3.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 156/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-24 ta’ April 2023

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta

(BĊE/2023/12)

(2023/C 156/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2022, il-mandat tal-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, KPMG, intemm permezz ta’ ftehim reċiproku. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2023.

(3)

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta għażel lil Deloitte Audit Ltd bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi Deloitte Audit Ltd għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta għas-snin finanzjarji 2023 sa 2027.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 24 ta’ April 2023.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE