Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 28 KE u 30 KE – Sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-tkabbir fl-ilma, mal-kosta Olandiża, ta’ gajdri u molluski li joriġinaw minn Stati Membri oħra.
Dispożittiv
1) Billi stabbilixxa sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel għat-tkabbir fl-ilma, mal-kosta Olandiża, ta’ gajdri u molluski li joriġinaw legalment minn Stati Membri oħra u li jagħmlu parti mill-ispeċi indiġeni tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli josserva l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 28 KE u 30 KE.
2) Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.