<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑547/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0547</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:983">EU:C:2016:983</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TA L- <DATE ISO="20161221">21.12.2016</DATE> – KAWŻA C-547/15</P><P>INTERSERVICE</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20161221">21 ta’ Diċembru 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kodiċi Doganali tal-Komunità</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 2913/92</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 96</KEYWORD><KEYWORD>Proċedura ta’ tranżitu estern</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ preżentazzjoni tal-merkanzija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Sottotrasportatur li ta lura l-merkanzija lit-trasportatur prinċipali fil-parking tal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni u reġa’ ħa l-pussess ta’ din il-merkanzija fi traġitt sussegwenti</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑547/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Kúria (qorti suprema, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tad‑<DATE ISO="20150929">29 ta’ Settembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20151020">20 ta’ Ottubru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Interservice d.o.o. Koper</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Sándor Horváth,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn T. von Danwitz (Relatur), President tal-Awla, E. Juhász, C. Vajda, K. Jürimäe u C. Lycourgos, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal S. Horváth, minn J. Ocsák, ügyvéd,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn G. Koós u Z. Fehér, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn L. Grønfeldt u A. Sipos, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20160714">14 ta’ Lulju 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 96(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat‑<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20050413">13 ta’ April 2005</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="117" PAGE.FIRST="13" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 117, p. 13</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kodiċi Doganali<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Interservice d.o.o. Koper u Sándor Horváth dwar l-irkupru ta’ dazji doganali mħallsa minn Interservice lill-awtoritajiet doganali Sloveni, fil-kwalità tiegħu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>prinċipal<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> wara t-tneħħija mis-sorveljanza doganali tal-merkanzija ttrasportata taħt il-proċedura tat-tranżitu Komunitarju estern minn S. Horváth bħala sottotrasportatur.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-punt 21 tal-Artikolu 4 tal-Kodiċi Doganali jiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>detentur tal-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>persuna li f’isimha tkun saret id-dikjarazzjoni doganali jew il-persuna li lilha jkunu ġew trasferiti d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-persuna fuq imsemmija fir-rigward ta’ proċedura doganali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 37 tal-Kodiċi Doganali jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="037.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Merkanzija mdaħħla fit-territorju doganali tal-Komunità għandha, mill-ħin tad-dħul tagħha, tkun soġġetta għal sorveljanza doganali. Tista’ tkun soġġetta għal kontroll mill-awtorità doganali skond id-dispożizzjonijiet fis-seħħ.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="037.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għandha tibqa’ taħt dik is-sorveljanza għaż-żmien neċessarju biex jiġi stabbilit l-i status doganali tagħha, jekk ikun xieraq, u fil-każ ta’ merkanzija mhux tal-Komunità u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 82(1), sakemm l-i status doganali tagħha jinbidel, tidħol f’żona ħielsa jew maħżen ħieles jew tkun esportata mill-ġdid jew meqruda skond l-Artikolu 182.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 92 tal-Kodiċi Doganali jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="092.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-proċedura ta’ transitu estern għandha tintemm u l-obbligazzjonijiet tad-detentur għandhom ikunu mwettqa meta l-prodotti mqiegħda taħt il-proċedura u d-dokumenti meħtieġa jkunu ingħataw lill-uffiċju doganali tad-destinazzjoni skond id-dispożizzjonijiet tal-proċedura in kwistjoni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="092.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu l-proċedura meta jkunu f’pozizzjoni li jistbilixxu, fuq il-bażi ta’ paragun tad-data disponibbli għall-uffiċju tat-tluq u dik disponibbli lill-uffiċju doganali tad-destinazzjoni, li l-proċedura tkun intemmet korrettement.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 96 tal-Kodiċi Doganali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="096.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-prinċipal għandu jkun id-detentur tal-proċedura taħt il-proċedura ta’ transitu estern tal-Komunità. Għandu jkun responsabbli għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>preżentazzjoni tal-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fit-terminu taż-żmien preskritt u bl-osservanza dovuta tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet doganali sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>l-osservanza tad-dispożizzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-proċedura tat-transitu tal-Komunità.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><PARAG IDENTIFIER="096.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Minkejja l-obbligazzjonijiet tal-prinċipal skond il-paragrafu 1, min iġorr jew jircevi merkanzija u jaċċetta merkanzija meta jkun jaf li qegħda tiċċaqalaq taħt transitu tal-Komunità għandu wkoll ikun responsabbli għall-produzzjoni tal-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fit-terminu taż-żmien preskritt u bl-osservanza dovuta tal-miżuri adottati mill-awtoritajiet doganali sabiex tiġi żgurata l-identifikazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Friedler Spedition GmbH inkariga lil IGAZ Trans Kft sabiex tittrasporta merkanzija li toriġina miċ-Ċina, li waslet f’kontejner fil-port ta’ Koper fis-Slovenja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>IGAZ Trans, minn naħa, innifisha fdat it-twettiq tal-formalitajiet doganali lil Interservice, rikorrenti fil-kawża prinċipali. Min-naħa l-oħra, hija inkarigat lil S. Horváth, konvenut fil-kawża prinċipali, sabiex iwassal il-merkanzija inkwistjoni minn Koper sa Vjenna, fl-Awstrija, u wara, ladarba jiġu kkompletati l-formalitajiet doganali, sa Ruma, fl-Italja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Interservice bdiet il-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern fil‑<DATE ISO="20081211">11 ta’ Diċembru 2008</DATE> billi bagħtet bil-posta elettronika d-dikjarazzjoni ta’ tranżitu bil-marka T lill-uffiċċju doganali ta’ Koper. Barra minn hekk hija ħejjiet u bagħtet lil S. Horváth il-prokura neċessarja sabiex jikseb, mingħand l-awtoritajiet doganali, il-merkanzija inkwistjoni kif ukoll in-nota ta’ kunsinna CMR (nota ta’ dispaċċ ibbażata fuq il-Konvenzjoni dwar il-kuntratt ta’ trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq, iffirmata f’Genève fid‑<DATE ISO="19560519">19 ta’ Mejju 1956</DATE>, kif emendata bil-protokoll tal‑<DATE ISO="19780705">5 ta’ Lulju 1978</DATE>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-clearance tal-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern, il-merkanzija inkwistjoni kellha tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni ta’ Vjenna, fl-Awstrija, sa mhux iktar tard mit‑<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Wara li rċieva l-merkanzija inkwistjoni mill-uffiċċju doganali ta’ Koper, S. Horváth ittrasportaha sal-parkeġġ tal-uffiċċju doganali ta’ Vjenna msemmi fuq in-nota ta’ kunsinna CMR, fejn baqa’ mit‑12 sas‑<DATE ISO="20081217">17 ta’ Diċembru 2008</DATE> mal-kontejner li kien hemm il-merkanzija fih. Huwa ppreżenta lir-rappreżentant ta’ IGAZ Trans id-dokumenti ta’ tranżitu neċessarji għall-ikkompletar tal-formalitajiet doganali. Skont l-affermazzjonijiet ta’ IGAZ Trans, dan ir-rappreżentant sussegwentement bagħat dawn id-dokumenti lil Friedler Spedition għall-ikkompletar tal-formalitajiet doganali. S. Horváth irritorna l-Ungerija fis‑<DATE ISO="20081217">17 ta’ Diċembru 2008</DATE>, filwaqt li ħalla l-imsemmi kontejner f’dak il-post.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Wara li mar lura Vjenna fit‑<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE>, S. Horváth ittrasporta l-merkanzija inkwistjoni sad-destinazzjoni finali tagħha fl-Italja kopert b’ nota ta’ kunsinna ġdida, li ġiet ikkunsinnata lilu mir-rappreżentant ta’ IGAZ Trans.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-merkanzija inkwistjoni ma ġietx ippreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni ta’ Vjenna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-awtoritajiet doganali Sloveni skoprew li Friedler Spedition u IGAZ Trans kienu bagħtulhom dokumenti foloz biex jipprovaw il-clearance tal-proċedura ta’ tranżitu estern. Peress li qiesu li l-merkanzija inkwistjoni kienet tneħħiet mis-sorveljanza doganali, huma ordnaw lil Interservice, bħala prinċipal, tħallas somma ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">11196.49</FT> bħala dazji doganali, taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u interessi moratorji, li din il-kumpannija ħallset fis‑<DATE ISO="20091016">16 ta’ Ottubru 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Abbażi tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali, Interservice ippreżentat rikors kontra S. Horváth sabiex jiġi kkundannat iħallasha s-somma ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">11196.49</FT>, minbarra l-interessi u l-ispejjeż relatati, bħala kumpens għad-dannu sostnut minnha, fejn argumentat li, bis-saħħa tal-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali, it-trasportatur huwa, flimkien mal-prinċipal, responsabbli għall-preżentazzjoni tal-merkanzija, anki meta fir-realtà huwa jaġixxi biss bħala sottotrasportatur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li l-qrati tal-ewwel istanza u ta’ appell ċaħdu l-imsemmi rikors, b’mod partikolari għar-raġuni li l-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali ma japplikax għal sottotrasportatur, Interservice adixxiet lill-Kúria (qorti suprema, l-Ungerija) b’appell ta’ kassazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Hija tgħid li s-soluzzjoni tal-kawża prinċipali tiddependi mill-kwistjoni jekk aġir illegali u mhux korrett ta’ S. Horváth huwiex l-oriġini tad-dejn doganali sostnut minn Interservice bħala prinċipal, skont l-Artikolu 203 tal-Kodiċi Doganali. Hija tispeċifika li S. Horváth aċċetta l-merkanzija inkwistjoni meta kien jaf li din kienet suġġetta għall-proċedura tat-tranżitu Komunitarju estern, iżda li, madankollu, huwa ma aċċertax, qabel kompla bit-trasport tal-merkanzija minn Vjenna sa Ruma, li IGAZ Trans jew Friedler Spedition kienu fil-fatt ippreżentawha fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni. Il-qorti tar-rinviju żżid li, barra minn hekk, fil-proċedura fuq il-mertu ma hemm ebda element li jindika li l-konvenut kien jaf li din il-merkanzija tneħħiet mis-sorveljanza doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kúria (qorti suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali, għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jitqies li huwa trasportatur ta’ merkanzija mhux biss kull persuna li tikkonkludi kuntratt ta’ trasport għall-merkanzija kkonċernata mal-bejjiegħ (trasportatur kontraenti jew prinċipal) iżda wkoll kull persuna li twettaq it-trasport totalment jew parzjalment bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ trasport ieħor, konkluż mat-trasportatur kontraenti jew prinċipal (sotto trasportatur)?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-ewwel domanda preliminari tingħata risposta affermattiva, l-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li f’kull sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, din id-dispożizzjoni timponi fuq is-sotto trasportatur l-obbligu li, qabel ma jkompli t-trasport tal-merkanzija, jiżgura ruħu debitament li t-trasportatur prinċipal jkun tabilħaqq ippreżenta din il-merkanzija fl-uffiċju doganali tad-destinazzjoni b’mod konformi mal-modalitajiet preskritti?<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, li għandu obbligu li jippreżenta l-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni msemmi fl-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali, għandux jiġi interpretat fis-sens li jinkludi kull persuna, inkluż sottotrasportatur, li effettivament twettaq it-trasport tal-merkanzija suġġetta għall-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Fin-nuqqas ta’ definizzjoni tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fil-Kodiċi Doganali, il-portata ta’ dan il-kunċett tad-dritt tal-Unjoni għandha, skont ġurisprudenza stabbilita, tiġi ddeterminata billi jittieħdu inkunsiderazzjoni kemm il-kliem, il-kuntest kif ukoll l-għanijiet tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150416">16 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Angerer</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:239">EU:C:2015:239</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-formulazzjoni tal-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali, għandu jiġi osservat li żewġ kundizzjonijiet huma meħtieġa sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> ikun jista’ jiġi suġġett għal obbligu li jippreżenta l-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Dawn huma, min-naħa, li jaċċetta l-merkanzija, li tinvolvi l-pussess fiżiku u d-detenzjoni materjali ta’ din il-merkanzija, u, min-naħa l-oħra, li jkollu l-għarfien, meta jaċċetta, li din il-merkanzija hija suġġetta għall-proċedura tat-tranżitu Komunitarju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntest u tal-għan tal-imsemmija dispożizzjoni, għandu jiġi rrilevat li din tistabbilixxi responsabbiltà tat-trasportatur b’mod parallel ma dik tal-prinċipal, imsemmija fl-Artikolu 96(1) tal-Kodiċi Doganali. Bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 47 sa 49 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-responsabbiltà tat-trasportatur madankollu hija distinta minn dik tal-prinċipal kemm fir-rigward tal-bażi kif ukoll fir-rigward tal-portata tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-responsabbiltà tal-prinċipal hija bbażata fuq il-kwalità tiegħu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>detentur<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> tal-proċedura ta’ tranżitu, u dan huwa ddefinit, fil-punt 21 tal-Artikolu 4 tal-Kodiċi Doganali, bħala l-persuna li f’isimha tkun saret id-dikjarazzjoni doganali jew il-persuna li lilha jkunu ġew ittrasferiti d-drittijiet u l-obbligi ta’ din il-persuna fir-rigward ta’ proċedura doganali. Fil-kwalità tiegħu ta’ detentur tal-proċedura ta’ tranżitu, il-prinċipal huwa responsabbli, skont l-Artikolu 96(1)(b) tal-Kodiċi Doganali, għall-osservanza tad-dispożizzjonijiet kollha relatati ma’ din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-responsabbiltà tat-trasportatur prevista fl-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali għandha l-bażi tagħha fil-kontroll fiżiku tal-merkanzija u l-għarfien li din hija suġġetta għall-proċedura tat-tranżitu Komunitarju. Din id-dispożizzjoni tobbliga lit-trasportatur li jaċċetta l-merkanzija meta jkun jaf li hija suġġetta għal tali proċedura, fil-kwalità tiegħu ta’ detentur materjali ta’ din il-merkanzija, li jippreżentaha intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fit-terminu preskritt u fl-osservanza tal-miżuri ta’ identifikazzjoni adottati mill-awtoritajiet doganali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-kwistjoni jekk il-persuna li għandha d-detenzjoni materjali tal-merkanzija tittrasportahiex skont kuntratt ta’ subappalt mat-trasportatur prinċipali hija rrilevanti. Kull interpretazzjoni oħra tippermetti li persuni jaħarbu mir-responsabbiltà tagħhom li tirriżulta mill-imsemmija dispożizzjoni għar-raġuni li huma jaġixxu skont kuntratt ta’ subappalt minkejja li huma jkollhom il-kontroll fiżiku fuq il-merkanzija inkwistjoni u jafu li din hija suġġetta għall-proċedura ta’ tranżitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li għandu obbligu li jippreżenta l-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni msemmi fl-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi kull persuna, inkluż sottotrasportatur, li effettivament twettaq it-trasport tal-merkanzija suġġetta għall-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern u tkun aċċettat dan it-trasport bl-għarfien li l-imsemmija merkanzija kienet suġġetta għal din il-proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali għandux jiġi interpretat fis-sens li sottotrasportatur, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, min-naħa, ikkunsinna l-merkanzija, flimkien mad-dokument ta’ tranżitu, lit-trasportatur prinċipali fil-parking tal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, u, min-naħa l-oħra, ħa mill-ġdid il-pussess ta’ din il-merkanzija fi traġitt sussegwenti, kellux l-obbligu li jaċċerta li l-merkanzija tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni u jista’ jinżamm responsabbli għall-assenza ta’ tali preżentazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali jippermetti li sottotrasportatur, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jinżamm responsabbli għall-assenza ta’ preżentazzjoni tal-merkanzija lill-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni biss meta dan is-sottotrasportatur ikun obbligat jaċċerta din il-preżentazzjoni minħabba li jkun aċċetta l-merkanzija u li jkollu għarfien li hija suġġetta għall-proċedura tat-tranżitu Komunitarju, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan il-każ, sa fejn mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li S. Horváth inizjalment aċċetta l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali meta kien jaf li din kienet suġġetta għall-proċedura tat-tranżitu Komunitarju estern, mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li huwa kellu l-obbligu li jippreżentaha fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni għal dak li jirrigwarda t-trasport ta’ din il-merkanzija minn Koper għal Vjenna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi eżaminat, minn naħa, jekk S. Horváth issodisfax dan l-obbligu meta ta l-imsemmija merkanzija flimkien mad-dokument ta’ tranżitu lir-rappreżentant tat-trasportatur prinċipali IGAZ Trans fil-parking tal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fi Vjenna u, min-naħa l-oħra, fl-affermattiv, jekk it-teħid mill-ġdid tal-pussess ta’ din l-istess merkanzija fit-trasport sussegwenti tagħha minn Vjenna sa Ruma ssuġġettahx għal darba oħra għall-imsemmi obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni jekk S. Horváth issodisfax l-obbligu li jippreżenta l-merkanzija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni billi ta l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali lir-rappreżentant tat-trasportatur prinċipali IGAZ Trans fil-parking tal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fi Vjenna, mir-risposta għall-ewwel domanda preliminari jirriżulta li r-responsabbiltà tat-trasportatur, prevista fl-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali, hija bbażata fil-kontroll fiżiku tal-merkanzija. Għaldaqstant, it-trasportatur li jittrasferixxi dan il-kontroll lil trasportatur ieħor billi jagħtih lura l-merkanzija jeħles, bħala prinċipju, mill-obbligu tiegħu taħt din id-dispożizzjoni, sakemm dan it-trasportatur l-ieħor ikollu għarfien tal-fatt li l-merkanzija hija suġġetta għall-proċedura tat-tranżitu Komunitarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, minkejja li l-issuġġettar tal-merkanzija għas-sorveljanza doganali previst fl-Artikolu 37 tal-Kodiċi Doganali jipprekludi li t-trasportatur ikun jista’ jeħles mir-responsabbiltà imposta fuqu bis-saħħa tal-Artikolu 96(2) ta’ dan il-kodiċi, billi jagħti lura l-merkanzija lil xi ħadd ieħor, dan tal-aħħar jista’ madankollu jeħles minn din ir-responsabbiltà billi jagħtiha lura lil persuna oħra suġġetta, konformement mal-imsemmi Artikolu 96, għal obbligu li tippreżenta debitament il-merkanzija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni, bħal trasportatur ieħor li jaċċetta l-merkanzija filwaqt li jkun jaf li din hija suġġetta għall-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju jirriżulta li S. Horváth wassal il-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali sal-parking tal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fi Vjenna. Sussegwentement huwa irritorna l-Ungerija filwaqt li ħalla l-kontejner fl-istess post, wara li ta d-dokument ta’ tranżitu li abbażi tiegħu kien twettaq it-trasport lir-rappreżentant tat-trasportatur prinċipali IGAZ Trans. Skont l-affermazzjonijiet ta’ IGAZ Trans, ir-rappreżentant tagħha sussegwentement bagħat dan id-dokument lil Friedler Spedition għall-ikkompletar tal-formalitajiet doganali. Suġġett għal verifika mill-qorti tar-rinviju, jidher għaldaqstant, bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 52 tal-konklużjonijiet tiegħu, li S. Horváth inħeles mill-obbligu tiegħu skont l-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali, meta huwa ta lura din il-merkanzija flimkien mad-dokument ta’ tranżitu lir-rappreżentant tat-trasportatur prinċipali IGAZ Trans. Il-fatt li IGAZ Trans sussegwentement bagħtet dan id-dokument lil Friedler Spedition ma huwiex rilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Jekk jirriżulta li S. Horváth effettivament inħeles mill-obbligu tiegħu taħt l-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali, billi ta l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali flimkien mad-dokument tat-tranżitu lir-rappreżentant ta’ IGAZ Trans, il-kwalità preċedenti tiegħu ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ma tista’ timponilu ebda obbligu li jaċċerta, wara dan l-għoti lura u qabel jerġa’ jieħu l-pussess ta’ din il-merkanzija waqt it-trasport tagħha sad-destinatarju finali f’Ruma, li din tkun debitament ġiet ippreżentata intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fi Vjenna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Dan espost, f’din is-sitwazzjoni, hija għal darba oħra l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk S. Horváth sarx responsabbli mill-ġdid skont l-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali meta ħa l-pussess tal-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali fit-trasport tagħha minn Vjenna għal Ruma.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, bħalma rrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 61 tal-konklużjonijiet tiegħu, jekk il-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali kienet għadha suġġetta għall-proċedura tat-tranżitu Komunitarju estern meta S. Horváth ħa pussess mill-ġdid tagħha sabiex iwettaq dan it-trasport u jekk dan tal-aħħar kellu għarfien ta’ dan, huwa jista’ mill-ġdid jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali sabiex għaldaqstant jerġa’ jkollu l-obbligu previst f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, sa fejn mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma ġietx ippreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni fi Vjenna, il-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern ma setgħetx tkun ikkompletata fid-data stabbilita konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 92 tal-Kodiċi Doganali u ma jistax jiġi eskluż li din kienet għadha suġġetta għal din il-proċedura meta S. Horváth reġa’ ħa pussess tagħha fit‑<DATE ISO="20081218">18 ta’ Diċembru 2008</DATE> sabiex iwassalha sad-destinazzjoni finali tagħha f’Ruma. Barra minn hekk, l-informazzjoni fid-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tippermettix li jiġi ddeterminat b’ċertezza jekk S. Horváth kellux, jekk ikun il-każ, għarfien tal-fatt li din il-merkanzija kienet għadha suġġetta għall-proċedura ta’ tranżitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Konsegwentement, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-merkanzija inkwistjoni fil-kawża prinċipali kinitx għadha suġġetta għall-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern meta S. Horváth reġa’ ħa pussess tagħha u jekk S. Horváth kellux għarfien ta’ dan. Fin-nuqqas, ma jistax jitqies li dan il-pussess imponielu, għal darba oħra, obbligu li jaċċerta li din il-merkanzija ġiet ippreżentata debitament fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 96(2) tal-Kodiċi Doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li sottotrasportatur, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, min-naħa, ta lura l-merkanzija, flimkien mad-dokument ta’ tranżitu, lit-trasportatur prinċipali fil-parking tal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni u, min-naħa l-oħra, reġa’ ħa l-pussess ta’ din il-merkanzija fi traġitt sussegwenti, ma kellux l-obbligu li jaċċerta li din tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni u jista’ jinżamm responsabbli għall-assenza ta’ tali preżentazzjoni biss jekk kien jaf, meta reġa’ ħa l-pussess fiżiku tal-imsemmija merkanzija, li l-proċedura ta’ tranżitu ma kinitx tlestiet b’mod regolari, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>trasportatur<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, li għandu obbligu li jippreżenta l-merkanzija intatta fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni msemmi fl-Artikolu 96(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat‑<DATE ISO="19921012">12 ta’ Ottubru 1992</DATE>, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 648/2005, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat‑<DATE ISO="20050413">13 ta’ April 2005</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jinkludi kull persuna, inkluż sottotrasportatur, li effettivament twettaq it-trasport tal-merkanzija suġġetta għall-proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern u tkun aċċettat dan it-trasport bl-għarfien li l-imsemmija merkanzija kienet suġġetta għal din il-proċedura.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 96(2) tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament Nru 648/2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li sottotrasportatur, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, min-naħa, ta lura l-merkanzija, flimkien mad-dokument ta’ tranżitu, lit-trasportatur<?PAGE NO="8"?> prinċipali fil-parking tal-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni u, min-naħa l-oħra, reġa’ ħa l-pussess ta’ din il-merkanzija fi traġitt sussegwenti, ma kellux l-obbligu li jaċċerta li din tiġi ppreżentata fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni u jista’ jinżamm responsabbli għall-assenza ta’ tali preżentazzjoni biss jekk kien jaf, meta reġa’ ħa l-pussess fiżiku tal-imsemmija merkanzija, li l-proċedura ta’ tranżitu ma kinitx tlestiet b’mod regolari, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>