrapporta lill-SPRFMO?

 

 

 

Tip

 

4.   Dimensjonijiet tal-bastiment

Tul

Travu

Pixka (Fond iffurmat)

 

 

 

5.   Isem u nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment

Isem il-kaptan tal-bastiment

Nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment

 

 

6.   Awtorizzazzjoni(jiet) rilevanti tat-trażbord

Identifikatur

Maħruġa minn

Dati tal-validità

 

 

 

 

 

 

7.   Informazzjoni dwar it-trażbord (rigward il-bastimenti donaturi)

Data

Post (Latitudni/lonġitudni)

Isem il-bastiment donatur

Stat tal-bandiera tal-bastiment donatur

Numru OMI

Speċijiet

Stat tal-prodott

Żona tal-qbid tal-FAO

Kwantità (kg)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

8.   Dettalji tal-waqfa fil-port

Port tal-waqfa intenzjonat (2)

Stat tal-port

Skop (3) tal-waqfa fil-port

Data stmata tal-wasla

Ħin stmat tal-wasla

Data attwali

 

 

 

 

 

 

9.   Speċijiet ġestiti mill-SPRFMO miżmuma abbord

Speċijiet

Żona tal-qbid tal-FAO

Stat tal-prodott

Total ta’ kilogrammi miżmuma abbord (stima)

Ammont li għandu jiġi trażbordat jew li għandu jinħatt l-art (stima)

Riċevitur tal-ammont trażbordat jew li nħatt l-art

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Jekk l-ebda speċi ġestita mill-SPRFMO u/jew l-ebda prodott tal-ħut li joriġina minn dawn l-ispeċijiet ma jinżammu abbord, daħħal ‘xejn’.

10.   Dettalji rilevanti dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd

Identifikatur

Maħruġa minn

Validità

Żona/i tas-sajd

Speċijiet

Irkaptu (4)

 

 

 

 

 

 

L-awtorizzazzjoni tas-sajd tindika l-limitu tal-qbid tal-bastiment għal kull speċi (Iva/Le)

Speċijiet

Limitu tal-qbid tal-bastiment għal kull speċi (5)

 

 

 

11.   Lista tal-ekwipaġġ

Mehmuża kopja tal-lista tal-ekwipaġġ? Iva/Le

6.

L-Anness XII huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS XII

Rapport dwar l-ispezzjonijiet tal-portijiet

1.   Dettalji tal-ispezzjoni

Numru tar-rapport dwar l-ispezzjonijiet

 

Isem l-ispettur prinċipali

 

Stat tal-port

 

Awtorità tal-ispezzjoni

 

Port tal-ispezzjoni

 

Skop tal-waqfa

 

Data tal-bidu tal-ispezzjoni

 

Ħin tal-bidu tal-ispezzjoni

 

Data tat-tmiem tal-ispezzjoni

 

Ħin tat-tmiem tal-ispezzjoni

 

Waslet notifika minn qabel?

Iva/Le

Id-dettalji tan-notifika minn qabel huma konsistenti mal-ispezzjoni?

Iva/Le

2.   Dettalji tal-bastiment

Isem il-bastiment

 

Bandiera tal-bastiment

 

Tip ta’ bastiment

 

IRCS

 

Marki ta’ identifikazzjoni esterni

 

Numru OMI

 

Sid il-bastiment

 

Sid(ien) benefiċjarju/i tal-bastiment

(jekk magħruf u jekk huwa differenti minn sid il-bastiment)

 

Operatur tal-bastiment

 

Isem u nazzjonalità tal-kaptan tal-bastiment

 

Aġent tal-bastiment

 

Preżenza ta’ VMS

Iva/Le

Tip ta’ VMS

 

3.   Awtorizzazzjonijiet rilevanti tas-sajd

Identifikatur tal-awtorizzazzjoni

 

Maħruġa minn

 

Validità

 

Żoni tas-sajd

 

Speċijiet

 

Irkaptu (6)

 

Il-bastiment qiegħed fir-reġistru tal-bastimenti tal-SPRFMO?

Iva/Le

Huwa attwalment awtorizzat?

Iva/Le

4.   Speċijiet ġestiti mill-SPRFMO skarikati (matul din il-waqfa fil-port)

Speċijiet

Żona tal-qbid tal-FAO

Stat tal-prodott

Kwantità ddikjarata skarikata (kg)

Kwantità skarikata (kg)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.   Speċijiet ġestiti mill-SPRFMO miżmuma abbord

Speċijiet

Żona tal-qbid tal-FAO

Stat tal-prodott

Kwantità ddikjarata miżmuma abbord (kg)

Kwantità miżmuma abbord (kg)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

6.   Speċijiet ġestiti mill-SPRFMO li waslu mit-trażbord (matul din il-waqfa fil-port)

Speċijiet

Żona tal-qbid tal-FAO

Stat tal-prodott

Kwantità ddikjarata li waslet (kg)

Kwantità li waslet (kg)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

7.   Eżamijiet u sejbiet

Taqsima

Kummenti

Eżami tal-ġurnali ta’ abbord u ta’ dokumentazzjoni oħra

Konformità mal-iskema/i ta’ dokumentazzjoni tal-qbid applikabbli

Konformità mal-iskema/i ta’ informazzjoni dwar il-kummerċ applikabbli

Tip ta’ rkaptu abbord

Sejbiet tal-ispetturi

Ksur allegat (inkludi referenza għall-istrumenti legali rilevanti)

Kummenti tal-kaptan tal-bastiment

Azzjonijiet meħuda

Firma tal-kaptan tal-bastiment

Firma tal-ispettur


(1)  Jekk din l-informazzjoni tinbidel, id-Dikjarazzjoni tat-Trażbord għandha tiġi aġġornata u ppreżentata mill-ġdid mhux aktar tard minn 72 siegħa qabel il-ħatt l-art fil-port tal-prodotti trażbordati li huma ġestiti mill-SPRFMO.

(2)  Klassifikazzjoni Standard Internazzjonali tal-irkaptu tas-sajd. Din l-informazzjoni jeħtieġ tiġi pprovduta biss mill-bastiment li jħott.”


(1)  Kodiċi tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Postijiet tal-Kummerċ u tat-Trasport (UN/LOCODE).”;

(2)  Għandu jkun port iddeżinjat kif elenkat fir-reġistru tal-portijiet tal-SPRFMO.

(3)  Eż. ħatt l-art, trażbord, riforniment tal-fjuwil.

(4)  Jekk l-awtorizzazzjoni hija limitata għat-trażbord, allura mmarka ‘trażbord’ bħala l-irkaptu.

(5)  Jekk l-awtorizzazzjoni ma tindikax il-limitu tal-qbid tal-bastiment, daħħal ‘mhux applikabbli’.”;

(6)  Jekk l-awtorizzazzjoni hija għat-trażbord, allura daħħal “trażbord” bħala l-irkaptu.”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/838/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)