|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4220 |
28.7.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12005 — ADVENT / TBI BANK)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/4220)
1.
Fis-17 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Advent International, L.P. (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
TBI Bank EAD (“TBI Bank”, il-Bulgarija) |
Advent se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ TBI Bank kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Advent huwa investitur ta’ ekwità privata bbażat f’Boston, l-Istati Uniti tal-Amerka. Advent jiffoka fuq l-akkwist ta’ ishma ta’ ekwità u l-ġestjoni ta’ sħubijiet ta’ ekwità privata f’diversi setturi, inklużi l-kura tas-saħħa, l-industrija, it-teknoloġija, il-bejgħ bl-imnut, il-konsumatur u d-divertiment, u s-servizzi kummerċjali u finanzjarji, |
|
— |
TBI Bank huwa bank diġitali bbażat fil-Bulgarija. TBI Bank huwa fornitur reġjonali ta’ soluzzjonijiet ta’ pjan ta’ pagament li joffri firxa ta’ servizzi bankarji u finanzjarji permezz tas-sussidjarji u l-fergħat tiegħu fil-Bulgarija, fil-Greċja u fir-Rumanija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12005 — ADVENT / TBI BANK
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4220/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)