|
5.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/724
tat-3 ta’ Marzu 2021
li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-komunikazzjonijiet li jridu jsiru mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fir-rigward tal-korpi maħtura biex jissorveljaw il-proċessi ta’ invekkjament għax-xorb spirituż u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jiżguraw il-konformità ma’ dak ir-Regolament
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/787 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta’ xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ xorb spirituż, l-użu ta’ alkoħol etiliku u distillati ta’ oriġini agrikola f’xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 (1), u b’mod partikolari l-punt (a) tal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 20 u l-Artikolu 44(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 13(6) tar-Regolament (UE) 2019/787 jeħtieġ li l-operazzjonijiet biex jiġi invekkjat ix-xorb spirituż isiru taħt is-superviżjoni tad-dħul ta’ Stat Membru jew superviżjoni li tipprovdi garanziji ekwivalenti. |
|
(2) |
Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-korpi responsabbli għas-superviżjoni ta’ tali proċessi ta’ invekkjament u jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan sabiex tkun tista’ tistabbilixxi reġistru pubbliku li jelenka dawk il-korpi maħtura. |
|
(3) |
L-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2019/787 jistipula li l-Istati Membri huma responsabbli għall-kontrolli tax-xorb spirituż. Huma jridu jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw il-konformità ma’ dak ir-Regolament u għandhom jinnominaw l-awtoritajiet kompetenti responsabbli li jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ dak ir-Regolament. |
|
(4) |
Bil-ħsieb li jiġu żgurati komunikazzjonijiet effiċjenti bejn il-Kummissjoni u l-korpi responsabbli għas-superviżjoni tal-proċessi ta’ invekkjament u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-Regolament (UE) 2019/787, huwa xieraq li l-Istati Membri jintalbu jinnotifikaw id-dettalji ta’ kuntatt tal-korpi rispettivi tagħhom responsabbli għas-superviżjoni tal-proċessi ta’ invekkjament u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-iżgurar tal-konformità ma’ dak ir-Regolament lill-Kummissjoni. |
|
(5) |
Sabiex jiġi żgurat li l-komunikazzjonijiet mill-Istati Membri lill-Kummissjoni jsiru b’mod sempliċi u effiċjenti, huwa xieraq li jkun meħtieġ li, meta Stat Membru jaħtar aktar minn korp wieħed li jissorvelja l-proċessi ta’ invekkjament għax-xorb spirituż jew aktar minn awtorità kompetenti waħda responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-Regolament (UE) 2019/787, dak l-Istat Membru jaħtar korp ta’ kollegament bħala punt ta’ kuntatt uniku għall-Kummissjoni. L-Istati Membri jeħtiġilhom għalhekk jinnotifikaw ukoll id-dettalji ta’ kuntatt tal-korpi ta’ kollegament tagħhom lill-Kummissjoni. |
|
(6) |
Sabiex tiġi żgurata komunikazzjoni effiċjenti ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, jeħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll regoli dwar il-forma u l-iskadenzi għal tali komunikazzjonijiet. |
|
(7) |
Dan ir-Regolament jeħtieġ li japplika mill-25 ta’ Mejju 2021, skont l-Artikolu 51(3) tar-Regolament (UE) 2019/787. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għax-Xorb Spirituż, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Informazzjoni li għandha tiġi notifikata lill-Kummissjoni
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja dwar il-korpi maħtura biex jissorveljaw il-proċessi ta’ invekkjament tax-xorb spirituż skont l-Artikolu 13(6) tar-Regolament (UE) 2019/787:
|
(a) |
l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown, l-indirizz tal-posta elettronika tal-korp maħtur biex jissorvelja l-proċessi ta’ invekkjament għax-xorb spirituż; |
|
(b) |
fejn diversi korpi jinħatru biex jissorveljaw il-proċessi ta’ invekkjament tax-xorb spirituż, ir-responsabbiltà speċifika ta’ kull wieħed minnhom; |
|
(c) |
l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika tal-korp ta’ kollegament maħtur skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2. |
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja dwar l-awtoritajiet kompetenti responsabbli biex jiżguraw il-konformità mar-Regolament (UE) 2019/787 skont l-Artikolu 43(1) ta’ dak ir-Regolament:
|
(a) |
l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefown, l-indirizz tal-posta elettronika tal-awtorità kompetenti; |
|
(b) |
meta jinħatru diversi awtoritajiet kompetenti, ir-responsabbiltà speċifika ta’ kull waħda minnhom; |
|
(c) |
l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, l-indirizz tal-posta elettronika tal-korp ta’ kollegament maħtur skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 2. |
Artikolu 2
Ħatra ta’ korpi ta’ kollegament
Fejn Stat Membru jaħtar aktar minn korp wieħed biex jissorvelja l-proċessi ta’ invekkjament għax-xorb spirituż, huwa għandu jaħtar korp ta’ kollegament għal tali korpi li jissorveljaw il-proċessi ta’ invekkjament.
Meta Stat Membru jaħtar aktar minn awtorità kompetenti waħda responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-Regolament (UE) 2019/787, huwa għandu jaħtar korp ta’ kollegament għal tali awtoritajiet kompetenti.
Iż-żewġ korpi ta’ kollegament għandhom ikunu responsabbli biex jikkomunikaw l-informazzjoni lill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Skadenza u modalitajiet għan-notifiki tal-korpi maħtura għas-superviżjoni tal-proċessi ta’ invekkjament tax-xorb spirituż u tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-Regolament (UE) 2019/787
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 1 sal-25 ta’ Awwissu 2021.
2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni notifikata msemmija fil-paragrafu 1 fi żmien tliet (3) xhur mid-data li fiha seħħet il-bidla.
3. In-notifiki għandhom isiru bl-użu tal-formoli stabbiliti fl-Anness I għal informazzjoni dwar il-korpi maħtura biex jissorveljaw il-proċessi ta’ invekjament tax-xorb spirituż u fl-Anness II għal informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-iżgurar tal-konformità mar-Regolament (UE) 2019/787.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-25 ta’ Mejju 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS I
Il-formola għan-notifika msemmija fl-Artikolu 1(1)
L-Istat Membru:
Id-data tan-notifika:
Jekk jogħġbok imla l-Parti A jekk jinħatar korp wieħed biex jissorvelja l-proċessi ta’ invekkjament ta’ xorb spirituż jew il-Parti B jekk jinħatru diversi korpi biex jissorveljaw dawk il-proċessi. Fil-każ tal-aħħar, jekk jogħġbok imla wkoll il-Parti C.
PARTI A
KORP MAĦTUR BIEX JISSORVELJA L-PROĊEDURI TA’ INVEKKJAMENT GĦAX-XORB SPIRITUŻ
Isem:
Indirizz:
Numru tat-telefown:
Indirizz elettroniku:
PARTI B
LISTA TA’ KORPI MAĦTURA BIEX JISSORVELJAW IL-PROĊEDURI TA’ INVEKKJAMENT GĦAX-XORB SPIRITUŻ
Għal kull korp, jekk jogħġbok indika l-informazzjoni li ġejja:
Isem:
Indirizz:
Numru tat-telefown:
Indirizz elettroniku:
Responsabbiltà speċifika:
PARTI C
KORP TA’ KOLLEGAMENT
Isem:
Indirizz:
Numru tat-telefown:
Indirizz elettroniku:
ANNESS II
Il-formola għan-notifika msemmija fl-Artikolu 1(2)
L-Istat Membru:
Id-data tan-notifika:
Jekk jogħġbok imla l-Parti A jekk tinħatar awtorità kompetenti waħda biex tiżgura l-konformità mar-Regolament (UE) 2019/787 jew il-Parti B jekk jinħatru diversi awtoritajiet kompetenti. Fil-każ tal-aħħar, jekk jogħġbok imla wkoll il-Parti C.
PARTI A
L-AWTORITÀ KOMPETENTI RESPONSABBLI BIEX TIŻGURA L-KONFORMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) 2019/787
Isem:
Indirizz:
Numru tat-telefown:
Indirizz elettroniku:
PARTI B
LISTA TAL-AWTORITAJIET KOMPETENTI RESPONSABBLI BIEX JIŻGURAW IL-KONFORMITÀ MAR-REGOLAMENT (UE) 2019/787
Għal kull awtorità kompetenti, jekk jogħġbok indika l-informazzjoni li ġejja:
Isem:
Indirizz:
Numru tat-telefown:
Indirizz elettroniku:
Responsabbiltà speċifika:
PARTI C
KORP TA’ KOLLEGAMENT
Isem:
Indirizz:
Numru tat-telefown:
Indirizz elettroniku: