<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-504/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0504</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:335">EU:C:2021:335</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20210429">29.4.2021</DATE> – Kawża C‑504/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Banco de Portugal <HT TYPE="ITALIC">et</HT></HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20210429">29 ta’ April 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Superviżjoni bankarja</KEYWORD><KEYWORD>Riorganizzazzjoni u stralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/24/KE</KEYWORD><KEYWORD>Miżura ta’ riorganizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu meħuda minn awtorità tal-Istat Membru ta’ oriġini</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment ta’ drittijiet, assi jew obbligi fuq <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>istituzzjoni tranżitorja<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment mill-ġdid lill-istituzzjoni ta’ kreditu suġġetta għall‑miżura ta’ riorganizzazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(2)</KEYWORD><KEYWORD><HT TYPE="ITALIC">Lex concursus</HT></KEYWORD><KEYWORD>Effett ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni fi Stati Membri oħra</KEYWORD><KEYWORD>Rikonoxximent reċiproku</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 32</KEYWORD><KEYWORD>Effetti ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni fuq kawża pendenti</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni għall-applikazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT></KEYWORD><KEYWORD>L-ewwel paragrafu tal‑Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ ċertezza legali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑504/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190625">25 ta’ Ġunju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190702">2 ta’ Lulju 2019</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Banco de Portugal,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Fundo de Resolução,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Novo Banco SA, Sucursal en España,</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">VR,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn A. Prechal, Presidenta tal-Awla, K. Lenaerts, President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħed jaġixxi bħala Mħallef tat-Tielet Awla, N. Wahl, F. Biltgen u L.S. Rossi (Relatriċi), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, Amministratriċi,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑<DATE ISO="20200930">30 ta’ Settembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Banco de Portugal u għall-Fundo de Resolução, minn J. M. Rodríguez Cárcamo, abogado, u A. M. Rodríguez Conde, abogada,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għal Novo Banco SA, Sucursal en España, minn A. Fernández de Hoyos u J. I. Fernández Aguado, abogados,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn S. Centeno Huerta, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. M. De Socio, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, S. Jaulino, A. Homem, A. Pimenta, C. Raimundo u P. Barros da Costa, bħala aġenti, assistiti minn T. Tönnies, advogada,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Parlament Ewropew, minn L. Visaggio, M. Sammut, P. López‑Carceller u R. Ignătescu, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, minn A. de Gregorio Merino, I. Gurov u E. d’Ursel, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Triantafyllou, A. Nijenhuis, J. Rius Riu u K.‑Ph. Wojcik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukata Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad‑<DATE ISO="20201119">19 ta’ Novembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20010404">4 ta’ April 2001</DATE> fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 15), tal-Artikolu 2 TUE, tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) kif ukoll tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, il-Banco de Portugal, il-Fundo de Resolução (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Fond ta’ Riżoluzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u Novo Banco SA, Sucursal en España (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Novo Banco Spanja<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), u, min-naħa l-oħra, VR, dwar talba għal annullament ta’ kuntratt ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet preferenzjali akkwistati minn din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 3, 4, 6, 7, 11, 16, 23 u 30 tad-Direttiva 2001/24 huma fformulati kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(3)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva tifforma parti tal-qafas leġislattiv tal-Komunità mwaqqaf mid-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l‑<DATE ISO="20000320">20 ta’ Marzu 2000</DATE> dwar l-adozzjoni u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu [(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Volum 3, p. 272)]. Isegwi minn dan li, waqt li qed jaħdmu, istituzzjoni ta’ kreditu u l-friegħi tagħha jiffurmaw entità waħda soġġetta għas-superviżjoni ta’ l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istat fejn ingħatat l-awtorizzazzjoni valida ġewwa l-Komunità kollha.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Ikun partikolarment mhux mixtieq li titneħħa din l-għaqda bejn istituzzjoni u l-friegħi tagħha fejn jeħtieġ li jkunu adottati miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew jinbdew proċeduri ta’ l-istralċ.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>L-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini għandhom ikollhom is-setgħa waħedhom li jiddeċiedu u jimplimentaw il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni provduti fil-liġi u l-prattiċi fis-seħħ f’dak l-Istat Membru. Minħabba d-diffikultà li jkunu armonizzati l-liġijiet u l-prattiki ta’ l-Istati Membri, huwa meħtieġ li jkun stabbilit rikonoxximent reċiproku minn Stati Membri tal-miżuri meħuda minnhom kollha biex jerġgħu jsiru vijabbli l-istituzzjonijiet ta’ kreditu li tkun aworizzat.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Huwa essenzjali li jkun garantit li l-miżuri ta’ riorganizzazzjoni adottati mill-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini u l-miżuri adottati minn persuni jew korpi appuntati minn dawk l-awtoritajiet biex jamministraw dawk il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni, inkluż miżuri li jinvolvu l-possibbiltà ta’ sospensjoni ta’ ħlasijiet, sospensjoni ta’ miżuri esekuttivi jew tnaqqis ta’ talbiet u kull miżura oħra li tista’ taffettwa jeddijiet eżistenti ta’ terzi persuni, huma effettivi fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(11)</NO.P><TXT>Jeħtieġ li terzi persuni jkunu nnotifikati bl-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ riorganizzazzjoni fl-Istati Membri fejn jinsabu l-friegħi meta dawn il-miżuri jistgħu jfixklu l-eżerċizzju ta’ uħud mid-drittijiet tagħhom.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Trattament ugwali ta’ kredituri jeħtieġ li l-istituzzjoni tal-kreditu tkun stralċjata skond il-prinċipji ta’ l-unità u l-universalità, li jeħtieġu li l-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini ikollhom ġurisdizzjoni waħedhom u d-deċiżjoniiet tagħhom jkunu rikonoxxuti u li jkunu kapaċi li jipproduċu fl-Istati Membri kollha l-oħra, mingħajr xi formalità, l-effetti mogħtiha lilhom bil-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-oriġini, ħlief fejn din id-Direttiva tipprovdi mod ieħor.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(23)</NO.P><TXT>Għalkemm huwa importanti li jkun segwit il-prinċipju li l-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini tiddetermina l-effetti kollha tal-miżuri ta’ riorganizzazzjoni u l-proċeduri ta’ l-istralċ, kemm proċedurali u sostantivi, huwa meħtieġ ukoll li wieħed iżomm f’moħħu li dawk l-effetti jistgħu jikkonfliġġu mar-regoli li huma normalment applikabbli fil-kuntest ta’ l-attività ekonomika u finanzjarja ta’ l-istituzzjoni ta’ kreditu konċernata u l-friegħi tagħha fi Stati Membri oħra. F’xi każijiet ir-riferenza għal-liġi ta’ Stat Membru ieħor tirrappreżenta kwalifika inevitabbli tal-prinċipju li għandha tapplika l-liġi ta’ l-Istat Membu ta’ l-oriġini.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(30)</NO.P><TXT>L-effetti ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew proċeduri ta’ stralċ fuq kawża pendenti huma determinati bil-liġi ta’ l-Istat Membru fejn il-kawża hija pendenti bħala eċċezzjoni għall-applikazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT>. L-effetti ta’ dawk il-miżuri u proċeduri fuq azzjonijiet individwali ta’ infurzar li joħorġu minn dawn il-kawżi għandhom ikunu ggvernati mil-liġi ta’ l-Istat Membru ta’ l-origini, skond ir-regola ġenerali stabbilita minn din id-Direttiva. […]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/24 jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-friegħi tagħhom mwaqqfa fl-Istati Membri tagħhom li ma jkunux dawk fejn jinsabu l-uffiċċji prinċipali, kif definiti fil-punti (1) u (3) ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2000/12/KE, bla ħsara għall-kondizzjonijiet u eżenzjonijiet provduti fl-Artikolu 2(3) ta’ dik id-Direttiva. […]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Konformement mas-seba’ inċiż tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>miżuri ta’ riorganizzazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> għandhom ifissru <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>miżuri li huma maħsuba biex jippreservaw jew iġibu lura s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u li tista’ taffettwa d-drittijiet pre-eżistenti ta’ terzi, inkluż miżuri li jinvolvu l-possibbiltà ta’ sospensjoni ta’ ħlasijiet, sospensjoni ta’ miżuri ta’ infurżar jew tnaqqis ta’ talbiet<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Adozzjoni ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni – liġi applikabbli<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji ta’ l-Istat Membru ta’ oriġini għandhom ikunu waħedhom mogħtija s-setgħa li jiddeċiedu fuq l-implimentazzjoni ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni jew iżjed f’istituzzjoni ta’ kreditu, inkluż friegħi stabbiliti fi Stati Membri oħra.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni għandhom ikunu applikati skond il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri applikabbli fl-Istat Membru ta’ oriġini, sakemm ma jkunx provdut mod ieħor f’din id-Direttiva.</ALINEA><ALINEA>Għandhom ikunu effettivi għal kollox skond il-leġislazzjoni ta’ dak l-Istat Membru ġewwa l-Komunità kollha mingħajr kull formalità oħra, inkluż kontra terzi f’Istati Membri oħra, ukoll fejn ir-regoli ta’ l-Istat Membru ospitanti applikabbli għalihom ma jipprovdux għal dawk il-miżuri jew jagħmlu l-implimentazzjoni tagħhom soġġetta għall-kondizzjonijiet li ma jintlaħqux.</ALINEA><ALINEA>Il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni għandhom ikunu effettivi ġewwa l-Komunità kollha ladarba jidħlu fis-seħħ fl-Istat Membru fejn ikunu ittieħdu.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 32 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Kawżi pendenti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-effetti ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew proċeduri ta’ stralċ fuq kawża pendenti dwar beni jew dritt li minnhom l-impriża ta’ l-assigurazzjoni tkun ġiet svestita għandhom ikunu iggvernati biss bil-liġi ta’ l-Istat Membru fejn il-kawza hija pendenti.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Ley 6/2005 sobre saneamiento y liquidación de las entidades de crédito (il-Liġi 6/2005 dwar il-Miżuri ta’ Riorganizzazzjoni u l-Istralċ ta’ Istituzzjonijiet ta’ Kreditu), tat‑<DATE ISO="20050422">22 ta’ April 2005</DATE> (BOE Nru 97, tat‑<DATE ISO="20050423">23 ta’ April 2005</DATE>, p. 13912), ittrasponiet id-Direttiva 2001/24 fl-ordinament ġuridiku Spanjol.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1) ta’ din il-liġi jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Meta tkun ġiet adottata miżura ta’ riorganizzazzjoni jew tkun infetħet proċedura ta’ stralċ kontra istituzzjoni ta’ kreditu approvata fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li jkollha mill-inqas fergħa waħda jew li tipprovdi servizzi fi Spanja, din il-miżura jew proċedura tipproduċi mingħajr ebda formalità oħra l-effetti kollha tagħha fi Spanja, hekk kif din tipproduċi l-effetti tagħha fl-Istat Membru li fih il-miżura tkun ġiet adottata jew il-proċedura miftuħa<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20080110">10 ta’ Jannar 2008</DATE>, VR ikkonkludiet kuntratt ma’ Banco Espírito Santo, Sucursal en España (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>BES Spanja<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), li permezz tiegħu hija akkwistat azzjonijiet preferenzjali mill-istabbiliment ta’ kreditu Islandiż Kaupthing Bank għal ammont ta’ madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">166000</FT> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>kuntratt ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>). F’dak iż-żmien, BES Spanja kienet il-fergħa Spanjola tal-bank Portugiż Banco Espírito Santo (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>BES<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fil-kuntest tad-diffikultajiet finanzjarji serji ta’ BES, il-bord tad-diretturi ta’ Banco de Portugal adotta, permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20140803">3 ta’ Awwissu 2014</DATE>, emendata bid-deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20140811">11 ta’ Awwissu 2014</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>deċiżjoni tax-xahar ta’ Awwissu 2014<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), miżuri msejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>ta’ riżoluzzjoni<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> ta’ din l-istituzzjoni ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ din id-deċiżjoni, il-Banco de Portugal iddeċieda li joħloq <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>bank tranżitorju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>istituzzjoni tranżitorja<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, bl-isem Novo Banco SA, fejn ġew ittrasferiti l-assi, l-obbligi u oġġetti oħra mhux ta’ assi ta’ BES deskritti fl-Anness 2 tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Dan l-Anness 2 kien isemmi ċerti obbligi li kienu esklużi mit-trasferiment lil Novo Banco u li, għaldaqstant, baqgħu fl-assi ta’ BES. Fost dawn l-obbligi hemm dawk elenkati fil-punt (b)(v) tal-ewwel paragrafu tal-imsemmi Anness 2, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kull responsabbiltà jew kontinġenza, b’mod partikolari dawk li jirriżultaw minn frodi jew minn ksur ta’ dispożizzjonijiet jew deċiżjonijiet regolamentari, kriminali jew amministrattivi<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Wara t-trasferiment imsemmi fil-punt 12 ta’ din is-sentenza, Novo Banco Spanja żammet ir-relazzjoni kummerċjali li VR kienet stabbilixxiet ma’ BES Spanja, dwar id-depożitu u l-ġestjoni tat-titoli li kienu s-suġġett tal-kuntratt ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet, u kompliet tirċievi l-kummissjoni marbuta ma’ dawn is-servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE>, VR ippreżentat rikors quddiem il-Juzgado de Primera Instancia de Vitoria (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Vitoria, Spanja) kontra Novo Banco Spanja intiż, prinċipalment, li tinkiseb in-nullità tal-kuntratt ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet, minħabba nuqqas ta’ kunsens, kif ukoll ir-rimbors tal-ammont investit jew, sussidjarjament, ix-xoljiment tal-imsemmi kuntratt minħabba ksur tal-obbligi ta’ diliġenza, ta’ lealtà u ta’ informazzjoni kif ukoll il-kundanna ta’ dan l-istabbiliment bankarju għad-danni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Quddiem dik il-qorti, Novo Banco Spanja oġġezzjonat peress li ma kellhiex <HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> għaliex, bis-saħħa tal-Anness 2 tad-deċiżjoni tax-xahar ta’ Awwissu 2014, ir-responsabbiltà allegata kienet tikkostitwixxi obbligu li ma kienx ġie ttrasferit lilha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-Juzgado de Primera Instancia de Vitoria (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Vitoria) laqgħet it-talba ta’ VR, billi qieset li dan l-obbligu kien ġie trażmess lil Novo Banco bis-saħħa tad-deċiżjoni tax-xahar ta’ Awwissu 2014. Skont dik il-qorti, il-kunsens ta’ VR kien ivvizzjat fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet, sa fejn hija kellha 68 sena f’dak il-mument, ma kellha ebda għarfien finanzjarju u ma kinitx ġiet informata b’mod adegwat minn BES Spanja dwar in-natura u r-riskji marbuta mal-azzjonijiet preferenzjali li hija kienet akkwistat. L-imsemmija qorti għaldaqstant iddikjarat il-kuntratt ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet null u mingħajr effett u kkundannat lil Novo Banco Spanja sabiex tirrimborsa lil VR il-prezz sħiħ tax-xiri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Novo Banco Spanja appellat minn dik is-sentenza quddiem l-Audiencia Provincial de Álava (il-Qorti Provinċjali ta’ Álava). Fil-mori tal-kawża, hija ppreżentat żewġ deċiżjonijiet adottati mill-Banco de Portugal fid‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE> (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE><QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Minn dawn id-deċiżjonijiet, kif ippreżentati mill-qorti tar-rinviju, jirriżulta li l-punt (b)(vii) tal-ewwel paragrafu tal-Anness 2 tad-deċiżjoni tax-xahar ta’ Awwissu 2014 issa kellu jiġi fformulat kif ġej: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>Kull obbligu, garanzija, responsabbiltà jew kontinġenza waqt il-kummerċjalizzazzjoni, l-intermedjazzjoni finanzjarja, il-proċedura ta’ sottoskrizzjoni u d-distribuzzjoni ta’ strumenti finanzjarji maħruġa minn kwalunkwe entità<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Ġie ppreċiżat ukoll, f’dik l-okkażjoni, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>b’mod partikolari, sa minn dakinhar, l-obbligi segwenti ta’ BES ma ġewx trażmessi lil Novo Banco: […] iii) il-kumpens kollu relatat man-nuqqas ta’ osservanza ta’ kuntratti (xiri ta’ assi immobbli u oħrajn) iffirmati u konklużi qabel it‑<DATE ISO="20140803">3 ta’ Awwissu 2014</DATE>; […] vi) il-kumpens u l-krediti kollha li jirriżultaw mill-annullament ta’ tranżazzjonijiet li BES wettqet bħala fornitur ta’ servizzi finanzjarji jew ta’ investiment; u vii) kull responsabbiltà li hija s-suġġett ta’ waħda mill-proċeduri deskritti fl-Anness I<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Fost il-proċeduri msemmija f’dan l-Anness I hemm l-azzjoni mressqa minn VR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE> jipprevedu li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>[s]a fejn l-assi, l-obbligi jew komponenti li ma jappartjenux lill-assi, konformement mal-punti preċedenti, li kellhom jibqgħu fl-assi ta’ BES ġew <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> ttrasferiti lil Novo Banco, b’din id-deċiżjoni dawn l-assi, l-obbligi jew il-komponenti li ma jappartjenux lill-assi huma, b’effett mit‑<DATE ISO="20140803">3 ta’ Awwissu 2014</DATE> (fit‑20.00) ittrasferiti mill-ġdid minn Novo Banco lil BES<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li l-Audiencia Provincial de Álava (il-Qorti Provinċjali ta’ Álava) ċaħdet l-appell ippreżentat minn Novo Banco Spanja, din tal-aħħar ippreżentat rikors straordinarju minħabba difett proċedurali quddiem il-qorti tar-rinviju, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja). Il-Banco de Portugal u l-Fond ta’ Riżoluzzjoni tħallew jintervjenu insostenn tat-talbiet ta’ Novo Banco Spanja. Dawn il-partijiet iqisu li din tal-aħħar ma kellhiex tiġi rrikonoxxuta bħala konvenuta fil-kawża prinċipali, peress li l-obbligu inkwistjoni ma kienx ġie ttrasferit lil Novo Banco u li, anki li kieku kien ġie ttrasferit, dan l-obbligu kien, sussegwentement, ġie ttrasferit mill-ġdid lil BES skont id-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE>. Dawn il-partijiet jallegaw ukoll li, skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/24, dawn id-deċiżjonijiet jipproduċu, mingħajr ebda formalità oħra, l-effetti tagħhom fl-Istati Membri kollha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tikkunsidra li d-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE> ma humiex intiżi biss sabiex jiċċaraw id-deċiżjoni tax-xahar ta’ Awwissu 2014, iżda jemendawha b’effett retroattiv. Għalhekk, bis-saħħa tad-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE>, ir-responsabbiltà fir-rigward ta’ VR, li tirriżulta mill-kuntratt ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet, li d-deċiżjoni tax-xahar ta’ Awwissu 2014 kienet ittrasferiet lil Novo Banco, ġiet ittrasferita mill-ġdid lil BES b’effett retroattiv mit‑<DATE ISO="20140803">3 ta’ Awwissu 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju ma għandhiex dubji dwar il-possibbiltà li miżura ta’ riorganizzazzjoni meħuda mill-awtorità pubblika kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini jista’ jkollha effetti retroattivi, fatt li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà rrikonoxxiet fis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LBI</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑85/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:697">EU:C:2013:697</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u lanqas ma tikkontesta l-possibbiltà li obbligazzjonijiet trażmessi lil Novo Banco jiġu trażmessi mill-ġdid lil BES. Għall-kuntrarju, hija tistaqsi jekk l-emendi, fil-mertu, li seħħew bl-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE>, għandhomx jiġu rrikonoxxuti fil-proċeduri ġudizzjarji pendenti, mibdija qabel l-adozzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, fir-rigward tar-rekwiżit ta’ effettività tal-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet ta’ VR li jirriżulta mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta kif ukoll mill-prinċipju ta’ ċertezza legali inerenti għall-Istat tad-dritt, dwar il-fondatezza tat-teżi ta’ Novo Banco Spanja, tal‑Banco de Portugal u tal-Fond ta’ Riżoluzzjoni, li jgħid li, anki jekk il-qorti tar-rinviju tikkonferma s-sentenza tal-Audiencia Provincial de Álava (il-Qorti Provinċjali ta’ Álava), din il-konferma tkun mingħajr effett jew tkun ineffettiva, peress li permezz tad-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE>, l-obbligu inkwistjoni, fi kwalunkwe każ, ġie ttrasferit mill-ġdid fl-assi ta’ BES b’effett mit‑<DATE ISO="20140803">3 ta’ Awwissu 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Interpretazzjoni tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva [2001/24] li tippreżumi r-rikonoxximent ta’ effetti, fil-proċeduri ġudizzjarji pendenti fi Stati Membri oħra, mingħajr formalitajiet oħra, ta’ deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti tal-Istat [Membru] ta’ oriġini intiża li temenda, b’effett retroattiv, il-kuntest ġuridiku eżistenti meta tressqu l-proċeduri u li timplika li s-sentenzi ġudizzjarji li jmorru kontra dak previst f’din id-deċiżjoni l-ġdida jsiru ineffettivi, hija kompatibbli mad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva stabbilit fl-Artikolu 47 [tal-Karta], mal-prinċipju tal-Istat tad-dritt stabbilit fl-Artikolu 2 [TUE] u mal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali?<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet preliminari</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Qabel kollox, għandu jiġi osservat, kif ġie rrilevat fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, li mit-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-qorti tar-rinviju titlaq mill-premessa li d-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE> emendaw id-deċiżjoni tax-xahar ta’ Awwissu 2014, b’mod partikolari billi ttrasferixxew lil BES, b’effett retroattiv, ir-responsabbiltà eventwali ta’ Novo Banco li fuqha hija bbażata l-azzjoni ta’ VR.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>L-eżattezza ta’ din il-premessa ġiet ikkontestata minn Novo Banco, mill-Banco de Portugal u mill-Fond ta’ Riżoluzzjoni kif ukoll mill-Gvern Portugiż. F’dan ir-rigward, huma jsostnu li d-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE> ma jbiddlux id-deċiżjoni tax-xahar ta’ Awwissu 2014, iżda li huma biss jiċċaraw din tal-aħħar u, għaldaqstant, li l-esklużjoni, tal-parametri tal-assi u tal-obbligi ttrasferiti lil Novo Banco, tar-responsabbiltà eventwali li fuqha hija bbażata l-azzjoni ta’ VR tirriżulta minn miżuri ta’ riorganizzazzjoni adottati mhux fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja pendenti, iżda qabel il-preżentata tar-rikors ta’ VR, fl‑<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tevalwa l-portata tad-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE>, peress li d-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali ddefinit minnha u taħt ir-responsabbiltà tagħha, kuntest li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200430">30 ta’ April 2020</DATE>, <NAME.CASE>Blue Air – Airline Management Solutions</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑584/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:324">EU:C:2020:324</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għalhekk, sabiex tingħata risposta għad-domanda magħmula, wieħed għandu jitlaq mill-premessa li d-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE> emendaw effettivament, b’effett retroattiv, id-deċiżjoni tax-xahar ta’ Awwissu 2014 u li dawn ingħataw fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja pendenti, peress li VR ippreżentat ir-rikors tagħha quddiem il-Juzgado de Primera Instancia de Vitoria (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Vitoria) fl‑<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, skont ġurisprudenza stabbilita, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kooperazzjoni bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilita mill-Artikolu 267 TFUE, huwa l-obbligu ta’ din tal-aħħar li tagħti lil qorti nazzjonali risposta utli li tippermettilha taqta’ l-kawża li jkollha quddiemha. Barra minn hekk, jista’ jkun meħtieġ li l-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni regoli tad-dritt tal-Unjoni li l-qorti nazzjonali ma tkunx għamlet riferiment għalihom fil-formulazzjoni tad-domanda tagħha. Minn din il-perspettiva, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha, jekk ikun il-każ, tifformula mill-ġdid id-domandi magħmula lilha (sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160913">13 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Rendón Marín</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑165/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:675">EU:C:2016:675</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170608">8 ta’ Ġunju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Freitag</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑541/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:432">EU:C:2017:432</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Generalstaatsanwaltschaft Berlin (Estradizzjoni lejn l-Ukraina)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑398/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:1032">EU:C:2020:1032</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għalkemm id-domandi tal-qorti tar-rinviju jirrigwardaw l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2001/24, għandu jiġi rrilevat, fid-dawl ta’ dak li ġie ppreċiżat fil-punt 26 ta’ din is-sentenza u mfakkar fil-punt 29 ta’ din l-istess sentenza, li l-Artikolu 32 ta’ din id-direttiva, sa fejn jintroduċi eċċezzjoni għall-imsemmi Artikolu 3(2), fir-rigward tad-dritt applikabbli għall-effetti tal-miżuri ta’ riorganizzazzjoni fuq kawżi pendenti, huwa rilevanti għall-finijiet tar-risposta li għandha tingħata lill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet preliminari, hemm lok li jiġi kkunsidrat li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/24, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu r-rikonoxximent, mingħajr kundizzjoni oħra, fi proċedura ġudizzjarja fuq il-mertu pendenti fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ oriġini, li tirrigwarda obbligu, li tneħħa minn istituzzjoni ta’ kreditu wara l-ewwel miżura ta’ riorganizzazzjoni meħuda f’dan l-Istat tal-aħħar, filwaqt li dan l-obbligu ġie fdat mill-ġdid lil din l-istituzzjoni ta’ kreditu permezz tat-tieni miżura ta’ riorganizzazzjoni, b’effett retroattiv, għal data qabel il-ftuħ ta’ tali proċedura, peress li tali rikonoxximent iwassal lill-istituzzjoni ta’ kreditu li lilha jkun ġie ttrasferit l-obbligu permezz tal-ewwel miżura biex titlef, b’effett retroattiv, il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> tagħha għall-finijiet ta’ din il-proċedura pendenti, u għalhekk iqiegħed fid-dubju deċiżjonijiet ġudizzjarji diġà mogħtija favur ir-rikorrenti li kienu s-suġġett tal-istess proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-premessi 4 u 16 tagħha, id-Direttiva 2001/24 hija bbażata fuq il-prinċipji ta’ unità u ta’ universalità u tistabbilixxi bħala prinċipju r-rikonoxximent reċiproku tal-miżuri ta’ riorganizzazzjoni u ta’ proċeduri ta’ stralċ kif ukoll tal-effetti tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, bis-saħħa tal-Artikolu 3(2) ta’ din id-direttiva, il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni jiġu, bħala prinċipju, applikati skont il-liġi tal-Istat Membru ta’ oriġini. Barra minn hekk, mit-tieni subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta, minn naħa, li tali miżuri jirriproduċu l-effetti tagħhom skont il-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat fl-Unjoni kollha mingħajr kull formalità oħra, inkluż kontra terzi fl-Istati Membri l-oħra, ukoll fejn ir-regoli tal-Istat Membru ospitanti applikabbli għalihom ma jipprovdux għal dawk il-miżuri jew jagħmlu l-implimentazzjoni tagħhom suġġetta għall-kundizzjonijiet li ma humiex issodisfatti. Min-naħa l-oħra, konformement mat-tielet subparagrafu tal-imsemmija dispożizzjoni, il-miżuri ta’ riorganizzazzjoni jipproduċu l-effetti tagħhom fl-Unjoni kollha malli dawn il-miżuri jipproduċu l-effetti tagħhom fl-Istat Membru ta’ oriġini. Dawn id-dispożizzjonijiet jipprevedu għalhekk li, bħala prinċipju, il-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> tirregola l-miżuri ta’ riorganizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll l-effetti tagħhom (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LBI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑85/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:697">EU:C:2013:697</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif jirriżulta espressament mill-premessa 23 tad-Direttiva 2001/24, dawn l-effetti jistgħu jmorru kontra r-regoli normalment applikabbli fil-kuntest tal-attività ekonomika u finanzjarja tal-istituzzjoni ta’ kreditu u tal-fergħat tagħha fl-Istati Membri l-oħra. Għaldaqstant, ir-riferiment għal-liġi ta’ Stat Membru ieħor tirrappreżenta, f’ċerti każijiet, eċċezzjoni indispensabbli għall-prinċipju ta’ applikabbiltà tal-liġi tal-Istat Membru ta’ oriġini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Għalhekk, b’eċċezzjoni għall-applikazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT>, id-Direttiva 2001/24 tipprevedi, fl-Artikolu 32 tagħha, li l-effetti ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni fuq kawża pendenti li tikkonċerna assi jew dritt li jitneħħa lill-istituzzjoni ta’ kreditu huma rregolati esklużivament mil-liġi tal-Istat Membru li fih tkun pendenti dik il-kawża (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LBI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑85/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:697">EU:C:2013:697</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, fl-ewwel lok, mill-formulazzjoni ta’ dan l-Artikolu 32 jirriżulta li l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni li huwa jipprevedi teħtieġ li jiġu ssodisfatti tliet kundizzjonijiet kumulattivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-ewwel, dawn għandhom ikunu miżuri ta’ riorganizzazzjoni fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2001/24, li huwa l-każ, f’dan il-każ, peress li, kif ġie kkonstatat fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, id-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE> huma intiżi li jippreżervaw jew jistabbilixxu mill-ġdid is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>It-tieni, għandu jkun hemm kawża pendenti. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, billi bbażat ruħha fuq il-premessa 30 tad-Direttiva 2001/24, li għandha ssir distinzjoni bejn il-kawżi pendenti u l-azzjonijiet għal eżekuzzjoni forzata individwali, li jirriżultaw minn dawn il-kawżi, u li t-termini <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>kawżi pendenti<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 32 ta’ din id-direttiva, ikopru biss il-proċeduri fuq il-mertu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LBI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑85/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:697">EU:C:2013:697</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, minn naħa, il-proċedura inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mibdija minn VR kontra Novo Banco Spanja, sa fejn din tikkonċerna azzjoni għal nullità, jew, sussidjarjament, għal xoljiment, tal-kuntratt ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet, għandha titqies li hija proċedura fuq il-mertu. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE> ġew adottati wara l-bidu tal-proċedura mibdija minn VR fl‑<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE> quddiem il-Juzgado de Primera Instancia de Vitoria (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Vitoria) u, għaldaqstant, f’mument meta din il-proċedura kienet diġà pendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>It-tielet, il-kawża pendenti għandha tikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>beni jew dritt li minnhom l-impriża ta’ l-assigurazzjoni tkun ġiet svestita<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>. F’dan ir-rigward, għalkemm ċerti verżjonijiet lingwistiċi tal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/24 huma fformulati b’mod li jissuġġerixxu li huma biss l-assi li huma koperti minn din il-kundizzjoni, f’oħrajn minn dawn il-verżjonijiet, din id-dispożizzjoni, din hija fformulata b’mod iktar wiesa’, kif irrilevat l-Avukata Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 38 tal-konklużjonijiet tagħha. Għalhekk, f’każ ta’ tali diverġenza, l-imsemmija dispożizzjoni għandha għaldaqstant tiġi interpretata skont l-istruttura ġenerali u l-għan tal-leġiżlazzjoni li tifforma parti minnha (ara f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210126">26 ta’ Jannar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Hessischer Rundfunk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑422/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:63">EU:C:2021:63</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0065">65</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-għan tal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/24, mill-premessi 23 u 30 ta’ din tal-aħħar jirriżulta li din id-dispożizzjoni hija intiża, bħala attenwazzjoni indispensabbli għall-applikazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">lex concursus</HT> li għaliha din tagħmel eċċezzjoni, li tissuġġetta l-effetti ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni jew ta’ proċeduri ta’ stralċ fuq kawża pendenti għal-liġi tal-Istat Membru li fih dik il-kawża tkun pendenti, fid-dawl tal-fatt li dawn l-effetti jistgħu jkunu f’kunflitt mar-regoli normalment applikabbli fil-kuntest tal-attività ekonomika u finanzjarja tal-istabbiliment ta’ kreditu u tal-fergħat tagħha fl-Istati Membri l-oħra. Issa, ma jkunx koerenti, fir-rigward ta’ tali għan, li jiġu esklużi mill-applikazzjoni ta’ din il-liġi l-effetti prodotti minn miżuri ta’ riorganizzazzjoni fuq kawża pendenti meta din l-istanza tikkonċerna eventwali responsabbiltajiet li, permezz ta’ tali miżuri ta’ riorganizzazzjoni, ikunu ġew ittrasferiti lil entità oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/24 għandu japplika għall-kawża pendenti dwar wieħed jew iktar mill-assi tal-istituzzjoni ta’ kreditu, li jaqgħu kemm taħt l-assi kif ukoll taħt l-obbligi, li jkunu s-suġġett ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni adottati (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180606">6 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>Tarragó da Silveira</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑250/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:398">EU:C:2018:398</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, il-kawża pendenti tikkonċerna r-responsabbiltà eventwali marbuta mal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet, li tikkostitwixxi obbligu mill-assi ta’ BES Spanja li kien is-suġġett tal-miżura ta’ riorganizzazzjoni adottata mill-Banco de Portugal fix-xahar ta’ Awwissu 2014 u li tneħħiet minn BES Spanja, fis-sens tal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/24, peress li din il-miżura ġiet emendata retroattivament bid-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, jidher li t-tliet kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti minn dan l-Artikolu 32 huma ssodisfatti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-portata tal-effetti tal-miżuri ta’ riorganizzazzjoni rregolati mil-liġi tal-Istat Membru li fih il-kawża hija pendenti, għandu jitqies li l-liġi ta’ dan l-Istat Membru tirregola l-effetti kollha li tali miżuri jista’ jkollhom fuq tali kawża, kemm jekk dawn l-effetti jkunu proċedurali jew sostanzjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, la mill-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/24 u lanqas mill-premessa 30 tagħha ma jirriżulta li l-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jillimita l-applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni biss għall-effetti proċedurali ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni. Min-naħa l-oħra, il-premessa 23 ta’ din id-direttiva, li, hekk kif jirriżulta mill-punt 35 ta’ din is-sentenza, tiġġustifika r-riferiment għal-liġi ta’ Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ oriġini, bħala kwalità indispensabbli għall-prinċipju ta’ applikabbiltà tal-liġi tal-Istat Membru ta’ oriġini, ma tillimitax ruħha li ssemmi l-effetti proċedurali, iżda tindika li kemm dawn tal-aħħar kif ukoll l-effetti sostanzjali tal-miżuri ta’ riorganizzazzjoni jistgħu jkunu f’kunflitt mar-regoli normalment applikabbli fil-kuntest tal-attività ekonomika u finanzjarja tal-istituzzjoni u ta’ kreditu u tal-fergħat tagħha fl-Istati Membri l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi ppreċiżat li, sa fejn, kif jirriżulta mill-kliem tal-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/24 u tal-premessa 30 tagħha, il-liġi tal-Istat Membru li fih il-kawża tkun pendenti tirregola biss l-effetti ta’ dawn il-miżuri għall-finijiet tal-imsemmija kawża, l-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali ma tistax tikkontesta l-validità tad-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE> bħala tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Konsegwentement, mill-Artikolu 3(2) u mill-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/24 jirriżulta li l-effetti, kemm proċedurali kif ukoll sostanzjali, ta’ miżura ta’ riorganizzazzjoni fuq proċedura ġudizzjarja pendenti fuq il-mertu huma esklużivament dawk iddeterminati mil-liġi tal-Istat Membru li fih din il-proċedura tkun pendenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tapplika wkoll fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, iggarantit mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel, fir-rigward tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, dan il-prinċipju jeżiġi, minn naħa, li d-dispożizzjonijiet legali jkunu ċari u preċiżi u, min-naħa l-oħra, li l-applikazzjoni tagħhom tkun prevedibbli għall-partijiet fil-kawża, b’mod partikolari meta jista’ jkollhom konsegwenzi sfavorevoli fuq l-individwi u l-impriżi. B’mod partikolari, l-imsemmi prinċipju jeżiġi li leġiżlazzjoni tippermetti lill-partijiet ikkonċernati jkunu jafu b’eżattezza l-portata tal-obbligi li hija timponi fuqhom u li dawn tal-aħħar ikollhom il-possibbiltà li jkollhom għarfien tad-drittijiet u tal-obbligi tagħhom mingħajr ambigwità u jaġixxu konsegwentement (tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190711">11 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Agrenergy u Fusigano Due</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑180/18, C‑286/18 u C‑287/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:605">EU:C:2019:605</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà fakkret li l-prinċipju ta’ ċertezza legali japplika b’rigorożità partikolari fil-każ ta’ leġiżlazzjoni li tista’ tinvolvi konsegwenzi finanzjarji (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>ROM‑projecten</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑158/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:370">EU:C:2007:370</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-każ, anki jekk VR kellha, fil-mument meta hija ressqet il-kawża tagħha quddiem il-Juzgado de Primera Instancia de Vitoria (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Vitoria) kontra Novo Banco Spanja, fl‑<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE>, l-elementi kollha neċessarji sabiex tieħu konjizzjoni sħiħa ta’ deċiżjoni dwar l-introduzzjoni ta’ tali kawża, kif ukoll sabiex tidentifika b’ċertezza l-persuna li kontriha din tal-aħħar kellha tiġi diretta u, b’mod partikolari, il-fatt li miżura ta’ trażmissjoni mill-ġdid, minn Novo Banco lil BES, tar-responsabbiltà marbuta mal-kuntratt ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet kienet għad tista’ sseħħ u<?PAGE NO="11"?> tipproduċi effetti retroattivi, xorta jibqa’ l-fatt li VR ma kinitx f’pożizzjoni, ladarba titressaq l-azzjoni tagħha imma qabel ma tittieħed deċiżjoni finali dwarha, li tantiċipa l-implimentazzjoni ta’ din l-aħħar possibbiltà u li konsegwentement tieħu l-miżuri tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-rikonoxximent, fil-kawża prinċipali, tal-effetti tad-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li jistgħu jkunu tali li jikkontestaw d-deċiżjonijiet ġudizzjarji diġà meħuda favur VR, li għadhom is-suġġett ta’ kawża pendenti, u li jintilef b’mod retroattiv mill-konvenuta l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> tagħha għall-finijiet tal-azzjoni mressqa mir-rikorrenti, jikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, it-tieni, l-evalwazzjoni ta’ tali rikonoxximent fir-rigward tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta, l-ewwel paragrafu ta’ dan l-artikolu jipprovdi li kull persuna li d-drittijiet u l-libertajiet tagħha ggarantiti mid-dritt tal-Unjoni jkunu nkisru għandha d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti skont il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bis-saħħa tal-Artikolu 52(1) tal-Karta, jista’ jkun hemm biss limitazzjonijiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet u tal-libertajiet iggarantiti minnha jekk kemm‑il darba, l-ewwel, dawn il-limitazzjonijiet ikunu previsti mil-liġi, it-tieni, ikunu josservaw il-kontenut essenzjali tad-drittijiet u tal-libertajiet inkwistjoni u, it-tielet, li b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, dawn ikunu meħtieġa u jissodisfaw effettivament għanijiet ta’ interess ġenerali rrikonoxxuti mill-Unjoni jew il-ħtieġa ta’ protezzjoni tad-drittijiet u tal-libertajiet ta’ ħaddieħor (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201006">6 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>État luxembourgeois (Dritt għal azzjoni ġudizzjarja kontra talba għal informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑245/19 u C‑246/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:795">EU:C:2020:795</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ggarantit mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta teżiġi, b’mod partikolari, li l-persuna kkonċernata tkun tista’ tiddefendi d-drittijiet tagħha fl-aħjar kundizzjonijiet possibbli u li tiddeċiedi, b’għarfien sħiħ tal-kunsiderazzjonijiet kollha involuti, jekk huwiex utli li tadixxi lill-qorti li għandha ġurisdizzjoni b’azzjoni diretta kontra entità partikolari (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE>, <NAME.CASE>PI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑230/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:383">EU:C:2019:383</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0078">78</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li l-azzjoni li VR ippreżentat quddiem il-qrati Spanjoli hija, b’mod partikolari, ibbażata fuq dritt iggarantit mid-dritt tal-Unjoni, konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, sa fejn hija tinvoka d-dritt li ma jiġix invokat fil-konfront tagħha, għall-finijiet ta’ din l-azzjoni, ir-rikonoxximent tal-effetti ta’ miżuri ta’ riorganizzazzjoni meta tali rikonoxximent jikser id-dispożizzjonijiet relattivi previsti mid-Direttiva 2001/24.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja quddiemha, jirriżulta li kemm waqt il-preżentata, fl‑<DATE ISO="20150204">4 ta’ Frar 2015</DATE>, tar-rikors ta’ VR kontra Novo Banco Spanja, kif ukoll meta s-sentenza tal‑<DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE> ingħatat mill-Juzgado de Primera Instancia de Vitoria (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Vitoria) li laqgħet l-imsemmi rikors, id-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE> kienu għadhom ma ġewx adottati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Konsegwentement, jidher li VR kellha raġun tindirizza r-rikors tagħha kontra Novo Banco Spanja, li dak iż-żmien kienet il-parti li setgħet titressaq quddiem qorti għar-responsabbiltà inerenti għall-konklużjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet ma’ VR. Fil-fatt, VR ma setgħetx tippreżenta, f’dak iż-żmien, rikors kontra BES Spanja, peress li, kif ikkonstatat il-qorti tar-rinviju, id-deċiżjoni tax-xahar ta’ Awwissu 2014 kienet ittrasferixxiet minn BES lil Novo Banco din ir-responsabbiltà.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Ċertament, id-Direttiva 2001/24 ma tipprekludix lill-Istat Membru ta’ oriġini milli jemenda, anki b’effett retroattiv, is-sistema legali applikabbli għall-miżuri ta’ riorganizzazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131024">24 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LBI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑85/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:697">EU:C:2013:697</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, għandu jiġi enfasizzat li, kif jirriżulta mill-punti 26 u 29 ta’ din is-sentenza, id-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE>, li emendaw, b’effett retroattiv, id-deċiżjoni tax-xahar ta’ Awwissu 2014, u b’mod partikolari l-imputazzjoni tar-responsabbiltà inerenti għall-konklużjoni tal-kuntratt ta’ bejgħ ta’ azzjonijiet ma’ VR, saru fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja pendenti, li ġiet introdotta sabiex tiġi kkonstatata tali responsabbiltà. Fil-fatt, dawn id-deċiżjonijiet huma intiżi preċiżament sabiex jirrendu ineffettiva s-sentenza tal-Juzgado de Primera Instancia de Vitoria (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Vitoria) tal‑<DATE ISO="20151015">15 ta’ Ottubru 2015</DATE>, billi jikkontestaw l-interpretazzjoni li dik il-qorti tat tad-deċiżjoni tax-xahar ta’ Awwissu 2014. Hekk kif jirriżulta mill-punt 19 ta’ din is-sentenza, huma jirreferu espressament għall-azzjoni mressqa minn VR sabiex jistabbilixxu, kuntrarjament għal dik is-sentenza, li r-responsabbiltà li tista’ tirriżulta minn din l-azzjoni ma kinitx għaddiet minn BES lil Novo Banco.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Issa, li jiġi aċċettat li miżuri ta’ riorganizzazzjoni meħuda mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ oriġini wara l-preżentata ta’ tali rikors u għal tali sentenza u li jkollhom bħala konsegwenza li jibdlu, b’effett retroattiv, il-kuntest ġuridiku rilevanti sabiex tiġi deċiża l-kawża li tkun tat lok għal dan ir-rikors, jew saħansitra direttament is-sitwazzjoni legali li hija s-suġġett ta’ din it-tilwima, jistgħu jwasslu lill-qorti adita tiċħdu, jikkostitwixxi limitazzjoni għad-dritt għal rimedju effettiv, fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, anki jekk tali miżuri, ma humiex, bħala tali, kuntrarji għad-Direttiva 2001/24, hekk kif imfakkar fil-punt 61 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali konklużjoni ma tistax tiġi invalidata mill-fatt li l-kawża prinċipali kienet għadha ma ntemmitx permezz ta’ deċiżjoni definittiva fil-mument meta ttieħdu d-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE>, u lanqas mill-fatt, enfasizzat mill-Gvern Portugiż fir-risposti tiegħu għad-domandi bil-miktub tal-Qorti tal-Ġustizzja u waqt is-seduta, li VR kellha d-dritt li tikkontesta dawn l-istess deċiżjonijiet quddiem il-qrati Portugiżi f’terminu ta’ tliet xhur mill-pubblikazzjoni tagħhom fuq is-sit internet tal-Banco de Portugal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan l-aħħar rigward, għandu jiġi rrilevat li l-possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors għal annullament tad-deċiżjonijiet tad‑<DATE ISO="20151229">29 ta’ Diċembru 2015</DATE> quddiem il-qrati Portugiżi ma hijiex rilevanti f’dan il-kuntest, sa fejn il-kwistjoni f’dan il-każ tirrigwarda n-natura effettiva tar-rikors diġà ppreżentat minnha kontra Novo Banco Spanja quddiem il-qrati Spanjoli kompetenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/24, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu r-rikonoxximent, mingħajr kundizzjoni oħra, fi proċedura ġudizzjarja fuq il-mertu pendenti fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ oriġini, li tirrigwarda obbligu, li tneħħa minn istituzzjoni ta’ kreditu wara l-ewwel miżura ta’ riorganizzazzjoni meħuda f’dan l-Istat tal-aħħar, filwaqt li dan l-obbligu ġie fdat mill-ġdid lil din l-istituzzjoni ta’ kreditu permezz tat-tieni miżura ta’ riorganizzazzjoni, b’effett retroattiv, għal data qabel il-ftuħ ta’ tali proċedura, peress li tali rikonoxximent iwassal lill-istituzzjoni ta’ kreditu li lilha jkun ġie ttrasferit l-obbligu permezz tal-ewwel miżura biex titlef, b’effett retroattiv, il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT> tagħha għall-finijiet ta’ din il-proċedura pendenti, u għalhekk iqiegħed fid-dubju deċiżjonijiet ġudizzjarji diġà mogħtija favur ir-rikorrenti li kienu s-suġġett ta’ din l-istess proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="13"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20010404">4 ta’ April 2001</DATE> fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ ċertezza legali u tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu r-rikonoxximent, mingħajr kundizzjoni oħra, fi proċedura ġudizzjarja fuq il-mertu pendenti fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ oriġini, li tirrigwarda obbligu, li tneħħa minn istituzzjoni ta’ kreditu wara l-ewwel miżura ta’ riorganizzazzjoni meħuda f’dan l-Istat tal-aħħar, filwaqt li dan l-obbligu ġie fdat mill-ġdid lil din l-istituzzjoni ta’ kreditu permezz tat-tieni miżura ta’ riorganizzazzjoni, b’effett retroattiv, għal data qabel il-ftuħ ta’ tali proċedura, peress li tali rikonoxximent iwassal lill-istituzzjoni ta’ kreditu li lilha jkun ġie ttrasferit l-obbligu permezz tal-ewwel miżura biex titlef, b’effett retroattiv, il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi in judicio</HT></HT> <HT TYPE="BOLD">tagħha għall-finijiet ta’ din il-proċedura pendenti, u għalhekk iqiegħed fid-dubju deċiżjonijiet ġudizzjarji diġà mogħtija favur ir-rikorrenti li kienu s-suġġett ta’ din l-istess proċedura</HT>.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>