|
9.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 46/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10075 - Nexi/Nets Group)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 46/07)
1.
Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Nexi S.p.A. (“Nexi”, l-Italja), ikkontrollata bi sħab mid-ditti ta’ ekwità privata, Advent International u Bain Capital, |
|
— |
In-Nets Group, inkluża Nets A/S (“Nets”, id-Danimarka), u Concardis Payment Group (“Concardis”, il-Ġermanja). |
Nexi takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tan-Nets Group kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Nexi tipprovdi servizzi ta’ pagament għal negozjanti, detenturi ta’ kards u banek, bħal servizzi ta’ ħruġ ta’ kards u ta’ akkwist ta’ negozjanti, forniment ta’ terminals POS u servizzi relatati, servizzi ta’ kards ta’ pagament intelliġenti, servizzi awtomatizzati ta’ prodotti ta’ġestjoni ta’ flus kontanti, servizzi tal-ikklirjar għal pagamenti u servizzi korporattivi diġitali. |
|
— |
In-Nets Group jipprovdi, fost prodotti u servizzi oħra, servizzi ta’ akkwist ta’ merkantili, terminals POS u gateways ta’ pagament, servizzi tal-ipproċessar tal-kards, u servizzi ta’ kards ta’ pagament intelliġenti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10075 - Nexi/Nets Group
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).