|
28.7.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/7 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.10205 — Orange/CDC/EDF/OC)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 301/06)
1.
Fl-20 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill (1) u wara rinviju skont l-Artikolu 4, paragrafu 5 ta’ dan ir-Regolament.Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Orange S.A. (“Orange”, Franza), |
|
— |
la Caisse des Dépôts et Consignations S.A.S. (“CDC”, Franza), |
|
— |
EDF S.A. (“EDF”, Franza), |
|
— |
Orange Concessions S.A.S (“OC”, Franza) esklussivament ikkontrollata minn Orange. |
Orange, CDC u EDF jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3, paragrafu 1, punt b) u l-Artikolu 3, paragrafu 4 tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ OC kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet ta’ negozju ta’ l-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Orange: kumpanija tal-komunikazzjoni elettronika, tal-kontenut, taċ-ċibersigurtà u tas-servizzi finanzjarji mobbli. Orange hija attiva fit-telekomunikazzjonijiet fissi kemm fis-swieq bl-ingrossa kif ukoll bl-imnut, kif ukoll fit-tnedija u t-tħaddim ta’ netwerks tat-telekomunikazzjoni broadband fi Franza, |
|
— |
CDC: stabbiliment speċjali skont il-liġi Franċiża fdat b’kompiti ta’ interess ġenerali (depożiti fuq kotba tat-tfaddil li jiffinanzjaw akkomodazzjoni soċjali għall-kiri u tiġdid urban, depożiti u depożiti regolati, pensjonijiet tas-sigurtà soċjali u teżor) u attivitajiet miftuħa għall-kompetizzjoni fis-setturi ambjentali, tal-proprjetà immobbli, tas-servizzi u tal-investiment u tal-investiment, |
|
— |
EDF: kumpanija attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku, il-kummerċ, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista tal-elettriku, il-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut tal-gass, u l-provvista ta’ servizzi tal-enerġija fi Franza u lil hinn minnha, |
|
— |
OC: kumpanija attiva fid-disinn, l-implimentazzjoni u t-tħaddim, f’żoni skarsament popolati, ta’ netwerks tal-broadband b’inizjattiva pubblika fi Franza u servizzi ta’ aċċess għall-internet fis-suq esklussivament fis-swieq bl-ingrossa. |
3.
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha tiġi speċifikata:
M.10205 — Orange/CDC/EDF/OC
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles |
|
BELGIQUE |
(1) ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).