|
17.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 62/6 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8814 — Melrose/GKN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 62/04)
|
1. |
Fid-9 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
Melrose takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ GKN kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fis-17 ta’ Jannar 2018. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Melrose: l-akkwist ta’ negozju tal-manifattura ta’ kwalità għolja b’esponiment għal swieq finali b’saħħithom u l-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni bil-għan li jsir qligħ mill-bejgħ eventwali tagħhom. Bħalissa, Melrose għandha żewġ negozji li qed jaħdmu: (i) Brush Electrical Machines li tipprovdi prodotti u servizzi għas-settur tal-enerġija; u (ii) Nortek Inc. li timmanifattura prodotti ta’ mmaniġġar tal-arja, sistemi ta’ tisħin u tkessiħ, sistemi ta’ sigurtà mingħajr fili, sistemi ta’ awtomazzjoni fid-dar u s-sistemi ta’ sikurezza personali. — GKN: GKN hija grupp dinji tal-inġinerija u l-attivitajiet tagħha huma ffokati fuq is-settur tal-karozzi, l-ajruspazju, sistemi tal-metallurġija tat-trab u roti u strutturi għall-vetturi mhux maħsuba għat-triq. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata: M.8814 — Melrose/GKN Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.